jesusandmary


IL-MERTU TA’ L-OPRI

 

Tlett hwejjeg mehtiega biex wiehed ikollu merti  quddiem Alla ta’ opri tajba u jekk tonqos wahda minnhom ma jghodd xejn li n-nies jghidu li inti virtuz; jghodd biss kif il-bniedem qieghed quddiem Alla.

L-ewwel haga li jehtieg ghall-mertu quddiem Alla hija li l-istat ta’ ruhna ghandu jkun fil-grazzja ta’ Alla jigifieri l-bniedem ma jkunx fl-istat tad-dnub il-mejjet. Dan qalulna Kristu stess meta ammonina li kif il-fergha ma tistax iggib frott jekk tkun maqtugha miz-zokk hekk wkoll il-bniedem jekk dan ma jkunx Fih.  Mela meta nindunaw li ahna qeghdin fl-istat tad-dnub il-mejjet naghmlu hilitna kollha biex immorru nircievu l-assoluzzjoni sagramentali ghaliex l-opri kollha li nkunu ghamilna b’tant pacenzja u tant karita’  ma jkunu jiswew xejn.

 It-tieni haga hija li jehtigilna li jkollna intenzjoni retta f’kull haga tajba li naghmlu, Kun af li hadd ma jaghmel xejn ghal xejn: xi fini zgur li jkollu  l-bniedem biex jitqanqal biex jopra. Ahna l-bnedmin fin-natura mhassra taghna migbudin wisq  biex infittxu lilna nfusna f’kollox: inhobbu l-istimi, naghmlu biex nidhru, nhobbu l-flus u l-kumditajiet etc. Jekk ahna nopraw b’xi fini temporali u mhux sopranaturali zgur li ma nkunux naghtu glorja lil Alla. Jekk per ezempju bniedem ma jisraqx ghax jekk jinqabad jinfama ruhu ma ghandu ebda mertu quddiem Alla; ghall-mertu jehtieg li nkunu imqanqla minn xi haga tal-fidi – ma nisraqx ghax Alla hekk jikkmandani.

It-tielet haga biex nimmeritaw hija li ahna nkunu fl-istat tal-hajja: kif qal Kristu stess li ghad jigi lejl li fih hadd ma jista’ jahdem. Sakemm ahna pellegrini hawn fid-dinja bid-dawl tal-fidi ghandna okazzjoni li nahznu tezori ghalina fis-sema, izda meta mmutu mmorru nahsdu ghal eternita’ dak li nkunu zrajna fiz-zmien.

Ghalhekk ifhem tajjeb kemm hu prezzjuz iz-zmien u li ma tharbtux fic-cajt u fil-blughat. O li kieku bniedem mejjet jerga’ jigi lura fid-dinja zgur li jbiddel il-programm ta’ hajtu li jkun ghex qabel; ihabrek kemm jiflah ghall-mertu. Kun af li wara l-mewt mhux kulhadd igawdi xorta wahda, izda kulhadd proporzjonalment skont ghemilu.

 

KONKLUZJONI:

Naghmlu mill-ahjar biex inkunu hbieb ma’ Alla permezz tal-grazzja tieghu ghaliex il-mewt tigi ghal gharrieda u huwa ghaqal kbir li issibna dejjem imhejjija. Qatt u qatt tkun iblah li timmira ghall-hwejjeg temporali li jghaddu f’ghamza ta’ ghajn. Iddeciedi li f’dan il-pellegrinagg qasir tkun ghaqli u taghmel tezor li hadd ma jista’ johodulek jew jisraqulek.

.

Make a free website with Yola