KIF TAGHZEL BEJN ZEWG AFFARIJIET TAJBA
Xoghol ix-xitan huwa li jizra’ il-hazen biex jisraq l-erwieh. Jew ihajrek direttament ghad-dnub ( falli l-quddies tal-Hadd, abbuza minn xi awtorita li ghandek u b’ hekk tikkawza ingustizzja etc) jew ipoggilek it-tajjeb u jibdlu f'inqas tajjeb.
Eżempju : “Għandi xi xoghol x’naghmel, imma jistaʼ jistenna sa ghada. Għandi nkun mal-familja tiegħi u nilgħab mat-tfal tiegħi. Dan huwa l-ewwel dmir tieghi bhala genitur. Taf xiex? Nista' nhallihom jaraw it-TV għal ftit waqt li nispicca x-xogħol tieghi. Żewġ ghasafar b’gebla waħda. (Grazzi TV!)”
Kollox sew, ix-xogħol huwa ħaġa tajba; jipprovdi stabbiltà ekonomika għall-familja tieghek u sodisfazzjon personali għal xogħol magħmul tajjeb. Izda l-hin mal-familja tiegħek huwa prijorità oghla, specjalment meta x-xoghol jista’ jistenna sa ghada.
U minghajr ma tintebah, ix-xitan ikun qed jistiednek ghar-rebgha. Ihajrek taghzel dak li huwa inferjuri.
Dejjem aghzel dak li huwa superjuri. Ghandna lil San Frangisk de Sales. Quddiemu kellu zewg affarijiet: jikteb fuq Alla jew jirgha l-poplu tieghu. It-tnejn kienu hwejjeg tajba, izda huwa ghazel li jkun rghaj tal-merhla afdata f’idejh
Santa Tereża ta’ Lisieux kellha esperjenza simili. Kienet sempliċi zaghżugha meta daħlet fil-Karmelu. Qabel ghamlet dan il-pass xtaqet issir missjunarja, imma Alla wrieha li l-qdusija taghha hija iggibha minn hajja monastika. Hemm hija talbet ghall-missjoni, ghall-konverzjonijiet…….. Hija qatt ma waslet sa truf l-art fiżikament, iżda l-ispirtu tagħha kien meqjus denju tal-unur ta’ Patruna tal-Missjunarji wara l-kanonizzazzjoni tagħha.
Filwaqt li Alla żamm is-sodisfazzjon tax-xewqat qaddisa tagħha fuq l-art, Hu taha l-missjonijiet kollha bl-abbundanza wara li rċieviet l-premju etern tagħha.
Illum il-knisja ghazlitha bhala patruna tal-missjonjiet.
Halli lil Alla ikun il-fulkru li bih taghmel id-decizzjoniet tieghek ta’ kuljum. Itlob dejjem u kuljum.
Immexxi mir-rieda ta’ Alla permezz ta’ dawn ir-rigali, l-ghażla tiegħek tkun ovvja: aghzel dejjem dak li huwa superjuri.
KUMMENTARJU
JANNAR 2023
frar 2023
KUMMENTARJU
FRAR 2023
marzu 2023
KUMMENTARJU
MARZU 2023
april 2023
KUMMENTARJU
APRIL 2023
KUMMENTARJU
MEJJU 2023
gunju 2023
KUMMENTARJU
GUNJU 2023
IL-FIDI WAQT IT-TRIBULAZZJONIJIET
IL-FIDI FI ZMIEN TA’ GWERRA
Fr. Emil Kapaun fil-prezent huwa maghruf mill-knisja bhala l-Qaddej ta’ Alla. Kien sacerdot u kappillan ta’ l-armata amerikana waqt it-tieni gwerra dinjija u l-gwerra tal-Korea. Kien maqbud u mehud prugunier fil-kamp Korean u maqtul mill-kommunisti. Il-president Obama ddekorah bil-Medalja ta’ l-Unur wara mewtu.
Wera’ kuragg kbir meta kien isalva suldati midruba filwaqt li l-bullets kienu jvenvnu ma’ rasu. Ghen lil bosta suldati b’infjammazjoni kawzata mill-ksieh biex jimxu aktar minn 60 mil ghal kamp tal-prugunerija. Kien jghallem lis-suldati biex ikunu ta’ xiehda nisranija quddiem il-mexxejja tal-kamp. Kien jaghmel xoghlijiet li haddiehor ma kienx irid. Fi ftit kliem kien is-samaritan it-tajjeb ghas-suldati.
Huwa kien jitlob ma’ min kien ikun irid jinghaqad mieghu. Bata’ minn pulmonite u kellu trombosi f’saqajh. Il-kommunisti haduh l-isptar u hallewh imut hemm. Qabel halla lil shabu prugunieri huwa qalilhom: “Tinkwetawx ghalija. Jiena sejjer fil-post fejn dejjem xtaqt u minn hemm nitlob ghalikom.”
WAQT IT-TRIBULAZZJONI FR EMIL ISSAHHAH AKTAR BIT-TALB U KIBER FIL-FIDI LI GHENITU JKUN XHUD AWTENTIKU TA’ KRISTU.
FIDI WAQT IL-PERSEKUZZJONI
Thomas More kien avukat, ragel tal-familja u missier u wasal biex gie imlahhaq kancillier ta’ l-Ingilterra. Fuq kollox kien bniedem ta’ fidi kbira u virtu’.
Kien elett fil-Parliament Ingliz u minn hawn beda’ l-inkwiet tieghu meta ir- re Neriku VIII ried li l-ewwel zwieg tieghu ikun dikjarat null biex ikun jista’ jizzewweg lil Anna Boleyn. Il-Papa cahad it-talba tieghu . Thomas More sadanitant irrezenja bil-permess tar-re minhabba sahhtu. Meta Neriku VIII webbes rasu u zzewweg lil Katerina, More kien mistieden, izda dan irrifjuta li jmur billi ra li haga bhal din kontra l-principji nsara tieghu.
Ir-re ha ghalih u talbu biex jiehu gurament ta’ lealta’ lejh bhala kap tal-knisja ta’ l-Ingilterra. Thomas irrifjuta li jaghmel dan ghaliex qallu li l-Papa kien il-Kap tal-Knisja. Neriku qaflu fil-habs sa ma fl-ahhar qatalu rasu. Qabel ma miet Thomas More stqarr: “ Jiena l-qaddej tajjeb tar-re, izda l-ewwel u qabel kollox ta’ Alla.”
WAQT IL-PROVA TAL-FIDI TAGHNA BHAL THOMAS MORE IRRIDU NZOMMU SHIH MA’ DAK LI NEMMNU BIEX KIF QAL GESU’ “MIN MA JISTHIX JISTQARRNI QUDDIEM IL-BNEDMIN, JIENA MA NISTHIX NISTQARRU QUDDIEM MISSIERI TAS-SMEWWIET.”
FIDI FI ZMIEN IL-MARD
Il-Papa San Girgor il-Kbir kien jirrenja lejn tmiem is-seklu 6 u l-bidu tas-seklu 7. Fis-sena 1590 faqet epidemija gewwa Ruma.
Huwa kien jemmen li t-talb iqanqal qalb Alla biex ikollu hniena mill-mizerji tal-bniedem. Ghalhekk huwa organizza sensiela ta’ purcissjonijiet li kellhom jibdew minn diversi nhawi, imma ilkoll kellhom jiltaqghu fil-Bazilka ta’ Santa Marija Maggiore. Waqt dawn il-purcissjonijiet kien jsir talb u kant . L-immagini ta’ Marija Omm Alla inharget mill-Bazilka u ippartecipat mal-poplu fit-toroq. Jinghad li San Mikiel Arkanglu deher bix-xabla tieghu infjammata bin-nar u dahhalha fil-ghant taghha hekk kif il-purcissjoni waslet hdejh, fil-post li llum huwa msejjah Kastel Sant’Anglu, biex tibqa’ kommemorata din il-grajja. Kien sinjal li Alla sema’ it-talba tal-poplu ruman. L-epidemija waqfet mill-ewwel u sar talb ta’ radd il-hajr lil Marija Omm Alla ghal intercessjoni taghha.
ALLA HUWA F’KONTROLL ASSOLUT TA’ DAK KOLLU LI JSEHH, MARD JEW EPIDEMIJA U KULL HAGA OHRA. F’CIRKUSTANZI BHAL DAWN TRID TKUN IL-FIDI TAGHNA BIEX NACCETTAW DAWN IS-SOFFERENZI U NGHAQQDUHOM MAT-TBATIJIET TA’ KRISTU. MILL-BANDA L-OHRA NAGHMLU L-PARTI TAGHNA U NIEHDU DIK IL-MEDICINA ADATTA U NUZAW DAK KOLLU LI NAFU BIEX MA JINXTERIDX IL-MARD JEW MIKROBI. MA NIPPRETENDU QATT LI NKUNU MPRUDENTI BIL-HSIEB LI ALLA JGHINNA.
FI ZMIEN IL-MARD JEW EPIDEMIJA QATT MA GHANDNA NCEDU JEW NIPPANIKJAW, IZDA BHAL GREGORJU L-KBIR NITOLBU BIL-FIDI BIEX ALLA JBIEGHED MINNA KULL MARD B’TALB U PENITENZA.
KUMMENTARJU
LULJU 2023
JIENA GHANDI L-GHATX GHALIK
DIN ID-DARBA HUWA KRISTU LI SER JIKTEB DAN IL-KUMMENTARJU:
Kristu: Hija verita’ li jiena ghandi l-ghatx ghalik. Jiena ninsab bilwieqaf hdejn il-bieb ta’ qalbek, bi nhar u bil-lejl. Anke meta inti ma tkunx qed tisma’, anke meta inti tiddubita li nista’ inkun jiena, hemmhekk jiena inkun, nistenna, ghal l-icken sinjal li tista’ turini, anke l-icken suggeriment ta’ stedina li jaghtini l-permess li nista’ nidhol.
Kun af li kull darba li tistedinni, jiena dejjem naccetta u nigi ghandek minghajr ma nonqsok. Fis-silenzju u bla ma nidher jiena nigi, madankollu b’qawwa u imhabba infinita, filwaqt li ngib mieghi d-doni ta’ l-Ispirtu Qaddis Tieghi. Nigi bil-Hniena Tieghi, bix-xewqa Tieghi li nahfirlek u nfejqek, nigi b’imhabba ghalik li tmur lil hinn minn dak li tista’ tifhem inti.
Jiena ghandi l-ghatx ghalik
Qatt ma ghandek tiddubita l-Hniena tieghi. Ix-xewqa tieghi li nahfer, ix-xewqa tieghi li nitfa’ il-barka tieghi fuqek u nghix fik, kif hutha tghix fl-ilma. Jiena lest li naccettak kif inti, ghamilt x’ghamilt.
Jiena ghandi l-ghatx ghalik.
Jekk inti tahseb li ma inti xejn jew ta’ ftit valur f’ghajnejn id-dinja, ma jimporta xejn. Ma hemm hadd fid-dinja li jinteressani aktar minnek.
Jiena ghandi l-ghatx ghalik.
Lest li ntik il-paci u l-ferh. Mhux dawk qed tfittex? Jiena biss nista’ intihomlok. Dak li tatik id-dinja ma jiswa’ xejn ghax jghib wara ftit. Jiena naf kollox fuqek, il-problemi tieghek, il-htijiet tieghek, il-htigijiet tieghek, l-inkwiet tieghek, il-feriti tieghek, l-umiljazzjonijiet tieghek, ersaq ghandi u kollox jihfieflek ghax jiena ingorrhom mieghek.
Tiddubitax minn kliemi. Aghti harsa profonda lejn il-Kurcifiss u tara kemm hija kbira mhabbti lejk.
Hajtek kollha jiena xtaqt li nhobbok, qatt ma waqaft li nfittex l-imhabba tieghek, imma inti rregetajtni. Ippruvajt tfittex il-ferh tieghek f’hafna hwejjeg li kienu duhhan. Ghaliex ma tiftahx qalbek Ghalija, issa u mhux imbaghad, issa huwa tieghek, imbaghad jista’ jkun tard wisq .
DAWN IL-KELMIET, GHANDI L-GHATX JIRBUMBJAW FIR-RUH TIEGHEK?
KUMMENTARJU
SETTEMBRU
2023
QATT TIGGUDIKA KTIEB MILL-QOXRA TIEGHU.
Kemm niggudikaw hazin liz-zaghzagh taghna meta mpogguhom kollha fl-istess keffa. Veru li hemm zaghzagh sfrattati, izda jekk iridu nkunu gusti irridu nistqarru li hemm ohrajn ta’ karattru tajjeb.
Dawn ta’ l-ahhar ma jdoqqux trombi, imma jezistu. U dan kollu huwa frott tat-taghlim nisrani li l-genituri joffru lil uliedhom. Hekk qalet omm li binha Adrian: “Dejjem aghmel it-tajjeb anke meta ma jarak hadd.”
Adrian baqa’ jzomm dan it-taghlim f’qalbu u hareg ta’ ragel ma’ Alla u mal-bnedmin.
Meta mistoqsi ghaliex ghamel il-haga gusta, it-tfajjel wiegeb li kien minhabba it-taghlim li tatu ommu.
Adrián Rodríguez huwa zaghzugh ta’ 17 il-sena minn Chula Vistam California li sab borza li xi hadd kien nesa’ f’qoffa tax-xiri gewwa supermarket. Fetah il-borsa bit-tama li jsib l-identifikazzjoni u wara li sab ta’ min kienet erhilha lejn id-dar ta’ sid il-borsa.
Cempel u gie tiftah iz-zija ta’ sid il-borsa, irringrazzjatu, hadet il-borsa u z-zaghzugh telaq.
Eliana Martin, sid il-borsa ferhet li mill-basket ma kien naqsilha xejn. Imma kif ser taghmel biex tidentifika l-benefattur taghha?
Irrealizzat li Adrian kien rekordjat mill-kamera tas-sigurta fid-dahla tad-dar taghha. Talbet l-ghajnuna fuq is-social media biex tkun taf min hu. Fi zmien qasir kellha l-informazzjoni li xtaqet. Sabitu u offritlhu rigal sabih ta’ flus.
Ir-rigal ma kienx biss taghha. Nies ohra kkontribwew maghha ghar-rigal li xtaqet taghtih minhabba l-onesta’ tieghu.
Dan qanqal kurzita’ mill-media. Is-San Diego Union Tribune meta staqsietu fuq din l-imgieba tieghu, iz-zaghzugh irrisponda hekk: “ Ghamilt dak li ghallmitni ommi meta kont ghadni zghir. Naghmel dejjem it-tajjeb anke meta ma jkun qed jarani hadd.”
Lil ommijiet u l-missirijiet kollha imhassba fuq it-tfal adoloxxenti taghhom…. Taqtghux qalbkom. Li tedukaw lil uliedkom biex ikunu cittadini tajba huwa l-akbar rigal li tistghu toffrulhom.
Il-frott tal-hidma taghkom jingabar meta l-inqas tistennew, bhal fis-supermarket.
ottubru @
KUMMENTARJU
OTTUBRU
2023
ITTRA TA' GESU' GHALIK
KUMMENTARJU
NOVEMBRU
2023
IT-TBATIJA HIJA STEDINA MINN ALLA BIEX NILTAQGHU MIEGHU.
KUMMENTARJU
DICEMBRU
2023