jesusandmary

IL-GIDBA

Meta inti tahseb mod u titkellem mod iehor biex tqarraq, allura inti tkun qed tigdeb. Min jigdeb ma jaghtix sinjal li fih hemm l-ispirtu ta’ Alla li huwa Verita’, anzi juri li huwa iben ix-xitan kif qal Kristu li x-xitan huwa missier il-gidba u huwa giddieb. Ahseb ftit li jekk tinqabad li inti qed tghid nuqqas ta’ verita’, fil-futur ser tibqa’ tigi emmnut?

Fost il-hafna gideb hemm gideb li huwa serju u li huwa dnub ghax igib fuq il-proxxmu taghna hsara bla bzonn u anke irreparabbli. Bhala ezempju ngibu l-fatt li xi hadd qal li Guzeppi seraq meta dan ma kien seraq xejn. U bhala konsegwenza Guzeppi jisfa’ imkecci mix-xoghol.

Il-gidba hija dejjem hazina ghalhekk qatt ma jista’ wiehed jinqeda’ biha biex jaghmel il-gid ghax kif jghid l-Appostlu San Pawl li ma ghandniex naghmlu hwejjeg hziena biex naghmlu l-gid bihom.

Kristu jghallimna car u tond li kliemna ghandu jkun iva, iva u le, le.

It-tmiem kmandamenti jghidilna bla tlaqlieq: La tixhdix haga b’ohra.

F’wahda mill-udjenzi ta’ nhar ta’ Erbgha, il-Papa Frangisku iwiddeb lil kull nisrani biex ikun veritier mhux biss fi kliemu, izda ukoll bil-mod kif jimxi ma’ haddiehor.

Il-mudell taghna ghandu jkun Gesu’ Kristu. Huwa l-verita’ personifikata, li fil-guri tieghu quddiem Pilatu ma stahax jistqarr il-verita’ minkejja li kien hemm hajtu fin-nofs, anzi zvela li hu gie fid-dinja biex jixhed ghall-verita’.

Meta bniedem ma jikkomunikax b’mod awtentiku, enfasizza l-Papa, din tkun ħaġa serja għax tostakola r-relazzjonijiet u allura tfixkel l-imħabba. “Fejn hemm il-gidba, m’hemmx imħabba”, kompla Papa Franġisku.

 Iz-zekzik u t-tqassqis, joqtol. Joqtol għax “l-ilsien joqtol daqs sikkina”. “Oqgħodu attenti, żied il-Papa, “iz-zekziek hu terrorista għax hu jew hi, jitfa’ bomba u jaħrab.

“Ma għandkomx tixhdu l-falz fuq l-oħrajn”, enfasizza l-Papa, “ifisser li ngħixu bħala ulied Alla u nimxu max-xewqa tiegħu u nafdaw fih. Iridna ngħixu ħajjitna bis-sħiħ u nagħtu xhieda vera tal-imħabba t’Alla inkarnata fl-umanità ta’ Kristu, Alla tagħna.”

“Jien nafda f’Alla”, temm jgħid il-Papa Franġisku, “din hi l-verità”, temm jgħid il-Papa.

Nikkonkludu li naghmlu kull  ma nistghu biex naharbu l-gidba ghax l-Ispirtu Santu jghid li l-halq li jigdeb joqtol ir-ruh. Ftakar fil-proverbju li jghid “giddieb darba giddieb dejjem” u l-“giddieb ghomru qasir”. Xi darba tinqabad li qed tigdeb u kulhadd jibda’ jwarrbek.

Make a free website with Yola