jesusandmary

 

 

L-EWWEL KRUCJATA (IT-TIENI PARTI)

WERREJ

 

 

DORYLAEUM

Il-krucjati mxew lejn Antiokja. Huma nqasmu f’zewg gruppi u Arslan ha vantagg minn din is-sitwazzjoni biex jattakka grupp minnhom hdejn Dorylaeum.

Bohemond, Hugh ta’ Vermandois u l-Konti Stiefnu ta’ Blois issa kellhom ihabbtu wicchom ma’ l-armata maghquda ta’ Kilij Arslan u Danishmend Emir. Wara sitt sighat ta’ glied feroci  l-krucjata principali immexxija minn Rajmundu ta’ St Giles u Adhemar dehru fuq il-kamp tal-battalja u gaghlu lit-Tork jaharbu.

ANTIOKJA

L-armata tal-krucjata waslet Iconium f’nofs Awissu u ggieldet kontra l-qawwiet torok hdejn Heraclea aktar tard fl-istess xahar. Fl-10 ta’ Settembru Tankred halla l-armata principali fuq nuqqas ta’ ftehim liema kienet l-ahjar rotta. (Trankred kellu suspett lir-rotta rikommandata minn Alexius kienet intenzjonalment hazina). Baldwinu segwih.  Il-kumplament ta’ l-armata  kompliet fi triqtha u waslet Cesarea u fl-ewwel jiem ta’ Ottubru sabet ruhha Marash.  It-temp beda’ jihzien u l-mara ta’ Baldwinu mietet, imma n-nies tal-lokal li kienu Armeni laqghuhom ta’ hbieb.

Il-krucjata waslet qrib Antiokja fl-20 ta’ Ottubru  tas-sena 1097.

Yaghi-Sivan kien il-kmandant ta’ Antiokja u meta ppretenda l-ghajnuna minghand Ridwan ta’ Aleppo din l-ghajnuna qatt ma giet. Yaghi- Sivan kien ikkomplta kontra Ridwan ta’ Aleppo ma’ Kerobgha ta’ Mosul.  U meta gietu l-opportunita’ Ridwan dahaq bih.  It-tama tal-kmandant kienet li jzomm kemm jista’ kontra l-qawwiet tal-krucjata sakemm tasal ghajnuna ohra torka.

Il-krucjata attakkat il-Pont tal-Hadid maghruf bhala l-“Iron Bridge” fuq ix-xmara Orontes u hadu minghajr tbatija zewg torrijiet li kienu jharsuh. L-ghada waslu sa hdejn is-swar tal-belt u Bohemond ikkampja quddiem il-Bieb ta’ San Pawl, Rajmundu quddiem il-Bieb tal-Kelb u Goffredu quddiem il-Bieb tad-Duka.

L-assejdu ta’ Antiokja beda’.

L-ASSEDJU TA’ ANTIOKJA

Is-suldati ma attakawx mill-ewwel.  Antiokja kellha swar mibnija b’sahhithom u qawwija mill-imperatur Gustinjanu. L-ewwel qaghdu jistennew li Tankredi biex jasal minn Alexandretta u sa ma wasal Tankredi, ma qaghdux jitghazznu ghaliex bejn Novembru u Dicembru haftu taht idejhom il-kontroll ta’ diversi fortizzi fil-qrib ta’ Antiokja.

Meta Dicembru kien qorob biex jispicca l-ikel naqas hafna u ghalhekk Bohemond u Robertu ta’ Flanders hargu b’numru kbir ta’ suldati biex jigbru l-provizjon. Yagi Siyan ra li dak kien il-mument f’waqtu li jattakka u Rajmundu ta’ Toulouse inqabad f’attakk sorpriza. Imma kien kapaci bizzejjed li jorganizza kontra attakk minghajr telf ta’ zmien.   U tant kien success li s-suldati rnexxilhom jeghlbu lil ghadu.

Fix-xahar ta’ Jannar in-nuqqas ta’ ikel gieghel lil bosta li jitilqu l-krucjata.  Biex izzid mal-problema Ridwan ta’ Aleppo ghamel paci ma’ Yaghi Siyan u t-tnejn attakkaw lil-krucjata, imma s-suldati  wara taqtigha harxa rnexxilhom igibu rebha.

L-ikel u r-rinforzi bdew jaslu f’ Marzu. Is-suldati tal-krucjata fl-ahhar dawru lil Antiokja hekk li l-kondizzjonijiet gewwa Antiokja marru ghal aghar.Yaghi Siyan kien determinat li jieqaf lill-krucjata billi waslitu l-ahbar li Kerbogha kien qed ihejji armata.

Fi triqtu Kerbogha attakka lil Edessa imma Baldwinu rnexxilu jzomm il-belt milli taqa’ taht il-mislem.  U minhabba f’hekk Kerbogha dam tlett gimghat ma wasal Antiokja biex jghin lil Yaghi Siyan.

Kien matul dawn il-gimghat  ta’ Mejju li Bohemond ghamel kuntatt ma’ Firuz, kaptan tal-gwardji gewwa Antiokja.  Matul l-assedju kien hemm hafna xiri ta’ spiji miz-zewg nahat imma Firuz ftiehem li jittradixxi lill-belt. Bohemond zamm kollox mohbi minn shabu ghaliex hu kien determinat li jiggverna lill-belt ta’ Antiokja, darba din taqa’.  Il-kapijiet iltaqghu biex jippjanaw assalt fuq il-belt qabel ma Kerbogha jasal bl-armata tieghu.  Gie miftiehem li min jidhol l-ewwel gol-belt ikun hu li jikkmanda.

Hafna mis-suldati kienu ddisprati billi l-belt dehret li qatt ma setghet tintrebah u armata kbira torka kienet fil-qrib. Zdiedu dawk li abbandunaw il-krucjata. Fit-2 ta’ Gunju Stiefnu ta’ Blois flimkien ma’ numru kbir ta’ suldati francizi abbandunaw il-krucjata.  Ftit sighat wara Bohemond ircieva l-ahbar li z-zmien kien adattat ghall-hbit fuq il-belt. Kien hawn li Bohemond irrivela l-pjan tieghu lil shabu l-kmandanti. Ftit qabel inzul ix-xemx Bohemond refa’ il-kamp u ghamel ta’ bir-ruhu sejjer lejn il-Lvant biex jiltaqa’ ma’ l-armata ta’ Kerobogha. Meta dahal id-dlam, Bohemond rega’ lura lejn is-sur indikat minn Firuz li ma kienx imhares. Sittin kavallier dahlu u fethu il-bieb ta’ San Gorg u l-krucjata nvadiet il-belt. Minn dak il-hin beda’ massakru shih ta’ torok mis-suldati.

Yagi Syan harab izda ibnu gabar xi truppi u irtira gewwa l-fortizza li kien kapaci jiddefendi.   Sat-3 ta’ Gunju il-belt kienet f’idejn il-Latini, hlief il-fortizza.

Jumejn wara wasal Kerbogha bl-armata tieghu. Issa kienu s-suldati tal-krucajta li kienu assedjati.

 Il-Kontra Assedju

Is-sitwazzjoni ghall-krucjata kienet wahda mwera, ghax filwaqt li setghu jzommu l-ewwel assalt tad-9 ta’ Gunju, kellhom ftit ikel u Kerbogha kien kapaci jdawwar il-belt u jhalli lil insara imutu bil-guh.

Imma Alexius Comnenus kien ghalihom salvatur. L-imperatur kien fi triqtu lejn Antiokja forsi biex jizgura ruhu li l–krucjata trodd lura t-territorju Bizantin kif imwieghed. Stiefnu ta’ Blois u ohrajn li harbu mieghu, iltaqghu ma’ l-imperatur fi triqthom u wissew li l-Krucjata ftit kellha tama u li Antiokja jum jew iehor kellha taqa’ f’idejn Kerbogha. Billi beza’ li kemm quddiem kif ukoll warajh kien hemm forzi torok Alexius irritorna lura u mar id-dar. Ghas-suldati tal-Krucjata deher li l-Imperatur abbandunhom.  Stiefnu ta’ Blois kien ittimbrat li kien gifa u meta rritorna lura Franza martu ma rieditx taf bih.

Kerbogha kien kwazi hataf taht idejh wiehed mit-torrijiet. Is-suldati nsara kienu qalbiena jiddefendu l-400 torri li bihom kienet imdawra Antiokja.  Imma meta kollox deher li spicca sehh miraklu.

Sinjali straodinarji

    Pietru Barthlomew, qaddej ta’ wiehed mill-membri tal-Konti Rajmundu stqarr quddiem il-Konti u l-isqof Adhemar li kellu xi dehriet minn Sant’Andrija, li l-lanza li biha s-suldat fetah il-kustat ta’ Kristu kienet tinsab midfuna fil-katedral ta’ San Pietru gewwa Antiokja.  Rajmundu kkonvinca ruhu minn dan il-kliem izda Adhemar kien xettiku. U kollox baqa’ kif kien.

Sacerdot fil-krucjata ukoll stqarr li kellu vizjoni u halef li kienet verita’. Adhemar din id-darba emmen billi r-reputazzjonji ta’ dan is-sacerdot kienet wahda tajba, kuntrarju ghal dik ta’ Pietru Bartholomew.

Fl-14 ta’ Gunju metjorita dehret taqa’ fuq il-kamp tat-Torok u dan gie interpretat bhala sinjal hazin. Fil-15 ta’ Gunju grupp li kien jinkludi lil Rajmundu ta’ Toulouse, l-istoriku Rajmundu ta’ Aguilers u Pietru Bartholomew marru fil-katidral ta’ San Pietru u bdew ihaffru.  Damu hafna sighat, kulhadd jahdem meta jkun imissu. Meta t-tama dehret tnin f’daqqa wahda sabu l-lanza.  L-isqof Adhemar ma accettahiex bhala dik awtentika imma l-Konti zammha bhala oggett ta’ pregju. Fost il-membri tal-Krucjati kien hemm ferh kbir.

L-insara kienu qed jippjanaw attakk fuq il-forzi ta’ Kerbogha.  Kienu jafu li kien hemm nuqqas serju fost l-emiri ta’ l-armata torka u wara kollox ma setghux ikomplu joqghodu aktar zmien maqfula gewwa Antiokja billi l-armata kellha nuqqas ta’ ikel. Id-data ta’ l-attakk kienet it-28 ta’ Gunju.

Il-Krucjata garret il-lanza mqaddsa fuq standard f’ras l-armata.  Meta Kerbogha ra l-Krucjata armata sa snienha, ipprova jsib xi tip ta’ ftehim. Bosta emiri bdew ihallu lil Kerbogha u dan sab ruhu wahdu fuq il-kamp tal-battalja. Meta Dukak ta’ Damasku abbandunah, l-armata li kien ghad fadallu Kerbogha kkollassat. It-torok harbu u l-insara hargu rebbieha.

Jekk mhux ghal xi haga ohra, ir-rebha kkonfermat il-vizjonijiet ta’ Pietru Batholomew.

Hekk kif it-torok harbu, beda’ il-glied bejn il-Latini fuq min ghandu jiggverna Antiokja.  Rajmundu nsista li l-belt kellha tirritorna lejn l-Imperatur Alexius ghax hekk kien il-ftehim guramentat. Filwaqt li seta’ kien genwin fis-sentimenti tieghu,  ma hemm ebda dubju li Rajmudu kien jaghmel dak kollu possibli biex ma jhallix lil Bohemond jiehu l-belt hu.  Barra minn hekk huwa kien irritat li cahdulu l-unur li jirbah il-fortizza ta’ Antiokja.  Iben l-emir kien xhud tat-telfa ta’ Kerbogha  u baghat joffri li jcedi. Imma  huwa ma riedx icedi lil Rajmundu li kellu t-tmexxija tat-truppi u li kien responsabbli li jharsu t-torri ta’ Antiokja waqt il-battalja.  Infatti hu ceda’ lil Bohemond, probabilment ghax kien hemm xi ftehim minn qabel u kien ghalhekk li fuq il-fortizza ta’ Antiokja kien hemm il-bnadar ta’ Bohemond iperpru. Kien qed jippretendi l-belt ghalih innifsu minkejja li ma kellux dritt ghaliha.

Bohemond ma kellux intenzjoni li jhalli il-belt ta’ Antiokja tahrablu minn idejh. L-insara baqghu hemm gewwa Antiokja billi ma felhux jimmarcjaw aktar ‘l quddiem lejn Gerusalemm. Biex tikkomplika ruhha s-sitwazzjoni, faqqet epidemija f’Awissu u l-Isqof Adehmar ta’ Le Puy li kien jaghmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet li ma jaqblux bejnithom, miet.

Pietru Bartholomew kompla jghid li kellu aktar dehriet minn Sant’Andrija.  Id-dettalji ta’ dawn id-dehriet kienu qed jirritaw li xi whud fost il-kavallieri.  Per ezempju Pietru qal li Sant’Andrija qallu li Antiokja kellha tinghata lil Bohemond u li l-belt kellha jkollha partriarka latin  u li Adhemar ( li qatt ma emmen dawn il-vizjonijiet)  kien sejjer l-infern.

Matul ix-xhur ta’ Awissu u Settembru numru ta’ Kavallieri telqu minn Antiokja biex jahtfu taht idejhom bliet u fortizzi gewwa il-Wied ta’ Orontes. Xi whud ghamlu zjara li Baldwinu gewwa Edessa.  Ghadda Ottubru.  Dhul Novembru l-mexxejja tal-Krucjata ftehmu li jitilqu ghal Gerusalemm. Kontingent minnhom taht il-kmand ta’ Rajmundu halla Antiokja u irhiela lejn Gerusalemm. Ftit jiem biss wara telqu ghal warajh Robertu tan-Normandija u Tankredi. Goffredu u Robertu ta’ Flanders kienu  l-ahhar li telqu billi ma riedux li Rajmundu jidher bhala l-mexxej taghhom. Bohemund ma riedx ihalli lil Antiokja.

Fi triqtha lejn Gerusalemm il-Krucjata ma sabet ebda ostaklu jew glied. Ghal ewwel Rajmundu assejda lil Arqa fi Tripli izda halla wara xahar meta l-emir offrielhu rigali u b’hekk il-belt ma sofrietx hsarat. Ghaddew mill-Palestina minghajr glied u bliet ohra bhalma kienu Beirut, Tir u Acre ma offrewx resistenza. U hekk baqghu sejrin bla ebda xkiel.

L-attakk fuq Gerusalemm

L-armata principali kkampat Gerusalemm fis-7 ta’ Gunju.  Il-kmandant egizzjan ra li l-belt kienet fornuta tajjeb b’dak kollu li kien jehtieg u baghat ‘l barra mill-belt lil insara kollha. Huwa tefa’ il-velenu fil-bjar ta’ l-ilma kollha madwar Gerusalemm u stenna li jkollu ghajnuna mil-Egittu. Il-krucjata kellha 1500 kavallier u 12000 suldat, armata li l-egizzjani setghu facilment jeghlbu kieku riedu.

Minghajr l-ghodda tal-gwerra s-suldati ma setghu jaghmlu xejn. Is-swar ta’ Gerusalemm kienu ta’ sahha kbira u hadd ma kien hemm li jaghmilha ta’ traditur jew spija bhalma s-soltu kien jigri. L-attakk li wettqu fit 12 ta’ Gunju itemm b’imwiet kbar. Bilfors kellu jkollhom l-magni tal-gwerra.

Robertu ta’ Flanders u Tankred marru s-Samarija biex jaqtghu l-injam, process li ha gimghatejn. Waslet l-ahbar fil-bidu ta’ Lulju li l-Egizzjani kienu telqu biex joffru l-ghajnuna taghhom lill-kmandant ta’ Gerusalemm. L-armata kellha biss xahar cans qabel il-wasla ta’ l-ghajnuna musulmana.

 Is-sacerdoti fuq vizzjoni li kellu l-isqof Adhemar meta kien ghadu haj, ordnaw sawma ghal armata kollha. L-ghada 8 ta’ Lulju l-armata kollha nghaqdet f’purcissjoni madwar il-hitan tal-belt. Il-mislem li kien qed isegwi dan kollu minn fuq is-swar iddiehqu bl-insara billi dawn kienu libsin ilbies penitezjali u jkantaw is-salmi. Wara kulhadd ingabar fuq il-Muntanja taz-Zebbug fejn semghu priedki minn Pietru l-Eremita, Rajmundu ta’ Aguilers u Arnulf Malecorne. Fil-jumejn ta’ wara nhadmu torrijiet tal-gwerra u beda’ l-bumbardament ta’ Gerusalemm.  Il-hbit kellu jkun ghall-lejl ta’ l-14 ta’ Lulju.

L-armata tal-krucjata bil-ghaqal kollu hadmet biex tersaq qrib is-swar halli tkun tista’ tattakka effettivament. Rajmundu kellu taht il-kmand tieghu torri imma ma setghax jersaq vicin bizzejjed.Goffredu kellu torri iehor biex juzah ghal istess skop jigifieri li joqrob lejn is-swar. Ghall-habta ta’ nofs in-nhar tal-15 ta’ Lulju rnexxilhom jaghmlu pont minn dan it-torri ghal fuq is-sur. Zewg kavallieri, Letold u Gilbertu ta’ Tournai kienu l-ewwel li qasmu; warajhom segwa Goffredu. Hekk kif hatfu taht idejhom parti mis-sur, suldati ohra gabu slielen biex jixxabbtu bihom u Tankredi setgha jsegwihom. Goffredu ggieled biex jidhol mill-Bieb tal-Kolonna biex jifthu  halli tidhol l-armata principali.  Tankredi qorob lejn it-Tempju u l-moskea maghrufa bhala l-Koppla tal-Blata (“Dome of the Rock”.)  Il-kmandant egizzjan ceda’ lil Tankredi u  l-bandiera tieghu telghet tperper fuq il-moskea.

Hekk kif id-difiza fin-naha tat-tramuntana tal-belt cediet Rajmundu seta’ jgib fix-xejn in-naha tan-nofsinhar.  Hu ha taht idejh it-Torri ta’ David biswit il-Bieb ta’ Gaffa.

Il-belt waqghet f’ idejn il-krucjata, izda il-glied kompla matul il-lejl.  Kien hemm massakru shih ta’ misilmin u lhud u serq bla kontroll.

Meta dahlu fil-belt is-suldati ma wrew ebda hniena u qatlu lil ghedewwa taghhom sakemm ebda wiehed ma baqa’ jghix fil-belt. It-tixrid tad-dmija kien wiehed kbir.  Is-suldati hadu d-djar u kull ma kienu jippossedu l-infidili, bid-dritt li kull suldat ghandu dritt ghal dak li jahtaf billi jpoggilu l-marka tieghu fuqu.

Il-kaptani tilfu l-kontroll tas-suldati. Il-kronaka tirrakonta triqat jeghrqu fid-demm u zwiemel jahslu saqajn is-suldati rikkieba bid-dmija tan-nies maqtula. Fis-17 ta’ Lulju l-ordni rritornat lura fil-belt mhux ghax il-kaptani hadu taht idejhom il-kontroll tas-sitwazzjoni, izda ghaliex ma kienx hemm aktar bnedmin x’joqtlu. Il-belt kienet vojta minn nies hlief ghar-rebbieha.  Il-mislem qatt ma kien ser jinsa’ grajja mdemma bhal din.

Ir-rebbieha iltaqghu dak in-nhar il-Hadd 17 ta’ Lulju u ordnaw li titnaddaf il-belt mill-igsma mejta u l-insara li tkeccew minn Gerusalemm qabel l-assedju kellhom jirritornaw lura. Ma intlahaqx ftehim minn kellu jintghazel patriarka u min kellu jikkmanda din il-belt qaddisa.

Il-kandidati ewlenija ghat-tmexxija ta’ Gerusalemm kienu Rajmundu u Goffredu.  Il-barunijiet l-ewwel offrew il-post lir-Rajmundu, li rrifjuta billi qal li dik il-belt qaddisa Kristu biss seta’ jkun il-mexxejj taghha.  Ghamlu, imbaghad, l-istess offerta lil Goffredu li uza l-ghaqal tieghu biex jilhaq dak li kellu f’mohhu.  Huwa wkoll irrifjuta t-titolu ta’ re imma accetta l-offerta billi ha t-titolu ta’ Difensur tas-Santu Sepulkru. Fi Franza t-titlu ta’ Difensur kien haga tradizzjonali; kien jaghti s-setgha fuq belt jew regjun lil min jezercita t-titlu ta’ Difensur. Id-difensur kellu jmexxi f’isem il-Mulej sakemm il-Mulej jirritorna in persuna. Goffredu  b’hekk, seta’ jiehu ghalih l-awtorita’ kollha temporali bhall mexxejj fuq Gerusalemm kollha minghajr ma tkun ta’ theddida s-superjorita’ teoretikali tal-knisja.

Rajmundu intela’ qilla, ghax ra li daqhu bih.  Huwa mar inghalaq gewwa t-torri ta’ David u rrifjtua li jcedih.  Huwa gie perswas biex ihallih taht il-kura ta’ isqof, imma hekk kif hareg ‘l barra mill-fortizza l-isqof irritornah lil Goffredu.  Issa Rajmundu kien cert li kulhadd kien kontra tieghu. Huwa telaq minn Gerusalemm biex qatt ma jirritorna aktar fiha.

Arnulf Malecorne issa gie maghzul Patriarka ta’ Gerusalemm.  Ma kienitx ghazla tajba; hafna mill-armata kienu jirrispettawh imma issospenda r-riti kollha gewwa s-Santu Sepulkru hlief dak Latin u r-reputazzjoni morali tieghu ma tant tidher li kienet accettata.

Issa Gerusalemm kellha l-mexxejja taghha spiritwali u anke materjali.  L-ewwel Krucjata kienet success tremend.  Kienet l-unika krucjata li imxiet u kellha success fuq l-ghanijiet li ghaliha giet imwaqqfa.

 

 

 

 

    L-EWWEL PARTI 

 tmiem l-ewwel krujata

Make a free website with Yola