jesusandmary

AHJAR TAGHTI MILLI TIRCIEVI


Meta l-qassis qal l-ahhar talba u ntona l-innu ta' tmiem il-quddiesa, il-gemgha tan-nies harget kollha f'daqqa mit-tlett bibien tal-knisja u mliet iz-zuntier. Ic-celebrant ghamel bhalhom u bhalma kienet l-uzanza, il-folla thallet flimkien u ghall-ftit tal-hin, min jghid haga u min jghid ohra.

Hames zaghzagh lebsin flokkijiet kulur blu u bil-logo tal-festa fuq daharhom thalltu man- nies u bdew ihajruhom jixtru biljett bil-qliegh  imur lejn ghall-kawza ta' filantropija fil-parrocca.

"Ewro biss u ghandek cans tirbah hamper kollu ikel ghall-Milied," bdew jghidu lin-nies. Titla' fuq iz-zuntier wara l-quddiesa ta' l-ghaxra nhar il-Hadd . Il-hamper tistghu tarawhom fid-dhul taz-zuntier," bdew jghidulhom iz-zaghzagh biex ibieghu kemm jistghu biljetti. Ftit gimghat qabel dan il-grupp ta' zaghzagh daru mall-hwienet kollha tar-rahal jitolbu lis-sidien ta' l-ikel biex jisponsorjawhom b'xi oggett ta' l-ikel li kienu jbieghu. U tant gabru li flok wiehed ghamlu tlett hampers iffullati. U n-nies meta raw dawk ir-rigali hekk sbieh ikkonkorrew. Il-biljett kwazi kollha nxtraw u l-grupp kellhom tama li sa filghaxija jnehhu kollox. 

 "Tini n-numru 90," qalet is-sinjura Anna lil wiehed minnhom, " dejjem jekk fadallek. Jekk le tini li jmiss." Anna kellha qalbha marbuta mad-90, kien il-favorit taghha u kieku kellek tistaqsiha ghaliex ma kienitx taf twiegbek. Izda fil-qiegh ta' qalbha kien in-numru ta' snin li xtaqet tghix. Qatt ma laghbet lotteriji, imma dawk tal-knisja kienet tiehu sehem fihom biex tghin kawza tajba.

 Il-Hadd ta' wara kull min dahal il-knisja ghall-quddies seta' jara mejda bi tlett hampers hampers, ikel, helu u xorb u r-rota tal-fortuna li kienet tintuza ghall-fieri tal-kappilan. Wara l-quddiesa, quddiem il-folla , zaghzugh mill-grupp, jismu Toni, maghruf li kien xi ftit jew xejn zatat ta dawra b'sahha liema bhala hekk li l-qawwa tad-dawra zbilancjat ir-rota tal-fortuna u din waqghet fl-art u nkisret. Minn fost il-migemgha tan-nies kien hemm min tbissem, kien hemm min dahaq, imma min kien zaghzugh saffar u ibbujja. Toni ma nfixilx, talab ftit tal-pacenzja u nizel fil-garaxx biex igib ohra. Din id-darba ta tidwira inqas b'sahhitha, ghalkemm damet iddur xi ftit. In-numru li tela' kien id-90. U billi kien hemm tlett kuluri differenti ta' biljetti, tlett rebbieha pprezentaw il-biljett bil-kulur rispettiv taghhom u li jgib in-numru 90. 

 Is-Sinjura Anna fethet il-portmoni, sabet il-biljett u pprezentatu lil Toni. Toni weghdaha li jgibulha d-dar ghal xi l-hdax. U hekk kien. Meta fethet, is-Sinjura Anna rcevietu u radditlu l-hajr imma mhux qabel ma zelqitlu 5 euros f'idejh. Irringrazzjaha, xtaqilha l-Milied it-Tajjeb u telaq.

 Anna kienet mizzewga tabib jismu James. Fi tfulitu kien jsejhulhu Gakbu ghax dak l-isem tawh il-genituri tieghu fil-Maghmudija, izda meta beda' jikber u kien sejjer l-Universita' xtaq li jibda jiktbu bl-jngliz u jsejhulhu James. It-tabib ghamel isem fil-medicina, izda qatt ma ssuperjva u dejjem baqa' jzomm saqajh ma' l-art, umli u tabib tan-nies. It-tabib James kien mahbub hafna minn nies tar-rahal u jirrispettawh ferm.

 Kemm Anna u kemm James kienu kibru u ma felhux jahdmu aktar. Anna ma felhitx tkompli l-facendi tad-dar u ghalhekk gabet seftura biex taghmel dak kollu li kien mehtieg, hasil, tisjir, moghdija u l-bqija. Sahansitra tawha kamra fid-dar biex tkun tista' tghaddi l-lejl maghhom. Maghhom sabet xortiha ghaliex kienu jhobbuha u jistmawha qisha t-tieni bint taghhom. It-tabib waqaf li jmur jaghmel zjajjar fid-djar minhabba li ma kienx jiflah jitla' torgien, u l-klinika zammha miftuha jumejn fil-gimgha biss ghal dawk li xtaqu s-servizz tieghu. Ma riedx jinqata'ghal kollox mill-professjoni tieghu u fil-jiem l-ohra kien jmur jaghti lectures fl-Universita'.

 Waqt li kienu qed jieklu l-ikla tal-Milied, jisimghu tahbita fuq il-bieb. James kien ser iqum hu biex jara min kien, izda l-qaddejja Giorgia, qaltlu biex jibqa' jiekol ghax ser tmur tara min kien hi. Malli fethet il-bieb, quddiem ghajnejha rat mara zaghzugha b'tifel li ma kellux aktar minn tmien snin, it-tnejn liebsa hafif ghal dak it-temp li kien qed jaghmel fi zmien il-Milied. "Sinjura, jekk joghgbok aghtina xi haga ta' l-ikel ghax ghadna ma trejjaqniex minn filghodu," qalet dik l-omm.

 "Halli nghajjat lis-sinjura, ghax jiena qaddejja hawn," wiegbet Giorgia.

 Is-sinjura harget u x'hin rat lil dik l-omm u t-tifel stednithom jidhlu gewwa.  Qaltilha l-omm: "Sinjura naf li gejt hin hazin ghax zgur kontu qed tieklu l-ikla tal-Milied, imma rajt li huwa l-mument li fih nitolbok ittaffilna l-guh." U minn haddejha nizlu zewg demghat. Ghall-karita' Anna kienet qalbha tajba. Ghal l-ewwel kienet ser tghid lill-qaddejja biex tippakkjalhom xi ikel go kaxxa u tatihulhom, izda imbaghad ftakret fil-mod kif kien igib ruhu Kristu li ma kienx ihabbel rasu li jaghmilha mal-publikani, li kienu meqjusa bhala l-iskart tal-poplu lhudi. Kien imur jiekol ghandhom. "Qum binti u idhol gewwa." U meta dahlu wrietha il-post fejn ghandha toqghod bilqieghda ma' binha.

 Anna ordnat lis-seftura ggibilhom l-istess ikel bhal taghhom. Poggew bilqieghda u Giorgia gabet platt soppa tal-haxix ifuh u poggietu quddiem l-omm filwaqt li dahlet gewwa biex iggib platt iehor ghat-tifel. Sadanitant l-omm resqet il-platt quddiem binha u qaltlu bil-mod, izda b'lehen li semghuha kemm James kif ukoll Anna. "Issa kull u hallili ftit halli niekol ukoll" qalet li binha.

 Imma Anna qaltilha: " Issa lit-tifel ser ingibulu wkoll. Ibda' kul."

"Kieku l-platt l-iehor kont ser nghidlek ittihuli go xi recipjent halli niehdu lir-ragel li qed jiehu hsieb binti tewmija mat-tifel. Ghandha deni qawwi."

 "Ara kulu kemm tridu sakemm tixbghu. Wara ntik ikel ghal zewgek u bintek," qaltilha Anna. "Toqghodu 'l boghod xejn minn hawn ghax ma jidhirli li qatt ma rajtek?"

 "Jiena jisimni Katrina, qabel xejn. Jafuna bil-laqam ta' tal-Qasab, billi fiz-zmien missieri kien jahdem u jbiegh purtieri tal-qasab. Ahna noqghodu fit-tarf tar-rahal u rari biex nersqu lejn ic-centru. Hawn ftit boghod. U sa ftit taz-zmien ilu konna nghixu tajjeb, niftiehmu ma konniex xi sinjuri, izda nizzukhajr lil Alla ma kien jonqosna xejn. Izda nistqasrr mieghek sinjura l-ftit flus li kellna merfugha l-bank ghal dak li jista' jinqala' tlifnihom ghax il-bank sfaxxa u bqajna minghajrhom. U issa ninsabu fil-faqar u bilkemm nieklu anzi gie li bqajna bil-guh jien u zewgi biex naghtu jieklu lit-tewmin. Issa biex tkompli taghqad it-tifla hakmitha marda li biex intaffluha t-tbatija irridu medicina li tiswa' il-flus u flus ghalina huma skarsi."

 Dak il-hin Anna resqet fuq zewgha u lissnet xi kliem lit-tabib. James, li ma kienx ghadu qal kelma wahda, izda qaghad jistudja kliem il-mara, baxxa rasu biex bhal speci japprova.

 "Ara x'ser naghmlu. Issa Giorgia tippakkjalkom bizzejjed ikel ghal zewgek u bintek u jkollkom ukoll ghal filghaxija. Zewgi huwa tabib u lest biex jigi jara x'jehtieg biex it-tifla tfieq. Tajjeb hekk?"

 Qabel telqu Anna lemhet ic-cestin bl-ikel li kienet ghadha kemm rebhet u tathulha ghax kif hasbet hi l-mara kienet aktar fil-bzonn.

 "Kif nista' nirringrazzjak sinjura? Ma ghandix kliem biex nizzukhajr lilek u lit-tabib," qalet Katrina.

 Wara l-ikel ilkoll telqu lejn id-dar ta' Anna u t-tabib James wara li nvizta lit-tifla kitbilha ricetta ghall-medicina u qalilha li sakemm imur jixtriha u jgibilha, martu toqghod hemm titkellem maghhom.

 "Hawn hi l-medicina. Bi flixkun wiehed ghandha tfieq, izda jekk le ejja mill-gdid,” qalilha t-tabib. "Jiena tlett ijiem ohra nigi naraha."

 Ir-ringrazzjamenti lil Anna u lit-tabib James ma qatghux, imma Anna qaltilhom li ma kienx hemm bzonn ta' radd il-hajr ghaliex meta raw il-bidla tal-wicc minn niket ghal wiehed ta' ferh kien hlas bizzejjed ghall-karita li ghamlu ma' min kien fil-bzonn.

 

*******************************

 Meta t-tabib James mar tlett ijiem wara sab li t-tifla kienet gejja ghal ahjar u qal lil ommha biex wara jumejn ohra tieqaf tatiha l-medicina. Meta temm iz-zjara, it-tabib James qaghad bilqieghda jistrieh u tkellem mall-missier. Toni, li kien jahdem bhala haddiem tal-manentunzjoni ma' ditta' privata. "Isma, paga ma ghandix hafna, izda l-providenza ta'Alla qatt ma naqsitna minn xejn."

 "Ara Ton li kieku kelli nghidlek biex is-Sibt tigi d-dar u tara x'mantinement ghandha bzonn, xi tghidli?"

 "Ghidli meta u tarani hemm," qallu bla tlaqliq. "min jista' jirrifjuta benefattur hekk kbir mal-familja tieghi!" haseb bejnu u bejn ruhu.

 L-ewwel bicca xoghol li kellu jaghmel Toni kienet li jaqla' l-kotba tal-librerija, jfarfarhom u jerga' mill-gdid ipoggihom flokhom bil-mod li kienu. Il-librerija kienet wahda sabieha, kollha kawba mastizz u gholja hekk li kellu bzonn min izommlu. Bix-xorti ha t-tifel biex jghinu;  kien izommlu s-sellum biex ma jizzerzaqx. Fin-nofs kien hemm skrivanija ta' l-istess materjal bhal librerija, b'siggu kbir bir-roti u miksi bil-gilda sewda. It-tifel baqa'skantat jhares lejn dawk il-kotba u thasseb x'materjal seta' kien hemm fihom. Imma l-aktar li nteressawh kienu l-istrumenti tat-tabib li kien xtara biex jinqeda' fil-professjoni medika tieghu u li biex jimxi maz-zmien xtara ohrajn aktar moderni. "Ejja Giovann, hallik milli thares, dawk ma jghoddux ghalik," qallu missieru.

 Dak il-hin kien ghaddej it-tabib gej biex jara li kollox kien sew u sema' lil missieru jghidlu hekk. "Hallih Ton, jhares forsi jsir tabib u jidhol jahdem floki."

 Imbaghad dar lejn Giovan u qallu, " Ara ibni, ghax bhal ibni inqisek. Fil-hajja imxi fuq dan il-principju ta' l-ittra T ghal erba darbiet. Thares, Tinteressa ruhek, Titghallem u Tirnexxi. Niggarantilek li jkollok success. Issa Ton strieh ftit imbaghad erga' kompli."  Imbaghad staqsa lit-tifel, " Meta issir zaghzugh liema linja fil-hajja tixtieq taqbad? Tghogbok dik ta' tabib?"

 Wiegbu Giovann, " Kieku iva, imma mezzi finanzjarji ma hemmx. Missieri zgur mhux ser jhallasli biex insir tabib. Barra minn hekk hemm ohti. Irid jahseb fiha wkoll."

 "Giovann, kompli studja u spicca l-iskola sekondarja, idhol il-kullegg tal-Form Six biex wara tibda' tattendi l-Universita'. Imbaghad nibdew nitkellmu minn hemm"

 Toni u Giovann lestew ix-xoghol li kellhom jaghmlu u hejjew ruhhom biex jitilqu. Izda it-tabib James waqqafhom u qal lil Toni, "Nhar is-Sibt nerga' narakom ghal xoghol iehor. U hawn il-hlas ta' xogholkom."

 "Imma hekk hafna sinjur. Ta' nofs ta' nhar xoghol wisq," ipprotesta Toni.

 "Jekk irrid naghtik hekk xi hadd ser jindahalli? Bi flusi mhux li rrid naghmel? Hudhom hdimt hafna bla ma tlift zmien u tinsiex Giovan ta sehmu wkoll."

 "Grazzi hafna, sinjur."

Is-Sibt ta’ wara t-tabib James kellem lil Katrina u talabha jekk tistax tissostitwixxi lill-qaddejja Giorgia meta din titolbu xi jiem ta’ mistrieh. “Jien lesta li naqdik f’dak kollu li hemm bzonn. Ara meta trid u nibdew.”

“Kieku xtaqet li s-Sibt u l-Hadd tohodhom off. Tibdel ftit l-ambjent, tohrog mal-hbieb. Taf inti kollox irid ikun. Ma xtaqtx intellifhomlha, imma taf inti issa ahna ma ahniex aktar ta’ wahedna naqfdu fil-hidma tad-dar. ”

“U lili hawn issibni, sinjur. Issa wliedi kibru bizzejjed biex jiehu hsieb taghhom infushom ghal xi jiem meta jiena nkun nieqsa. U filghaxija ikun hemm missierhom jaghtihom daqqa t’id.”

“Mela issa nghidilha u tghidlek xi trid taghmel. Grazzi Katrina”

U hekk bil-paga tal-missier, ix-xi haga barranija mat-tabib James, ir-rota bdiet iddur u bdew gejjin fuq taghhom.”

 Giovann ghamel kuragg bil-kliem tat-tabib James. Lesta l-iskola sekondarja u dahal il-Junior College biex meta temm l-ezamijiet dahal l-Universita' ghall-kors ta' tabib. Il-lettur tieghu kien it-tabib James li tul il-kors ghenu hafna. Wara l-hames snin ta' studju Giovann lahaq tabib. Mar jahdem mat-tabib James u malajr il-klientila tieghu kibret. Il-karattru tieghu kien jixbah hafna lil tat-tabib James, umli u saqajh ma' l-art. Hu li kien jaf x'jigifieri il-faqar u t-tbatija gab ruhu ta' hanin ma min ma setghax ihallas u kien joffri s-servizz tieghu bla hlas. "Hekk mexa' mal-familja tieghi, l-ewwel ma' ohti, imbaghad maghna meta kellna bzonn.

 Jum wiehed wara li ghalaq il-klinika, bil-lejl wahhal avviz li mill-ghada sa xahar wara kien ser ikun imsiefer. Ried iwettaq il-weghda li kien ghamel li jekk itemm b'success il-kors ta' tabib imur joffri s-servizz ta' tabib fl-art tal-missjoni gewwa l-Afrika. B'dan ma ried ikun jafu hadd, hlief it-tabib James u martu, il-genituri tieghu u ohtu.

 Il-klijenti hassewh, izda dahal ghalih it-tabib James.  Il-volontarjat fl-Afrika  ghogbu lil Giovan u hajjar lil ohtu biex darb'ohra titla' mieghu. Uriha kemm hu sabieh li tati aktar milli tircievi. Mhux hekk mexa' it-tabib James maghhom. Li kieku ma ghamilx hekk zgur li hu ma hux tabib u hi anqas ma hi infermiera.


Make a free website with Yola