jesusandmary

KUMMENTARJU 2021    ARKIVJU

IL-PACI.


L-ewwel jum tas-sena huwa dedikat ghall Paci. 

Ftit tal-jiem ilu fakkarna l-festa ta’ Dak li twieled ghalina biex mill-gdid ihabbibna mal-Missier u bejnitna.

Imma l-Paci tezisti fid-dinja meta quddiem ghajnejna naraw tant glied u tilwim bejn il-familji, glied bejn il-partiti, gwerrer bejn pajjiz u iehor, serq, vjolenza, ingustizzji u qtil. Dan il-gwaj kollu huwa rizultat tad-dnub, ghaliex il-bniedem tbieghed minn Alla. Spicca jahseb fih innifsu u ma jimpurtahx la mill-Hallieq tieghu u anqas minn ta’ madwaru. Jahseb biss fuq kemm ser jikkmanda lil haddiehor, kemm ser jistghana, kemm ser igawdi. Bniedem mimli bih innifsu li kollox idur madwaru. Lil Alla mhux biss jaghmlu fil-gemb izda jqisu li ma jezistix.

U minkejja laqghat bejn kbarat tad-dinja kif ser inxettlu mill-gdid il-paci, insibu li ghadna fejn konna jekk mhux aghar ukoll.

Fallejna wahda nobis!

Ghaliex minghajr Alla xejn ma jista’ jsir, ghaliex il-hidma tal-bniedem li mhux ibbazata fuq r-rieda ta’ Alla kollox huwa duhhan li jtir mar-rih. Il-vera paci ma tista’ qatt isehh. Mhux hekk kantaw l-Angli…U PACI FL-ART LILL-BNEDMIN TA’ RIEDA TAJBA.

Mela t-tluq taghna biex nizirghu l-paci irid jkun gej minn hawn: Rieda tajba fundata fuq ir-rieda ta’ Alla. Il-Paci li gejja minn naha ta’ Alla hija don li ma ghandux prezz. Jehtieg li jkollna l-paci ta’ Alla f’qalbna biex nistghu nxerrduha, ghaliex hadd ma jaghti minn dak li ma ghandux.

Induru lejn Alla u nitolbuh bhala wliedu li jitfa’ fina l-paci tieghu li ahna tlifna bi dnubietna. U nersqu wkoll lejn Omm Kristu ghax ahna ilkoll uliedha u tridna li nuru l-imhabba taghna wiehed lejn l-iehor.



KUMMENTARJU


JANNAR 2021



L-GHIRA


Ahna fid-dmir li nuru simpatija u mhabba wiehed lejn l-iehor. Madanakollu bniedem ghajjur kapaci jkisser dan il-vinklu li jghaqqadna ma’ xulxin. Bniedem ghajjur hu nieqes mill-virtu ta’ l-imhabba li hija l-fulkru li jzommna marbuta ma’ xulxin. Jippreferi li jara r-rovina ta’ ghajru.

Kull gid li niezel minn Alla fuq ta’ madwaru qisu daqqa ta’ stallet ghal ghajjur. Gia la darba ahna lkoll membri tal-gisem ta’ Kristu li huwa r-Ras, ahna ghandna nhabirku biex nikbru fil-ghaqda, imhabba, karita’ u zelu bejnitna. San Pawl jghallimna li ahna ghandna nkunu ferhanin ma’ min hu ferhan u mnikkta ma’ min hu mnikket.

Imma ‘l boghod milli jesperjenza dawn is-sentimenti hekk sbieh, l-ghajjur hu mehdi li jkisser lil ghajru bl-iskandli u l-kalunji. Jidhirlu li dan hu il-mezz ta’ kif iserrah il-bassezzi ta’ qalbu.

Hu dan il-vizzju ta’ l-ghira li gab hafna dizgwid u tahwid fid-dinja. Harsu lejn ir-rejiet u l-imperaturi kif dawn gew imnehhija minn fuq t-tron taghhom. Min gie maqtul, min gie avvelenat....... Dan sar ghax semplicement xi hadd ried johdilhom posthom u jirrenja minn flokhom. Fittex fil-fond ta’ l-istorja u, issib li kienet l-ghira li wasslet lil dawn it-tradituri li jimxu b’dan il-mod.

Ezempju iehor biex wiehed jifhem kemm hi kerha l-ghira u x’konsegwenzi koroh iggib maghha: Negozjant li jrid jahtaf in-negozju kollu ghalih. Jekk jara lil xi hadd qed jirnexxi, arah ixerred reklam hazin, jew jigdeb kontra n-negozjant kompetitur tieghu. Kemm haddiema jxerrdu gideb jew malafami kontra shabhom biex ta’ l-ahhar jidhru koroh u l-gid johduh huma? 

L-ghejra tnawwar kull relazzjoni sahansitra fil-familji, bejn ir-ragel u l-mara. Kemm joqghodu ghassa ta’ xulxin u jistudjaw kull pass li taghmel xi parti. Ir-rizultat hu glied kontinwu, akkuzi kontra xulxin u nuqqas ta’ paci bejnithom. X’infern ta’ hajja minhabba l-ghira!!!!

L-ghira hu dnub mishut li jgib il-firda bejn l-ahwa. Fil-mument li l-genituri ma jkunux gusti ma’ uliedhom fit-tqassim tal-gid taghhom timbet l-ghira u maghha ggib il-mibgheda, mibgheda li tista’ iddum snin u snin.

L-Ghira dehret ghal ewwel darba bejn l-ewwel ulied ta’ Adam u Eva, Abel u Kain. Kien minhabba l-ghira li Kain qatel lil huh Abel, ghax  is-sagrificcju ta’ Abel kien aktar maghgub quddiem Alla minn dak ta’ Kain. U bir-ragun ghax Abel kien joffri lil Alla l-ahjar offerti filwaqt li huh kien joffri l-aghar offerti.

Kemm saru dnubiet bis-sahha ta’ l-ghira. Kienet l-ghira li ulied Gakobb bieghu lil huhom Guzeppi, bhala lsir lin-negozjanti li kienu sejrin l-Egittu.

Kienet l-ghira li minhabba fiha l-Lhud qatlu lil Gesu’. Pilatu kien jaf li minhabba l-ghira l-Lhud gabu lil Gesu’ quddiemu.

L-ghira hija passjoni ghamja. Dan il-vizzju jista’ jahkem kemm lill-fqir kif ukoll lis-sinjur.  Tassew vizzju mishut li ma ssib tarfu mkien gia la darba tatih il-wisa’ fejn jahdem. Huwa perikoluz hafna l-vizzju ta’ l-ghira billi min hu mahkum minnu jahbih u bosta drabi jghattih bil-kappa tal-virtu jew hbiberija. L-ghira hija marda pubblika li minnha hadd ma jehles  jekk ma jkunx attent  b’seba’ ghajnejn. L-ghira thaffilna riglejn lejn it-telfien minghajr ma nindunaw.

Nitolbu l-Ispirtu Santu biex naghrfu l-istat tar-ruh taghna bil-grazzja Tieghu. Jekk ma tkunx il-grazzja Tieghu dejjem insibu xi skuza li tikkonvincina li ahna ma ghamilna ebda zball meta aggixxejna b’dak il-mod. 

Sigriet iehor biex nikxfu l-ghira ta’ go fina hija l-umilta’. Hekk kif is-suppervja tahbihulna, l-umilta tirrevelahulna. 


KUMMENTARJU


FRAR 2021

IL-KOPPJA THAT IL-HARSIEN TA’ GUZEPPI U MARIJA

L-ewwel festa f'gieh iz-zwieg giet celebrata fid-29 ta' Awissu tas-sena 1517 meta l-Papa Ljun X ta permess lis-Sorijiet ta-Thabbira li jaghmlu tifkira taghha. Aktar tard fis-seklu 19 u 20 inghataw permessi ohra biex tkun osservata din it-tifkira fit-23 ta' Jannar, imma kien hemm lokalitajiet ohra li kienet imharsa f'jiem ohra. Din il-festa ma nsibuhiex fil-kalendarju liturgiku universali tal-knisja, imma hija mfakkra f'diversi santwarji dedikati lil San Guzepp u minn certi kongregazzjonijiet religjuzi ohra bhal l-Oblati ta' San Guzepp.

Is-sena 2020 gabet maghha zewg anninversarji: il-150 anniversarju ta' meta San Guzepp gie dikjarat  Patrun Universali u Protettur tal-Knisja minn Papa Piju IX u l-100 anniversarju tat-Twelid ta' San Gwann Pawlu II, Papa, il-Papa kbir tal-familja. Il-Papa Gwann Pawl II fl-ezortazzjoni appostolika tieghu Redeptoris Custos, jigbed l-attenzjoni ta' l-insara fuq l-importanza taz-zwieg bejn Marija u Guzeppi bhala mudell taz-zwieg nisrani. L-ghaqda bejn Marija u Guzeppi ghandha tkun l-ghaqda bejn koppja mizzewga nisranija.

Ghidilna San Bernardinu minn Siena li Guzeppi u Marija kienu qalb wahda u ruh wahda. Mohhom  kien fuq l-istess binarju; hsiebhom li jhobbu lil Alla u jkabbru l-familja taghhom skont ir-rieda ta' Alla. Kienu jghumu fil-grazzja t'Alla b'mod abbundanti.

Il-Papa qaddis jkompli jispjega li meta wasal iz-zmien li Alla jibghat il-Feddej ghas-salvazzjoni tal-bniedem, precizament kien iz-zwieg ta' Marija ma' Guzeppi li kien il-kawza li l-pjan t'Alla seta' jsehh. Il-predecessur tieghu, San Pawlu VI, Papa, "jishaq li filwaqt li Adam u Eva kienu sors ta' hazen li hakem id-dinja, Guzeppi u Marija kienu l-quccata li permezz taghhom il-qdusija xterdet fid-dinja. Is-Salvatur beda' ix-xoghol tal-Fidwa minn din l-ghaqda qaddisa."

Bhal Guzeppi u Marija l-koppji mizzewgin huma msejha biex jaghtu lilhom nfushom lil xulxin. L-imhabba taghhom ghandha kuljum tikber biex id-dar taghhom issir santwarju ta' imhabba u benniena tal-hajja. Ghandhom jifhmuha li permezz tal-vokazzjoni taghhom bhala mara jew ragel mizzewga jersqu dejjem lejn il-qdusija billi dejjem u f'kollox jaghmlu r-rieda ta' Alla. Il-koppa nisranija ghandha tixbah lil Marija u lil Guzeppi billi jpoggu t-tama taghhom fil-Mulej Alla, quddiem it-tahbit tal-hajja harsithom ghandha tkun fissa u ccentrata fuq Gesu' is-sultan tal-familji kollha.

Meta f'dawn iz-zminijiet il-familja hija mzebilha u mheddha biex thabbat wiccha mar-rovina,  il-koppji ghandhom iduru lejn il-Familja Mqaddsa ta' Nazaret u jitolbu li  bl-intercessjoni u l-barka taghha fuq il-familja taghhom, jikbru fil-fidi, it-tama u l-imhabba. Hekk igawdu minn kotra kbira ta' grazzji minn Alla.


KUMMENTARJU


MARZU 2021




GHIX HAJJA TAJBA BIEX TFEJJAQ ID-DINJA IMKISSRA

Jinghad li G.K.Chesterton wiegeb ghall-mistoqsija ta' The Times li staqsietu hekk: " X'hawn hazin fid-dinja tal-lum?" b'din ir-risposta: "Jiena t-tort." Bhal Chesterton, ahna rridu nsibu twegiba wkoll.

Aktar ma jghaddi zmien, aktar qed nsiru maqsuma bejnitna . Il-mentalita' ta' ahna kontra huma dejjem qed tikber specjalment d'dan iz-zmien ta' teknologija meta l-medja socjali tisqina mibgheda, ghira, glied, abort u qtil u nsulti wiehed lil iehor u tigglorifika modi "civilizati" ta' kif tehles mid-dghajjef u dawk bla bzonn fis-socjeta' taghna.

Din l-attidudni minn dejjem kienet sa mill-waqa' tal-bniedem. L-ghadu tal-bniedem li huwa x-xitan jrid jifred u jsaltan.

Irridu naghmlu l-parti taghna biex infejqu d-dinja zghira kemm hi zghira. Hekk ghamlu l-qaddisin meta feggew skandli, persekuzzjonijiet u dlamijiet. Bdew minnhom infushom u dan jghodd ghalina lkoll illum.

Il-problema tad-dinja hija jiena u inti.  Nonqsu li nghixu hajja bizzejjed tajba. Nitbieghdu minn Alla. Ahna dghajfa u ncedu ghat-tentazzjonijiet. Il-glieda bejn it-tajjeb u l-hazin tbaqbaq go fina. Id-dinja tridna li ahna nimxu kif tixtieq hi skont ir-regoli taghha. Hafna drabi bosta huma dawk li jithanbqu fuq hwejjeg bla bzonn, jahlu hafna energija  fuq hwejjeg li jghaddu u jitilfu kull sens li b'hajjithom jevangelizzaw lil ta' madwarhom.

Is-soluzzjoni ghal dawn il-problemi tad-dinja tal-lum hija li nghixu bhala vera dixxipli ta' Kristu. Xhud ta' Kristu jumilja lilu nnifsu ghax hu jaf seww li huwa midneb bhal haddiehor. Jaghder ghalhekk lil ghajru qabel ma jghaddi gudizzju fuq ghemil il-proxxmu tieghu fuq il-medja socjali jew jghaddi kumment quddiem l-ohrajn. Il-korrezzjoni fraterna ghandha bhala pedament l-Imhabba.

L-Imhabba u l-umilta' huma zewg ingredjenti biex nersqu aktar lejn l-ohrajn anke lejn dawk li ma naqblux maghhom. It-talb taghna ghandu jkun ghajnuna biex inressqu lill-midimbin lejn Alla ghaliex wara kollox hija l-grazzja ta' Alla li taghmel dan. Ahna nizirghu, imma huwa l-Ispirtu Qaddis ta' Alla li jgib il-konverzjoni fl-erwieh. Il-verita' ingibuha quddiem il-bnedmin, imma ma nistghux naghmluha b'manjiera li tbaxxi d-dinjita' tal-bniedem.

Il-problema hemm barra fid-dinja hija jiena. Jiena midneb. Ghazilt il-hazin fuq it-tajjeb. Inqast milli nhobb il -familja, hbieb, girien, ahwa fi Kristu u l-barrani bhalma Kristu jhobbhom.

Nibdew minna nfusna. Naghzlu biex inhobbu ahjar lil Alla, naghzlu biex inhobbu lil ohrajn bil-fatti, nitolbu lil Alla l-grazzja tieghu biex inkunu l-qaddisin li jixtieqna Hu, ma inkunux ghodda ta' firda, izda ta' ghaqda, anke ma' dawk li jahsbuha differenti minna.

Hekk inkunu qed naghmlu pass zghira biex intejbu lid-dinja. Wara kollox kull ma hu kbir dejjem beda' permezz ta' pass zghir.

april 2021@



KUMMENTARJU


APRIL 2021

NIBZGHU GHALL-FIDI

 Jekk tieqaf tattendi il-Quddies, hija l-ehfef triq biex il-fidi tieghek tibred u tintefa'.  Ghaliex? Ghaliex tkun qed tissepara lilek innifsek mill-Ewkaristija. Jekk ma tattendix il-Quddiesa regolarment kull nhar ta' Hadd ( haga sabieha jekk jista' jkun kuljum), tisma' l-ahbar it-tajba moghtija mis-sacerdot u tircievi lil Gesu' Ewkaristija l-fidi tieghek tiddghajjef . Il-vuci tal-kultura u tad-dinja bil-mod il-mod tohnoqlok il-vuci ta' Alla u ssir trux Ghalih.

Spiss inhabbtu wiccna mat-tentazzjoni li ninghogbu ma' kulhadd. U biex naghmlu hekk bosta drabi nwarrbu fil-gemb il-principji kattolici taghna li ma huma negozjabbli qatt. Jigri ghalhekk biex nghogbu lil dak u lil iehor naslu biex nishtu nistqarru dak li fih nemmnu. Il-kumpannija taghna ghandha tkun kumpannija li jahsbuha bhalna. Niftakru dak li widdibna Kristu “li min jisthi jistqarrni quddiem il-bnedmin jiena nisthi nistqarru quddiem Missieri li hu fis-smewwiet u min ma jisthix jistqarrni quddiem il-bnedmin jiena ma nisthix nistqarru quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.”

Qatt tahseb li d-dinja tibda' bik u tispicca bik. Is-suppervi Alla jkeccihom minn quddiemu. Kun konxju tal-bzonnijiet ta' nies ta' madwarek.  U jekk ikun hemm bzonn li tohrog xi ftit minn triqtek tahsibhiex darbtejn jekk dan ma jkunx xi inkonvenjent ghalik.

 Jekk jiguk xi mistoqsijiet dwar il-fidi tieghek fittex lil min jista' tassew jghinek. Qatt tinghalaq fik innifsek. Hemm bosta ghejjun minn fejn tista' issib il-konfort. Titghazzinx biex tiftah u taqra l-Kelma ta' Alla, jew tifli l-Katekizmu tal-Knisja u jekk tibqa' imhawwad ersaq lejn xi espert  li jista' jiccaralek id-diffikultajiet tieghek.

Il-Fidi jekk ma tiehux hsiebha malajr tista' titlifha. X'jigri meta titlef habib? Huwa process li jigi bil-mod il-mod. L-ewwel tipprova taharbu billi ma tarax wicc imbwicc, imbaghad il-konversazzjoni tieghek issir wahda fil-boghod bi ftit tislijiet ta' kultant, biex fl-ahhar tinqata' totalment qisu qatt ma gara' xejn. Hekk tahdem l-istess triq ma' Gesu'. Ieqaf tkellem ma' Kristu, ieqaf ahseb fuqu, u tara kif tohorgu minn qalbek u mohhok. U dan kollu jigri ghax wiehed ikun bired mill-imhabba lejn Gesu'.

Mela ghamel minn Gesu' il-priorita' tieghek.


mejju2021@

KUMMENTARJU


MEJJU 2021


L-UMILTA' FIL-PRATTIKA


Ftakar li inti ma intix l-ahjar. Hemm uhud li ghandhom xi esperjenzi

 li inti qatt ma ghaddejt minnhom. U ghaldaqstant huma superjuri

ghalik. Tghallem minn ghandhom. Albert Einstein li huwa meqjus

 bhala wiehed mill-aqwa mhuh qal: " Qatt ma iltqajt ma' bniedem

 injurant u minnu ma tghallimtx xi haga."

 Meta tikkumplimenta lil xi hadd kun sincier fil-kumplimenti tieghek.

 Aktar ma wiehed jahseb posittiv fuq ta' madwaru inqas ikun ic-cans

 li jaqa' fl-egoizmu.

 Kun hafif biex tammetti l-izbalji tieghek. Jinghad li l-aktar kelma

 /kliem ibsien f'kull lingwa huma: " Zbaljajt" U dawk li ma jammettux

 minhabba s-suppervja taghhom x'aktarx li jibqghu jirrepetu l-istess

 zbalji.

 Skuza ruhek jekk inqast. Jekk il-kelma ZBALJAJT hija iebsa, il-

kelma SKUZANI hija t-tieni wahda. Jekk tuzhom it-tnejn flimkien

 inti tkun qed toqtol zewg ghasafar hziena b'gebla wahda ta' l-

umilta.

 Fin-natura taghna ahna suppervi imma haga bhal din taghmel l-

affarijiet aktar iebsa. Umilja ruhek, itlob u accetta l-ghajnuna li

 joffrilek haddiehor.

 Aqdi lil ta' madwarek, tfal, xjuh, morda etc, jew aghmel xi forma

 ta' xoghol fil-kommunita'. Issib li ghamilt qliegh aktar milli tajt.

 Fl-ahhar ifhem li kull hila tieghek gejja minn Alla. Lilu aghti kull

 krettu. Ghalhekk Lilu wahdu glorja ghal dejjem ta' dejjem.

 GUNJU 2021@

KUMMENTARJU


GUNJU 2021

TLETT PARIRI GHAL TROBBIJA TAJBA

 

Wahda omm tistqarr li ghandha esperjenza ghat-trobbija tat-tifel taghha xejn posittiva. L-attitudni taghha lejn binha adoloxxenti kienet wahda pjuttost qarsa. Tghid: " Nittrattah b'manjiera li anqas biha ma nittratta lill-barranin; mieghu inkun harxa. Nirrabja wisq mieghu u sahansitra nzomm f'qalbi ghalih. U nistqarr li din l-imgieba tieghi jixraqilha korrezzjoni. Ghalhekk tlabt gwida lill- persuna habiba  tieghi, Susan Merill, esperta fit-tmexxija ta' l-ulied, persuna li stqarret li ghaddiet minn nuqqasijiet, rabbiet hamest ulied u qasmet  dak li tghallmet mieghi. "

 Wissietni biex quddiemi npoggi ghan principali wiehed dak li naghmel li nista' biex inrabbi lit-tifel jikber fil-gherf, f'sahhtu u fil-grazzja quddiem Alla.

 "Ftakar li inti l-ewwel imhabba ta' ibnek. Fil-futur meta ibnek ikun ifittex tfajla l-ghazla tieghu tkun fuq tfajliet li jixbhu lilek. Jekk ahna kapaci nghallmu lil uliedna biex ikunu twajba, huma generalment jaghzlu tfajla twajba ghaliex jafu xi tfisser tjubija".

 "Trobbija tajba titlob li l-omm ikollha s-sabar bhala l-pedament tat-tjubija. Trid tkun omm ta' sabar kbir biex tiffaccja l-provokazzjoni, l-isfortuna u r-rabja li thabbat wiccek kuljum minhabba t-tfal."

 "Bhalma t-trobbija tat-tfal  huwa xoghol li dejjem u kuljum ghaddej u qatt ma jieqaf hekk ukoll ahna bhala ommijiet. Il-maternita' ghallmitni li nhobb aktar fil-fond, nifrah u nikbi, napprezza l-paci, nahdem biex inkun pacenzjuza, nezercita t-tjubija, u nafda f'Alla filwaqt li kontinwament nikkontrolla lili nnifsi.   Hekk kif ahna l-ommiiet nikbru, hekk ukoll uliedna. Hekk kif quddiemna jitfaccaw l-isfidi li daqqa nirbuhom, ohra nitilfuhom, hekk jigri f'uliedna. Kif inhobbu ahna, uliedna jhobbu ukoll."

 

(Dak li jinghad ghal l-omm jghodd ukoll ghall-missier.)

 LULJU 2021 @

KUMMENTARJU


LULJU 2021

AGHZEL DAK LI JIBQA’ GHAL DEJJEM.


Huwa sigriet miftuh li d-dinja hija maqsuma bejn it-tajjeb u l-hazin. Provi ta’ dan huma abbundanti. 

Waqt li vjaggatur kien ghaddej bl-karrozza tieghu fuq il-highway ta’ Ghicago, gie wicc imbwicc ma’ zewg billboards imbieghda ftit metri minn xulxin li juru ezempji klassici tal-qasma tal-kultura taghna.

L-ewwel billboard kien juri stampa ta’ electrocardiogram ta’ qalb li waqfet thabbat f’daqqa wahda. U l-kliem li kien hemm tahtha kien jaqra hekk: META TMUT, INTI TILTAQA’ MA’ ALLA.

Billi l-lejla kienet wahda ta’ xita u silg is-sewwieq ma setghax jara aktar dettalji. Ma kienx jaf min qeghdu hemm imma dan ma kienx ta’ importanza.  Ghal mument wiehed qasir ftakar f’dak li tghallem il-knisja: L-ahhar erba hwejjeg huma MEWT, GUDIZZJU, INFERN U GENNA. Ahseb f’dawn il-hwejjeg tghidilna l-Iskrittura u inti ma tidneb qatt. Il-frasi semplici serviet biex gabet f’mohh is-sewwieq hsieb gentili imma riflessjoni qawwija fuq it-tifsira tal-hajja. U s-sewwieq kien cert li ma kienx hu biss li f’mohhu giet din ir-riflessjoni ta’ malajr izda profonda.

It-tieni billboard, imbieghed ftit metri biss mill-l-ewwel wiehed, kien l-oppost ta’ qablu. Kien jikkonsisti fi stampa li turi beef burger doppja bejn hobza imhawra fis-sauce u patata chips. Taht l-istampa kien hemm kliem li jghid : IL-FERH HUWA BHAL DIN IL-BEEFBURGER DOPPJA. 

Ma hemm xejn hazin b’dan il-beefburger doppju  jew li tiehu pjacir tieklu. Madankollu l-messagg wara dan il-billbord huwa materjalistiku. Hekk haseb is-sewwieq. Ma kienx hemm ebda stedina biex wiehed jirrifletti profondament. Pjuttost kien hemm insinwazzjoni ta’ malajr li tghidlek li l-ferh tista’ tixtrih billi tottieni immedjatament l-oggett tax-xewqat tieghek. F’dan il-kaz, is-sodisfazzjoni jew pjacir huwa equivalent ghall-ferh. Skont il-logika ta’ dan ir-reklam, il-hajja ghandha tkun serje twila ta’ pjaciri.

Certament ma nistghux niggeneralizaw  u nghidu li kwazi kull bniedem jista’ jinfilsa ruhu f’kategorija jew ohra. Kultant it-tnejn tista’ issibhom fi proporzjonijiet differenti fl-istess persuna. F’sitwazzjonijiet ohra, l-istess persuna issibha xxaqleb lejn wahda, imbaghad jghaddi z-zmien u ddur lejn l-ohra. 

Hi x’inhi d-direzzjoni li lejha ahna diretti, irridu nifmuha sew li l-vera triq li twassalna lejn il-veru ferh hija dik li tohodna lejn Alla. Kull ferh iehor jew sodisfazzjoni barra minn din id-direzzjoni huwa frugha li tixbah  dik is-shaba f’sema ikhal li malli jonfoh ir-rih, itir u tispicca fix-xejn .

Kun ghaqli: aghzel dak li jibqa’ ghal dejjem.

awwissu @

KUMMENTARJU


SETTEMBRU

 2021

IR-RIPARAZZJONI


Ix-xahar ta’ Ottubru ghandu zewg kommemorazzjonijiet importanti hafna. It 13 ta’ Ottubru l-ahhar dehra tal-Madonna gewwa Fatima u s-16 ta’ Ottubru l-festa ta’ Santa Margerita Marija Alacoque. Swor Margerita ghexet fis-17 il-seklu u Santa Lucija wahda mill-protagonisti ta’ Fatima dahlet soru fil-kunvent fis-sena 1925. Dawn ghexu 250 ‘l boghod minn xulxin, madankollu huma maghquda flimkien b’missjoni identika. It-tnejn xandru messagg ta’ “ riparazzjoni.”

Il-kelma riparazzjoni tfisser li ssewwi…..li tpatti l-hsarat li jkun ghamel haddiehor jew li tkun ghamilt inti stess. Kemm hu offiz Alla jew dizrispettat Gesu’, jew li jwarrbu l-kura ta’ Marija Sssma u l-intercessjoni taghha, bosta drabi anke bi kliem hazin jew dagha.

Meta nharsu d-devozzjoni ta’ l-ewwel disa’ gimghat tax-xahar jew l-ewwel hames sibtijiet tax-xahar ahna nkunu qed nirriparaw lil Alla jew inpattu ghall-hsarat migjuba bid-dnubiet tal-bnedmin, inkluzi dd-dnubiet taghna, ghax wara kollox mis-sema ‘l isfel kulhadd huwa midneb. “Ahfrilna dnubietna” u “itlob ghalina midimbin” huma zewg frazijiet li spiss intennu fit-talb taghna.

Il-Qalb ta’ Gesu’ litteralment tokrob biex turi mhabbitha lejna u meta noffru t-talb taghna flimkien mal-penitenzi,  maqghuda mas-Sagrificcju Tieghu (il-Quddiesa) ahna nkunu nuruh rispett u qima u nikbru aktar intimament fil-hbiberija mieghu.

Kien Gesu’ stess li ta lil Swor Margerita din id-devozzjoni ta’ l-ewwel disa’ gimghat ta’ kull xahar. U fost il-weghdiet li ta lil dawk li jharsu din id-devozzjoni kienet din: “li min kull l-ewwel gimgha tax-xahar ghal disa’ xhur wara xulxin ihares din id-devozzjoni, jigifieri li jitqarben, imut fl-istat tal-grazzja tieghi, jircievi l-ahhar sagramenti. Il-qalb tieghi tkun ir-refugju sigur f’dawk l-ahhar mumenti.”

L-omm qaddisa ta’ Kristu tat lil Swor Lucija devozzjoni ohra imsejha l-ewwel hames sibijiet ta’ kull xahar.  Il-Madonna trid li f’dan il-jum , l-ewwel Sibt ta’ kull xahar ghal hames xhur wara xulxin, id-devot taghha jqerr, jitqarben, jghid ir-Ruzarju u jghaddi ftit tal-hin fit-talb maghha sabiex ipatti ghal insulti li tircievi l-Qalb Immakulta u Qaddisa taghha. Gesu’ huwa terribilment offiz bid-dnubiet kontra l-Omm ghaziza tieghu. U weghdet lil Swor Lucija li “kull min ihares din id-devozzjoni huwa jkollu l-grazzji kollha mehiega biex isalva ruhu.”

Dawn iz-zewg sorijiet qaddisa ghexu sekli mbieghda minn xulxin, madankollu gharfu l-htiega u l-qawwa li jirreparaw biex jressqu erwieh lejn Kristu.

Ahseb ftit li Alla jitlob minna mhux biss li nitbieghdu mid-dnub izda wkoll biex nirreparaw ghad-dnubiet tad-dinja bhalma ghamel Ibnu Gesu’ li patta ghad-dnubiet kollha tal-bnedmin, minkejja li qatt ma ghamel dnub.


ottubru@

KUMMENTARJU


OTTUBRU

 2021

SINGING IN THE RAIN

Hafna drabi nisthu x-xita minhabba l-inkonvenjenza li din tikkawzalna fuq il-pjanijet taghha. Madankollu minghajr ix-xita certament li konna mmutu.

Jistghu jinqalghu bosta cirkustanzi fil-hajja taghna li jfixklulna dak li jkollna f’mohha li naghmlu. Igibulna kemm igibulna

frustrazzjonijiet dawn ic-cirkustanzi, irridu niftakru li Alla hu f’kontroll assolut tac-cirkustanzi kollha u li l-grazzji tieghu jixterdu b’abbundanza fuqna. Jekk Alla ppermetta li x-xita tinzel u thassar il-pjanijiet taghna, hemm bil-fors raguni divina ghala sehh dan. Imma hafna drabi niddubitaw mill-intenzjonijiet tajba ta’ Alla anke sal-punt li nghidu kontra tieghu.

Nistghu nghidu li ahna nafdaw f’Alla? Meta nhossuna frustrati li l-affarijiet ma humiex mexjin sew kif irriduhom ahna, dak huwa sinjal li ahna tlifna l-attenzjoni taghna minn fuq Alla u l-pjan tieghu.

Is-sultan David kiteb hafna mis-Salmi, li huma innijiet ta’ tifhir meta kien ippersegwitat u mfittex fix-xaghri

1Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. Salm 107
 

Job taht kuntrarji estremi  jbaxxu rasu quddiem Alla, jibqa’ jemmen Fih u jistqarr: ‘‘Il-Mulej tani, il-Mulej hadli: ikun imbierek isem il-Mulej.’’

Haga hafifa li tfahhar lil Alla meta kollox ward u zahar, imma ta’ madwarna jinnutawna jekk nibqghux nfahhru lil Alla hekk kif ic-cirkustanzi ta’ madwarna jduru kontrina.

Niftakru li huma x’inhuma c-cirkustanzi li fihom insibu ruhna, il-grazzja ta’ Alla dejjen tinzel fuqna bhax-xita fuq l-art. Forsi wasal iz-zmien li naghlqu l-umbrellel u nibdew inkantaw fix-xita.

28Aħna nafu li Alla, ma’ dawk li jħobbuh, ma’ dawk li huma msejħin skont il-providenza tiegħu, f’kollox jaħdem id f’id għall-ġid tagħhom Rumani kap 28


KUMMENTARJU


NOVEMBRU

 2021

AWGURI MHUX TAS-SOLTU


 



KUMMENTARJU


DICEMBRU

 2021

Make a free website with Yola