THALLIX L-ISKORAGGIMENT JIRBHEK
Sister Fidelity Grace tirrakonta mill-esperjenza taghha :
“Jekk l-iskuragament itaptaplek fuq spallejk u jitolbok tizfen mieghu, qatt tghid iva.”
Meta kont assenjata “il-gnien” bhala x-xoghol tieghi fil-kunvent qistu bhala bicca kejk. Is-sigar kienu diga’ mhawla, hekk ukoll il-haxix tal-borma. Allura kull ma ridt huwa li nistennihom jikbru, mhux hekk? Zgur li ma kienx xoghol iebes. Imma kemm mort imqarqa……..
Bil-kemm kemm ghaddiet gimgha mix-xoghol il-gdid tieghi li ma kellix l-ewwel vizitaturi – kull tip ta’ fungi fuq il-weraq. U ghat-tlett snin ta’ wara ma kontx naf fejn ser naqbad naghti rasi. Waqt li rutina ta’ bexx kontra l-fungi kien idejali biex jeqred il-problema, li tahraq iz-zkuk infettati kien l-ahjar haga biex tehles mill-mard tal-pjanti u weraq.
Is-sajf kien xott hafna u l-pompa gralha xi hsara. U kelli ngorr bramel ta’ l-ilma ghat-tisqija tax-xtieli u sigar tal-gnien tal-kunvent.
U c-cint ta’ l-injam hass l-moghdija taz-zmien ghaliex beda’ jaqa’ bicca bicca minhabba t-traskuragni matul iz-zmien. Il-frawli kienu mira tajba hafna ghal ghasafar.
Ma setghax ikunu cirkustanzi aghar minn hekk. Hallejt il-kunvent ghal xi gimghatejn u meta rritornajt habbat wicci ma’ serp. Iva ma’ serp li fakkarni fil-grajja ta’ Adam u Eva fil-Gnien ta’ l-Eden. Ghiduli jekk dawn humiex cirkustanzi li jaqtghulek qalbek?
Ix-xitan jaghmel festa meta ahna nhossuna skoragguti.
Kemm-il darba niltaqghu ma’ problemi fil-hajja spiritwali? It-talb taghna jkun jidher bla hegga meta d-distrazzjonijiet itellfu, jew Alla jidher li huwa sieket. Il-hidma taghna biex inxerrdu l-fidi qisha taqa’ fuq widnejn torox, l-attivita’ pastorali jidhru mfixkla minn rizorsi jew attakki mill-kultura. L-affarijiet spiritwali jsiru bla toghma u donna ma ahna sejrin imkien. Thares lejn it-titli ta’ l-ahbarijiet hlief glied ‘l hemm u’l hawn ma tarax, familji mkissra, tradimenti minn nies li fdajna u habbejna u l-lista titwal u titwal.
Il-firma tax-xitan hija l-estrem.: Dan il-progett tieghek zgur ifalli. Tithabatx, inutli tipprova. Dejjem thawwad. Qatt ma hu ser tirbah dak id-dnub. Qatt ma ser tkun tajjeb bizzejjed.
Meta nhossu l-iskoraggiment ghajnejna ghandhom iduru fuq Gesu’. Huwa dak li jsahhah ir-rieda taghna biex inkomplu nimxu ‘l quddiem.
Isma’ ftit lil Venerabbli Bruno Lanteri, fundatur ta’ l-Oblati tal-Vergni Marija: “ “Il-qdusija ma tikkonsistix li qatt ma tfalli, imma li nqumu mill-ewwel, naghrfu d-dghufija taghna u nitolbu l-mahfra lil Alla, u li naghmlu dan bil-paci tal-qalb, minghajr ma nhallu l-inkwiet jahkimna.”
“Allura x’gara mill-gnien?” Meta kollox deherli kien mitluf, ftakart f’parir ghaqli li wahda minn huti s-sorijiet darba qaltli: “ Jekk l-iskoraggiment itaptaplek fuq spallejk u jistaqsik biex tizfen mieghu qatt tghidlu iva”. Jista’ jidher li c-cirkustanzi li huma barra mill-kontroll taghna, jirbhuna, imma fir-realta’ ahna liberi li naghzlu kif inharsu lejhom.
Meta hassejt li ahjar incedi l-armi u nitlaq, - l-ehfef haga li wiehed jista’ jaghmel, imma dak huwa respons ta’ gifa – dawl idda madwari f’dak id-dlam. Kien hemm xi volontiera li ghenuni ntella ic-cint li kien waqa’ u li kienet stedina miftuha ghal l-annimali biex jidhlu fl-gnien u jaghmlu herba minnu. Tiswija temporanja sakemm sacerdot ta’ qalb tajba bena’ cint gdid madwar il-gnien kollu u din id-darba xi tmien piedi gholi, li ebda cerva ma setghet taqbzu.
Ix-xita damet ma nizlet u hekk kelli zmien bizzejjed biex nohloq kenn ghall-frawli halli nippreservhom mill-ghasafar. Ma stajniex insalvaw kull frotta, imma certament mhux kollox kien mitluf.
Wara jum ta’ xoghol iebes fix-xemx u l-hmieg, hadt nifs ‘l gewwa u stqarret lil min ried jisma’: It-tama giet imgedda. Wara li nghaddu mit-tbatija bhalma ghamel Kristu, ir-realta’ tal-Qawmien dejjem issegwi.
Meta spicca s-Sajf ghamilna festin tar-rebha fil-gnien biex niccelebraw ir-rebha li kellna fuq l-insetti u l-annimali li riedu jaghmlu xalata mill-frott taghna. Il-frawli kien delizzjuz ghal ahhar u b’mod ta’ l-ghageb abbundanti. Kwantita’ zghira ta’ tuffieh u langas, irnexxilna naqtghu wkoll. Il-hsad gie. Hekk ukoll il-Mulej irid li hajjitna iggib il-frott ukoll.
jannar 2024@
KUMMENTARJU
JANNAR 2024
L-ILSIEN : ATTENT KIF TITKELLEM
L-ilsien jaf jghid hwejjeg li mhux minnhom, jaf jigdeb. Il-gideb igib hafna disgwid u glied bejn il-bnedmin. Alla jobghod il-gidba kif hemm imnizzel fil-ktieb tal-Proverbji Kap 6:

16Sitt ħwejjeġ jobgħod il-Mulej,
sebgħa huma li ma jaħmilhomx:
17għajnejn merfugħa, ilsien giddieb,
idejn li jxerrdu demm bla ħtija,
18qalb li trawwem ħsibijiet qarrieqa,
riġlejn li jiġru ħfief għall-ħażen,
19fomm li jixhed bil-qerq il-gideb,
u bniedem li jaqla’ l-ġlied bejn l-aħwa.
L-ilsien jaf ifahhar lil dak il-bniedem li minnu jixtieq jakkwista xi haga. Oqghod attent mit-tifhir ghax hafna huma dawk li jitkellmu b’xufftejn qarrieqa jew b’zewgt iqlub.
L-ilsien jaf inissel kliem ta’ suppervja. Alla jkecci lis-suppervi u jgholli lil min hu umli.
L-ilsien li jpacpac hafna, ftit jew xejn ma fih risq, anzi kliemu jkun ta’ wiehed iblah. Il-prudenti jqis kliemu u jitkellem biss ghall-bzonn. Kif jghallem San Gakbu appostlu: Kun hafif biex tisma’ izda tqil biex titkellem.
Wiehed ghandu joqghod ferm attent minn dak l-ilsien li quddiem il-bniedem jghid kliem sabieh, imma minn warajh jlissen kliem ta’ stalletti.
Ibza’ mill-ilsien ta’ carlatan li jhobb konversazzjonijiet dwar dettalji li ma humiex konfermati imma li jqishom bhala verita’. Oqghod attent hafna li ma ixxandarx informazzjoni kontra l-proxxmu tieghek.
Qatt tishet lil ghajrek biex tpatti hazen b’hazen. Inhabirku li nikkultivaw il-paci ma’ ghajrna u qatt ma nfittxu tpattija.
L-ilsien huwa bhal xabla li jaqta’ miz-zewg nahat. Jaf jghaddilek messagg filwaqt li ndirettament iferik biex jghaddi z-zmien bik jew biex jinsultak.
Gib quddiem ghajnejk li bl-lsien ahna nistghu nfahhru lil Missier taghna tas-Sema u bl-ilsien nistghu inzebilhu lil ghajrna li huwa xbieha tieghu.
frar2024
KUMMENTARJU
FRAR 2024
IL-PROBLEMI FIL-HAJJA.
NITLOB IR-RUZARJU, IMMUR QUDDIESA... GHALIEX JIGRILI AFFARIJIET HZIENA?
Gesù qatt ma qal li s-segwaci tieghu li ma jkollhomx problemi; anzi........

Wahda mara jisimha Vida minn zmien ghal zmien tistqarr li qassis gizwita halla impatt kbir fuqha b’wahda mill-omelji tieghu.
Is-sacerdot tkellem dwar mara li kienet tattendi l-quddies kuljum. Titqarben u titlob. Gurnata wahda resqet lejh wara l-Quddiesa u qaltlu b’qalb tqila:
“Missier, jien inwettaq l-obbligi kollha tieghi bhala Nisranija . Immur Quddiesa kuljum, nitlob ir-Ruzarju, nghin lil min nista’, imma madankollu nhabbat wicci ma’ problemi li ma jhallunix nghix fil-paci.”
It-twegiba tas-sacerdot kienet: “ Gesù qatt ma qal li min jimxi warajh mhux ser ihabbat wiccu ma’ diffikultajiet fil-hajja, imma li jaghtik is-sahha li ghandek bzonn biex teghlebhom. ”
“Qatt ma ser nehilsu mid-diffikultajiet kollha, ghall-inqas mhux f'din id-dinja," qal. "Huma parti mill-hajja."
“Il-paci, dik il-paci li jaghtina Kristu, hija interjuri. Nistghu nippossjeduha minkejja l-problemi kollha taghna. Jekk inhobbu u nafdaw fil-Kelma tieghu, ikollna l-paci ,” spjega.
Zied jghid_ “Il-problemi taghna ma nehilsuhx minnhom ghax nghixu hajja aktar migbura f’Alla. Hemm vers fil-Bibbja li jispjegah b’mod car hafna.” Huwa fetah il-Bibbja u qara dan li gej:
1Ibni, jekk tiġi biex taqdi lill-Mulej
ħejji ruħek għat-tiġrib.
2Kun sinċier f’qalbek u żomm sħiħ,
biex ma tinfixilx fi żmien l-għawġ.
3Ingħaqad miegħu u titilqux,
u tikber fil-ġieħ fi tmiem ħajtek.
4Kulma jiġi fuqek ilqgħu,
u żomm sħiħ fit-tibdil li jumiljak.
5Għax id-deheb jippruvawh fin-nar,
u n-nies magħżula fil-forn tal-umiljazzjoni.
6Afda fil-Mulej u jieqaf miegħek,
żomm triqatek dritti u ittama fih.
7Intom li tibżgħu mill-Mulej stennew ħnientu,
u toħorġux mit-triq li ma tmorrux taqgħu.
“ Sirak 2:1-7 ”.
IL-FROTT TAT-TBATIJA
“Il-Bibbja,” kompla l-qassis, “ghandha diversi versi li jispjegawlna ghaliex it-tbatija u d-diffikultajiet mhux dejjem ikunu hziena kif jidher.”
“Ghalkemm it-tbatija hija inevitabbli, nistghu naghtuha sens, li huwa li ahna noffruha, naccettawha biex taghti frott ghall-eternita’”.
San Pawl fl-ittra lir- Rumani 5:3-5 jinkoraggixxi lill-qarrejja tieghu b’dan il-kliem:
3Mhux biss dan, imma niftaħru wkoll bis-sofferenzi, għax nafu li s-sofferenza ġġib is-sabar, 4is-sabar irawwem il-ħila, il-ħila t-tama. 5U din it-tama ma tqarraqx bina, għax l-imħabba ta’ Alla ssawbet fi qlubna permezz tal-Ispirtu s-Santu li kien mogħti lilna.
Issa taf. It-tbatija hija parti mill-hajja. Hadd ma jhobb ibati - dan huwa naturali - imma jekk tbati, ghallinqas aghtiha tifsira, offriha ghal ghan qaddis. Itlob ghall-konverzjoni tal-midinbin, foqra, il-qdusija tas-sacerdoti taghna, tal-familji, taz-zghazagh... Hemm hafna affarijiet li ghalihom tista’ toffri t-tbatija tieghek!
Qaddis kien jghid: “Ahjar tkun fuq is-salib ma’ Gesù milli thares lejh minn taht.”
Hallini naqsam sigriet mieghek: fi zminijiet ta’ prova nhobb immur quddiem it-Tabernaklu u nzur lil Gesù.
Hu dejjem hemm, lest biex jghinna, biex isahhah ir-ruh taghna, biex ifarragna.
Kuragg! Kun pacenzjuz u itolbu bil-fidi. Alla jberikna.
marzu 2024
KUMMENTARJU
MARZU 2024
L-ISPIRTU QADDIS
Filwaqt li x-xitan dejjem jakkuzana, l-Ispirtu s-Santu qieghed magenbna, bhala Avukat biex jiddefendina, innota Papa Frangisku.
Ahna nirreferu ghal l-Ispirtu Santu bhala Paraklitu li tfisser Konsolatur jew Avukat.
Dan ifisser li l-Ispirtu Santu qatt ma jitlaqna wahedna, hu qrib taghna bhal avukat li jassisti lill-akkuzat, bilwieqfa magembu.
L-Ispirtu s-Santu “irid jibqa’ maghna: mhuwiex mistieden li jghaddi, li jigi, biex jaghmlilna zjara ta’ kortesija. Huwa sieheb ghall-hajja, prezenza stabbli u dejjiema.”
L-Ispirtu Qaddis ta’ Alla jghammar go fina ghax tassew ihobbna u ghax Kristu weghdulna. Ma nippretendux li jhobbna u mbaghad ihallina wahedna meta l-affarijiet isiru difficli. Le. Huwa fidil, huwa awtentiku.
“F’mumenti difficli”, qal il-Papa,” l-Ispirtu s-Santu jikkonslana, igibilna l-mahfra u l-qawwa ta’ Alla”.
U meta jpoggi l-izbalji taghna quddiemna u jikkoregina, jaghmel hekk bil-mod – dejjem ikun hemm it-timbru tat-tenerezza u s-shana tal-imhabba fil-vuci tieghu li titkellem mal-qalb.
Certament, l-Ispirtu Santu, il-Paraklitu, huwa esigenti, ghax hu habib veru, fidil, li ma jahbi xejn, li jissuggerixxi x’ghandu jinbidel u fejn irid isir il-progress tar-ruh. Imma meta jikkoregina, qatt ma umiljana, u qatt ma jnissel sfiducja. Anzi, iwassal ic-certezza li b’Alla, nistghu dejjem nikkonvertu u nikbru fl-imhabba lejn il-Hallieq taghna . Dan hu l-effett tal-presenza tieghu fostna. Din hija certezza sabiha.
Avukat
L-Ispirtu Qaddis mhux biss jiddefendina minn Satana, innota l-Papa, jiddefendina wkoll minna nfusna; minna nfusna meta ma napprezzawx lilna nfusna, meta forsi naslu biex nghidu lilna infusna li fallejna, li ma ahna tajbin għal xejn. L-Ispirtu Qaddis jaghmlilna kuragg.
Jiddefendina wkoll mid-dinja li twarrab lil dawk li ma jaqblux max-xejriet taghha li mhux imfassla fuq it-taghlim ta’ Kristu u mix-xitan li hu ‘l-akkuzatur’ per eccellenza u l-firda u jaghmel kollox biex inhossuna nkapaci u mdejqa.
L-aktar verita’ importanti fil-hajja taghna hi li ahna ulied mahbubin ta’ Alla. Iva, ahna ulied mahbubin ta’ Alla: din hija l-aktar verità importanti, u l-Ispirtu jfakkarna f’dan.
Saqsi lilek innifsek
Insejjah lill-Ispirtu s-Santu qabel naghmel xi opra tajba?
Nitolbu spiss biex iqaddisni?
Nisma’ lehnu, kemm meta jinkuraggini kif ukoll meta jikkoregini?
Niftakru li ahna lkoll ulied mahbubin ta’ Alla immexxija mill-istess Spirtu Santu?
Il-Papa jheggigna biex nitolbu lil Marija biex “taghmilna docili ghall-vuci tal-Ispirtu s-Santu u sensittivi ghall-prezenza tieghu.
KUMMENTARJU
APRIL 2024
MINN MARIJA GHAL GHAND ALLA

Marija Ssma hija l-eku ta’ Alla, kanal pur li jiehu t-talb taghna direttament lejn il-Missier taghha u taghna tas-Sema.
Meta ahna l-Kattolici nitolbu lil Imqaddsa Vergni Marija, haga bhal din ma tkunx att ta’ adorazzjoni ghax Alla biss huwa den ta’ l-adorazzjoni taghna.
San Luigi de Montfort, sacerdot devotissmu ta’ Marija Ssma li ghex fit-18 il-seklu jispjega x’jigri meta nindirizzaw it-talb taghna lill-Vergni Marija, Omm Alla.
L-ispjegazzjoni tinsab fil-ktieb tieghu, Devozzjoni Vera lejn Marija. Jibda’ billi jikteb li talb sincier u devot lill-Vergni Marija ser jaghti aktar glorja lil Gesu’ f’xahar milli f’hafna snin ta’ devozzjoni aktar impenjattiva.
San Lwigi jispjega li Marija titrasforma t-talb taghna f’talb glorjuz u tipprezentah li Missier tas-Smewwiet.
Marija hija l-eku ta’ Alla, titkellem u tirrepeti biss il-kelma Alla. Jekk tlissen “Marija” hija twiegeb “Alla”. Meta Santa Elizabetta fahhret lil Marija u sejhitilha imbierka ghaliex emmnet, Marija, l-eku fidil ta’ Alla, irrisponda bil-kantiku “Ruhi tfahhar lil Mulej.”
U dak li ghamlet Marija f’dak il-jum, hija taghmlu kull jum. Meta ahna nfahhruha, meta ahna nuruha li nhobbuha, meta ahna nippresentawlha xi haga, allura Alla jigi mfahhar, onorat u mahbub u jircievi l-offerta taghna permezz ta’ Marija u f’Marija.
Jekk tlissen “Marija”, hija tlissen “Alla”.
F’ezempju iehor, San Lwigi jipprevedi li l-Vergni Marija tiehu t-talb u l-offerti taghna u tittrasformahom meta tipprezenthom quddiem Alla.
Il-Madonna, fl-imhabba immensa taghha ghalina, herqana li tircievi f’idejn verginali taghha d-don ta’ l-ghemejjel taghna , taghtihom sbuhija tal-ghageb, u tipprezentahom hi stess lil Gesù bil-qalb. Iktar glorja tinghata lil Sidna b’dan il-mod milli meta naghmlu l-offerta taghna b’idejna hatja.
Id-darba li jmiss li toffri talb lill-Verġni Marija, ftakar kif hi tirċcevi t-talb tieghek u tiehdu direttament ghand Alla. B’mod reali hafna, iktar ma nkunu qrib ta’ Marija, iktar inkunu qrib ta’ Alla.
mejju 2024@
KUMMENTARJU
MEJJU 2024
LIEMA HU L-IDOLU TIEGHEK?
Il-Papa Frangisku talab waqt il-Quddiesa tieghu ta’ filghodu fis-26 ta’ Marzu ghall-grazzja li “nagharfu l-idoli taghna,” peress li l-idoli li ghandna f’hajjitna normalment mhumiex facli biex wiehed jinduna bihom. Tant ikunu mitlufa warajhom, tant ikunu huma li jmexxuh lill-bniedem li l-bniedem ikollu ghajnejh biex jarahom, izda ma jaghrafhomx.
Billi juza l-esperjenza tal-Izraelin fid-dezert, il-Papa nnota kif l-idolatrija taghmel il-memorja u l-hsibijiet tagħna “selettivi.”
“Iġiegħlek tahseb fl-affarijiet tajbin li l-idolatrija taghtik. Imma ma thallikx tara l-affarijiet hziena,” qal. Il-poplu maghzul ftakar fl-affarijiet tajbin kollha li kienu fuq l-imwejjed taghhom meta kienu fl-Egittu. “Imma nsew li kienet il-mejda tal-jasar,” irrimarka l-Papa Franġisku. Hekk jigrilna li l-idoli taghna juruna is-sabieh li ngawdu, izda jahbulna t-telf kbir li nkunu ghaddejna jew ghaddejjin minnu. Jekk il-flus huma l-idolu tieghek, jipprezentawlek it-tgawdija tal-hajja u jnessuk l-veru tgawdija tieghek li tigi biss meta sservi lil Alla, li l-idolu tieghek ikun poggew fl-ahhar post, jekk fil-lista tieghek ta’ prioritajiet ikun ghad fadal post ghal Alla.
Aktar minn hekk inkunu qed nibnu l-idolu taghna bis-sahha tad-doni li tana Hu, doni li suppost kellna nuzawhom ghalih. Tana l-qalb taghna biex inhobbuh, izda minflok irbatniha mieghu, irbatniha ma’ l-idolu taghna.
F’dan is-sens il-Papa wissa li l-idolu tad-dinja jista’ sahansitra jinfetta kif nghixu s-sagramenti. Ta l-ezempju taz-zwieg, u staqsa kemm-il darba nistghu nbiddlu c-celebrazzjoni taz-zwieg Nisrani fi sfilata tal-moda minflok ic-celebrazzjoni ta’ sagrament. “X’inhu liebes dan u l-ohra?”
"X'inhuma l-idoli tieghek?" “Fejn tahbihom?” “Dawn huma l-mistoqsijiet li ghandna nistaqsu lilna nfusna llum”, qal il-Papa.
Jalla l-Mulej ma jsibniex fl-ahhar ta’ hajjitna u jcanfarna: ‘Int hrigt mit-triq li jiena hejjejt ghalik. Inti adurajt l-idolu tieghek flok fittixt lili .”
Nitolbu lill-Mulej il-grazzja li naghrfu l-idoli taghna u nikkoregu ruhna.
gunju 24
KUMMENTARJU
GUNJU 2024
L-ISPIRTU QADDIS
Filwaqt li x-xitan dejjem qed jakkuzana, l-Ispirtu s-Santu qieghed magenbna, bhala Avukat biex jiddefendina, innota l-Papa Frangisku.
Ahna nirreferu ghal l-Ispitru Santa bhala Paraklitu li tfisser Konsolatur jew Avukat.
Dan ifisser li l-Ispirtu Santu qatt ma jitlaqna wahedna, hu qrib taghna bhal avukat li jassisti lill-akkuzat, bilwieqfa magembu.
“U jissuġġerilna kif niddefendu lilna nfusna minn min jakkużana. Ejja nfakkru li l-akkuzatur il-kbir hu dejjem ix-xitan, li jpoggi gewwa fik id-dnub, ix-xewqa tad-dnub, il-ħażen.”
L-Ispirtu s-Santu “irid jibqa’ maghna: mhuwiex mistieden li jghaddi, li jigi biex jaghmlilna zjara ta’ kortesija. Huwa sieheb ghall-hajja, prezenza stabbli.”
Huwa Spirtu u jixtieq jghammar fir-ruh taghna. Huwa pacenzja u jibqa’ maghna anke meta naqghu. Jibqa’ ghax tassew ihobbna; ma jippretendix li jhobbna, u mbaghad ihallina wahedna meta l-affarijiet isiru diffiċli. Le. Huwa fidil, huwa trasparenti, huwa awtentiku.
“F’mumenti difficli”, qal il-Papa,” l-Ispirtu s-Santu jikkonslana, igibilna l-mahfra u l-qawwa ta’ Alla”.
U meta jpoggi l-izbalji taghna quddiemna u jikkoregina, jaghmel hekk bil-mod – dejjem ikun hemm it-timbru tat-tenerezza u s-shana tal-imhabba fil-vuci tieghu li titkellem mal-qalb.
Certament, l-Ispirtu, il-Paraklitu, huwa esigenti, ghax hu habib veru, fidil, li ma jahbi xejn, li jissuggerixxi x’ghandu jinbidel u fejn irid isir it-tkabbir. Imma meta jikkoregina, qatt ma jumiljana, u qatt ma jnissel sfiducja. Anzi, iwassal ic-certezza li b’Alla, nistgħu dejjem naghmluha. Din hi l-qrubija tieghu. Din hija certezza sabiha.
Avukat
L-Ispirtu mhux biss jiddefendina minn Satana, innota l-Papa, jiddefendina wkoll minna nfusna.
Jiddefendina minn min jakkużana: minna nfusna meta ma napprezzawx u ma nahfrux lilna nfusna, meta forsi naslu biex nghidu bejnietna nfusna li fallejna, li ahna ma ahna tajbin għal xejn.
Jiddefendina wkoll “mid-dinja li twarrab lil dawk li ma jaqblux mad-dettati u x-xejriet taghha [u] mix-xitan li hu ‘l-akkuzatur’ per eccellenza li jaghmel kollox biex inhossuna inkapaci u mhux kuntenti.”
Huwa l-Ispirtu s-Santu li jissuggerixxi kif wiehed iwiegeb ghal dawn il-“hsibijiet ta’ akkuzi”, qal il-Papa Franġisku.
Il-Paraklitu, jghid Gesù, huwa Dak li “jfakkarna f’dak kollu li qalilna Gesù” (ara Ġw 14,26). Ifakkarna , ghalhekk, fil-kliem tal-Vangelu, u b’hekk jghinna nwiegbu lix-xitan bil-kliem tal-Mulej stess . Ifakkarna, fuq kollox, li Gesù dejjem tkellem dwar il-Missier li hu fis-smewwiet, gharrafilna lill-Missier, u wera l-imhabba tal-Missier ghalina, li ahna wliedu. Jekk insejhu lill-Ispirtu, nitghallmu nhaddnu l-aktar verità importanti tal-hajja li tipprotegina mill-akkuzi tal-hazen. U x'inhi l-aktar verità importanti fil-hajja? Li ahna ulied mahbubin ta’ Alla. Ahna ulied mahbubin ta’ Alla: din hija l-aktar verità importanti, u l-Ispirtu jfakkarna f’dan.
Insejħu lill-Ispirtu s-Santu?
Nitolbuh spiss?
Nisimgħu lehnu, kemm meta jinkuraggina kif ukoll meta jikkoregina?
Niftakru li ahna ulied mahbubin ta’ Alla?
Il-Papa temm billi talab lil Marija biex “taghmilna docili ghall-vuci tal-Ispirtu s-Santu u sensittivi ghall-prezenza tieghu”.
LULJU 24
KUMMENTARJU
LULJU 2024
IL-FERH
Il-ferh huwa aktar minn emozzjoni. Huwa xi haga spiritwali fin-natura. Mhijiex biss esperjenza ta’ xi haga pjacevoli, hija esperjenza li tirrealizza jew tara l-azzjoni ta’Alla fil-hajja tieghek. Li tilmah lil Alla jahdem b’modi meraviljuzi jwassal ghall-gratitudni u ferh, Dan il-Ferh jipproduci sahha u energija li jgholli l-moral taghna u haddiehor meta jarrah jiddakkar minnu.
Ilkoll irridu nistinkaw biex naraw l-id ta’ Alla tahdem f’hajjitna stess u hekk l-attenzjoni taghna fuq l-azzjonijiet divini tieghu tipproduci ferh ukoll. Iva ghandha bzonn il-ferh. Dan hu moghti minn Alla li dawk li jimxu fuq il-linji tieghu, jigifieri l-kmandamenti tieghu.
Ipprova irrifletti dwar il-modi kif Alla bierkek u b’umilta’ kbira stqarr li dan seta’ jsehh mhux bil-hila tieghek, izda ghax Alla jhobb.
Jekk issib li jonqsok il-ferh fil-hajja, imbaghad ikkunsidra fejn thalli mohhok jiggerra matul il-gurnata. Int tahseb xejn fuq il-passat, fuq il-wegghat, fuq il-problemi u affarijiet simili? Jekk iva, dawn il-hsibijiet bla dubju se jwassluk ghal dipressjoni u possibilment anke disprament.
Ipprova dawwar mohhok ghal dak li ghamel Alla mieghek. Ara l-hafna barkiet li nghatajt u duq il-hlewwa ta’ dawk l-azzjonijiet divini. Jekk taghmel hekk tnissel fik dak il-ferh li kellhom Elizabetta meta laqghet lill-qaribitha Marija, Omm Gesu’ u t-tnejn esprimew il-ferh ghal dak kollu li ghamel Alla maghhom – Elizabetta ghax Alla nehha l-ghajb li kellha fuqha u ta tarbija minkejja li kienet imdahhla fiz-zmien u li kellha zjara minn Marija, Omm Alla u Marija ferhet quddiem Elizabetta meta infexxet tfahhar lil Alla bil-Magnificat, innu ta’ tifhir ghal hwejjeg kbar li kien ghamel Alla.
KUMMENTARJU
SETTEMBRU
2024
KRISTU HUWA D-DAWL, NIMXU WARAJH
Il-Mulej jghidilna: Jiena d-dawl tad-dinja; min jimxi warajja ma jimxix fid-dlamijiet, imma jkollu d-dawl ta’ dejjem. F’dawn il-ftit kliem il-Mulej Gesu’ jaghti kmand u jaghmel weghda. Ejjew nimxu fuq il-parir tieghu biex jum wiehed, fil-gudizzju taghna, ma jkollniex nisimghuh jghidilna: “ Jiena wrejtkom it-triq, imxejt fuqha biex tikseb il-weghdiet tieghi?” U jekk ahna nwiegbu: “X’ikkmandajtna Mulej?” Huwa jghidlek:” Li timxi warajja.”
Li nimxi wara Kristu jfisser li naghmel dak li jikkmanda Hu, jfisser li nimxu fuq il-passi tieghu. Jehtiegilna nwarrbu l-ktajjen li jassruna milli nimxu wara l-Imghallem tad-Dawl, id-Dawl li jghinna naghzlu d-Dawl mid-dlam. Il-Mulej huwa d-Dawl u s-Salvazzjoni taghna kif hemm miktub fis-Salm: Il-Mulej jehles lil dawk mill-ktajjen, il-Mulej jgholli lil imnikktin.
Dawk li gew mehlusa, jimxu wara d-Dawl, Dawl li juri t-triq lil ghomja u ghaldaqstant ma jibqghux aktar ghomja ghax jimxu fid-Dawl li jurihom kull tfixkil. Ahna minn nisel Adam, ilkoll imwielda ghomja, izda l-ghama taghna waqghalna ghax Kristu dilkilna ghajnejna bil-fidi bhal ma dilek ghajnejn dak l-ghama bir-rieq tieghu mhallat mat-trab ta’ l-art u dak l-ghama gie jara.
Il-fidi hija d-dawl li jurina u jmexxina fit-triq tal-verita’ li twassalna ghall-hajja ta’ dejjem. Meta Alla jwieghed Huwa jaghti ghax Huwa fidil lejn il-weghdiet tieghu. U l-akbar weghda tieghu hija li juri lilu nnifsu lilna biex ingawduh ghall-dejjem fil-hajja li ghad trid tigi.
Mela nintelqu ghar-rieda divina tieghu, ghax huwa biss min jaghmel ir-rieda tieghu, huwa dak li jsalva. Kif qalilna Kristu stess li mhux min jghidli “Sinjur, Sinjur jidhol fis-saltna tas-smewwiet, izda min jaghmel ir-rieda tieghi, dak jidhol fis-saltna tas-smewwiet.”
KUMMENTARJU
OTTUBRU
2024
IL-FERH
Il-ferh huwa aktar minn emozzjoni. Huwa xi haga spiritwali fin-natura. Mhijiex biss esperjenza ta’ xi haga pjacevoli, hija esperjenza li tirrealizza jew tara l-azzjoni ta’Alla fil-hajja tieghek. Li tilmah lil Alla jahdem b’modi meraviljuzi jwassal ghall-gratitudni u ferh, Dan il-Ferh jipproduci sahha u energija li jgholli l-moral taghna u haddiehor meta jarrah jiddakkar minnu.
Ilkoll irridu nistinkaw biex naraw l-id ta’ Alla tahdem f’hajjitna stess u hekk l-attenzjoni taghna fuq l-azzjonijiet divini tieghu tipproduci ferh ukoll. Iva ghandha bzonn il-ferh. Dan hu moghti minn Alla li dawk li jimxu fuq il-linji tieghu, jigifieri l-kmandamenti tieghu.
Ipprova irrifletti dwar il-modi kif Alla bierkek u b’umilta’ kbira stqarr li dan seta’ jsehh mhux bil-hila tieghek, izda ghax Alla jhobb.
Jekk issib li jonqsok il-ferh fil-hajja, imbaghad ikkunsidra fejn thalli mohhok jiggerra matul il-gurnata. Int tahseb xejn fuq il-passat, fuq il-wegghat, fuq il-problemi u affarijiet simili? Jekk iva, dawn il-hsibijiet bla dubju se jwassluk ghal dipressjoni u possibilment anke disprament.
Ipprova dawwar mohhok ghal dak li ghamel Alla mieghek. Ara l-hafna barkiet li nghatajt u duq il-hlewwa ta’ dawk l-azzjonijiet divini. Jekk taghmel hekk tnissel fik dak il-ferh li kellhom Elizabetta meta laqghet lill-qaribitha Marija, Omm Gesu’ u t-tnejn esprimew il-ferh ghal dak kollu li ghamel Alla maghhom – Elizabetta ghax Alla nehha l-ghajb li kellha fuqha u ta tarbija minkejja li kienet imdahhla fiz-zmien u li kellha zjara minn Marija, Omm Alla u Marija ferhet quddiem Elizabetta meta infexxet tfahhar lil Alla bil-Magnificat, innu ta’ tifhir ghal hwejjeg kbar li kien ghamel Alla.
KUMMENTARJU
NOVEMBRU
2024
IL-QDUSIJA SKONT SAN GWANN BOSCO.
San Gwann Bosco emmen li l-qdusija hija ghal kulhadd, specjalment ghaz-zaghzagh. Ghadda hajtu kollha jippromwovi l-qdusija fost iz-zaghzagh u l-foqra ta’ l-Italja u l-Ewropa.
Fost hwejjeg ohra huwa joffri hames pariri biex ilkoll nersqu lejn il-qdusija:
1) “Qatt taghmel hwejjeg illum li ghada tisthi minnhom.”
2) “Ahrab il-kumpannija hazin bhalma tahrab minn gidma ta’ serp valenuz.
La titqarrqux: Kumpannija hazina tikkorrompi morali tajba
3) “Uliedi aqbzu, igru u ilghabu. Aghmlu storbju kemm tridu, imma aharbu d-dnub bhal ma taharbu l-pesta, u certament li tirbhu l-genna.”
San Gwann Bosco fehem precisament li z-zaghzagh ghandhom jiddevertu. Biss joqghodu ‘l boghod mid-dnub.
4) “Hemm zewg hwejjeg li x-xitan jibza’ minnhom: it-tqarbin ta’ spiss, jekk jista’ jkun kuljum, u zjajjar lis-Santissmu Sagrament.”
San Gwann Bosco kien jemmen fil-qawwa ta’ Gesu’ fis-Sagrament, jigifieri ta’ l_Ewkaristija u l-Qrar. Huwa bosta drabi kien jpoggi l-kappella f’post fejn it-tfal kellhom jghaddu minn quddiemha meta johorgu mill-kmamar taghhom ghall-klassijiet. Dan il-pjan semplici ghadu validu llum ukoll u jekk imhares, igib il-frott fil-hajja tal-knisja.
5) Ftakru: xejn ma ghandu jissemma' fl-Oratorju, hlief f’isem l-Imqaddes ta’ Marija.”
Don Bosco kellu devozzjoni kbira lejn Marija Ssma, Gahjnuna ta’ l-Insara. Ersaq lejn Marija u hija tressqek lejn Binha Gesu’. Hija semplici daqshekk.
Don Bosco qatt ma ikkomplika il-mod ta’ kif wiehed jakkwista l-qdusija. Anzi l-pariri tieghu kienu semplici, diretti u ghal kulhadd sepcjalment ghaz-zaghzagh.
KUMMENTARJU
DICEMBRU
2024