
KIF NISTENNA
IL-MIGJA TAL-MULEJ
Li tistenna bil-pacenzja mhix xi haga facli. Ara kemm tonfoh
meta tkun fi kju tistenna li jkun imissek tidhol ghal l-appuntament. Filwaqt li
wiehed jipprova jzomm il-kalma u l-pacenzja, spiss ikun kontrollat mid-deadlines bir-rizultat li jinhakem
mill-biza’ li l-pjanijiet tieghu ser jitharbtu u jfallu.
Inkun nixtieq dak li rrid, issa, bhal tifla ta' sentejn
li thabbat il-palmi ta’ idejha mal-mejda tas-siggu gholi taghha. Meta wiehed
iqis xi whud mit-teknologiji li hafna minna nuzaw nindunaw kif bosta minna huma
mahkuma minnhom u jmexxuna.
It-tradizzjonijiet tal-Avvent—li tixghel il-girlanda
tal-Avvent, xemgha wara l-ohra kull gimgha, jew li thalli vojta l-maxtura sa
lejlet il-Milied —joffru opportunitajiet
profondi biex terga' thares lejn it-tifsira shiha ta’ l-istennija Kristjana.
Jehtieg kuragg li nistennew b'tama ferrieha, u jehtieg li nippreparaw ruhna
ghall-Kristu li gej u li ghad irid jigi fit-tieni migja tieghu. Ix-xewqa taghna
li nistennew bil-pacenzja trid tibqa' matul il-hajja Kristjana kollha: li
nistennew lill-Mulej.
Kemm nistenna bil-fidi u tama matul iz-zmien ta’ L-Avvent?
Ahna mfixkla bil-kummercjalizzazzjoni dejjem tikber tal-Milied
biex nabbandunaw l-Avvent kompletament?
Dan l-istagun, habrek li tiehu tradizzjoni wahda tal-Avvent
b'fervur gdid. Investiga l-origini u t-tifsira taghha. Halli lill-Ispirtu
s-Santu jerga' jgedded l-immaginazzjoni Kattolika fik u jfakkrek li int parti
integrali u, insostitwibbli ta’ storja hafna akbar u aktar importanti.
Inti tghix f'dinja
mimlija b’barkiet divini minhabba t-Tifel imwieled f'Betlem.
L-ezortazzjoni ta’ l-Avvent ghalina ghandha tkun: "Stenna
lill-Mulej! Kun b'sahhtek, kun kuraggjuz, u stenna lill-Mulej!" Anke hekk
kif l-ekonomiji jikkrollaw, u t-tbatija taghna tidher li qed tirrenja,
l-istennija taghna kollha se tintemm. U quddiemna tfegg it-Tarbija Gesu’ li
jimliena bil-gid u l-ferh, mhux kif taghtih id-dinja izda kif jaf jaghtih HU.