jesusandmary

 

QADDIS MHUX NITWIELED IMMA NSIR.


Is-Sigra tintgharaf mill-frott taghha. Sigra tajba taghmel frott tajjeb. Sigra hazina taghmel frott hazin. 

Mela jekk wiehed jaghmilha ma' nies qaddisa, hajtu tkun qaddisa u ezemplari. Il-qaddisin kienu nies bhalna, u intant huma qaddisin ghaliex hadmu u ghexu fuq it-taghlim ta' l-evangelju. 

Bhalna kienu jhabbtu wicchom mal-problemi ta' kuljum. Kien hemm minnhom li kienu ta' hajja hazina bhal Santa Marija ta' Kortona u Santu Wistin izda meta gew wicc imb wicc mal-grazzja t'Alla ma rriftawhiex anzi ikkoperaw maghha, ikkonvertew u l-lum qeghdin fil-glorja tal-genna, jistednuna li xejn ma huwa impossibli - jekk ahna 'l boghod minn Alla, ghax bhalhom nistghu nergghu nersqu Lejh. L-istess Santu Wistin jitnikket meta jghid: "O Alla tieghi kemm gharaftek tard." 

Bhalna kellhom jiffacjaw it-tentazzjoni izda rebhuha mhux ghaliex kellhom xi haga straordinarja fihom izda ghaliex ikkoperaw ma' l-ghajnuna t'Alla u harbuha fil-pront. Ghalhekk u ghalhekk biss hargu rebbiehin. 

Batew biex ghogbu lil Alla f'kollox u mhux biss fejn kien jghogob lilhom. Kien hemm min sahansitra halla hajtu biex ma jittraddixxix lil Hallieq. Izda t-tbatija taghhom rebhitilhom il-premju ta' dejjem ghax ma hemmx premju minghajr tbatija. Merew lil qalbhom u sostnew dwejjaq izda dan biss ghaliex lil Alla riedu jaghtuh kollox u mhux bin-nofs kedda. 

Qaddisin mhux biss dawk li nafu ahna bihom, ghaliex il-knisja tistqarrhom li huma hekk minhabba l-hajja ezemplari taghhom fid-dinja, izda hemm ohrajn li ghal kemm ma nafux bihom jinsabu jgawdu lil Alla.  

Qaddisin hawn ta' kull kwalunkwe stat u hajja, mizzewwga u mhux, kbarat u ta' klassi baxxa, nisa u rgiel, zaghzagh u xjuh, subien u bniet.............. 

Hija haga salutarment spiritwali li wiehed jaqra u jixtarr il-hajjiet tal-qaddisin ghaliex minnhom wiehed jitghallem kif dawn harsu r-rieda t'Alla maghllma minn Gesu' Kristu. Qalu IVA lil Alla u kif setghu harsu l-ligi kollha tieghu. Hekk qalet Marija, il-Qaddisa tal-Qaddisin kollha, intelqet f'idejn Alla, hallietu jmexxiha hu f'kollox, hekk ghamel Gesu', l-Awtur tal-Grazzja, intelaq f'idejn Alla u halla lil Alla jmexxi fit-triq li ghazlu ghaliha. 

Ikunu ghalina, mela, il-hajjiet tal-qaddisin, mera cara ta' kif ghandna nservu lil Alla, u stedina biex kif huma mxew fuq il-passi ta' Kristu, hekk ukoll ahna nimxu wara Kristu minghajr ma nharsu lura. L-Ezempju taghhom ghandu jkaxkarna fit-triq li tohodna ghand Alla.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Make a free website with Yola