jesusandmary

 

TLETT PIEDI ‘L ISFEL BISS MID-DEHEB.


Meta hafna nies kienu jmorru jfittxu d-deheb fil-minjieri gewwa Colorado kien hemm ragel li ghal seba’ xhur shah kien ihaffer l-art bit-tama li jsib id-deheb, izda qatt ma sabu. 

Ghejja ghax qatt ma ra frott tal-hidma tieghu u waqaf ghal kollox. Huwa biegh l-ghoddha kollha lir-ragel iehor li kompla jhaffer fejn halla l-iehor.

Perit ghamel kuragg lil dan ir-ragel u wissieh biex ma jaqtax qalbu ghax id-deheb kien biss tlett piedi ‘l isfel minn fejn l-ewwel ragel kien haffer.

Il-perit kien korrett ghaliex meta r-ragel nizel tlett piedi ‘l isfel fit-thaffir iltaqa’ mad-deheb u sar sinjur.


Meta c-cirkustanzi jsiru iebsa, taqtax qalbek, izda kompli stinka u ppersevera fix-xoghol tieghek. Fl-ahhar issib rizultat sabieh. Hafna huma dawk li jcedu ghall-holm taghhom ghax isibuha iebsa imma hafna drabi ssib li inti qieghed ftit passi ‘l boghod mis-success.


IL-KACCA GHAX-XADINI


“Taf kif il-kaccaturi ta’ qabel kienu jaqbdu x-xadini?” ragel staqsa lil ibnu.

“Aktar milli jwaddbu xi xibka minn wara sigra fuq ix-xadina biex din tithabbel fiha jew jisparaw vlegeg minn taht, kienu jpoggu vazett tqil tal- hgieg b’ghonq dejjaq mal- art, li kienu jimlewh bl- ikel favorit tax- xadini.”

“Huma mbaghad jmorru pass lura u jinhbew, jistennew li l-annimal jersaq lejn il-flixkun minghajr ma jissuspetta xejn hazin.”

“Meta x-xadina kienet tara li l-vazett ma kellux ghassa mieghu, kienet tersaq lejhu ddahhal idha gewwa, taghfas il-ponn madwar l-ikel, u tipprova tigbed. Madankollu, l-ghonq dejjaq tal-vażett kien iwaqqaf lix-xadina fqira milli tohrog idha barra!”

“Igbed u igbed, iżda ghalxejn. Semplicement ma kien hemm ebda mod kif tohrog idha mill-vażett jekk ma tiftahx idha u thalli l-ikel fil-vazett.”

“Minflok, ix-xadina kienet tippersevera, u tirrifjuta li thalli l-ikel taghha.”

“Il-kaccaturi mbaghad kienu jersqu u jaqbduha biex minnha jaghmlu ikla.”

“Tkunx bhal dik ix- xadina,” wissa r- ragel, “Fil-hajja, biex tiggieled jum wara jum u tikber bhala persuna, trid tkun taf meta tieqaf, meta ghandek tibqa’ miexi ‘l quddiem, u meta thalli dak kollu li jkun qed iżżommok lura. ”


Morali tal-istorja:

Xi drabi trid thalli u ccedi dak li ghandek issa sabiex tircievi xi haga ahjar fil-futur. Thallix ir-ras iebsa tkun il-waqgha tieghek!

jannar 2023

Make a free website with Yola