jesusandmary

 DAWL MIL-KURCIFISS

Meta wiehed jitfa’ ghajnejh fuq Gesu’ Kurcifiss jara biss l-ispirtu tieghu u dak li jghogob lil Alla. Kristu huwa Dawl, id-dinja hija dlam; it-tnejn kontra xulxin. Id-dinja toffri tpaxxija, Kristu joffri tbatija, id-dinja toffri suppervja, Kristu joffri umilta’, id-dinja toffri tpattija, Kristu joffri mahfra. Fuq is-salib Kristu jurik li huwa ddisprezza dak li tghallem id-dinja u haddan tbatijiet, faqar u umiljazzjonijiet.

Kristu ghallimna li ried jghogob lil Alla f’kollox u wera’ li dak li hu prezzjuz f’ghajnejn il-bnedmin huwa qziez quddiem Alla. Meta thares lejn Gesu’ mislub ipperswadi ruhek li ghandek tkun lest li thalli hajtek ghalih bhalma hu halla hajtu ghalik biex takkwista s-salvazzjoni.

Kristu ma ghamilx il-hajtu aktar prezzjuza mir-rieda ta’ Alla, izda ghall-verita’ u l-gustizzja sostna b’kuragg sahansitra l-mewt. Kristu mislub jurik kemm habbna lilna l-bnedmin li wasal li jaghti hajtu ghal hutu biex isalvhom mit-telfien etern. Ahna ghalhekk mahluqin biex naghmlu r-rieda ta’ Alla, il-Missier u s-Sinjur taghna u harsa Lejh mislub tqanqalna biex nimxu fuq l-ezempju tieghu.

Gesu’ mislub ma’ salib jurina kemm huwa terribli l-infern x’hin jahseb li Alla sar bniedem ghalina u miet f’tant hruxija biex jehles il-bniedem minnu. U Kristu mislub jurik ukoll kemm hija prezzjuz ir-ruh li ghall-fidwa taghha, mhux deheb u fidda kellu jitqieghed bhala prezz, izda demm Iben Alla nkarnat. Fl-ahharnett jidhol fil-qalb taghna l-hsieb li Alla hu ta’ Hniena kbira lejna bnedmin hekk li tana l-Unigenitu Iben tieghu ghall-fidwa taghna. Kemm allura ghandna nitghannqu ma’ Alla taghna x’hin nifhmu li tassew miet ghalina biex jahfrilna dnubietna u allura kemm hu ikrah id-dnub li wassal lil Kristu fi stat hekk faxhi.

Isma’ il-Kurcifiss jghidlek: Xi hadd ittrattak hazin? Hares lejja u kkwieta ghax jiena ghamilt il-gid u hallsuni bid-deni. Xi hadd niktek? Hares lejja u kkwieta ghaliex jiena innocent u tefghuni f’bahar ta’ niklet u dwejjaq. Tinsab priv minn xi haga? Hares lejja u kkwieta ghaliex jiena msallab gheri. Tinsab imzeblah? Hares lejja u kkwiet ghaliex dahqu bija u waqqghuni ghac-cajt bl-istess doni tieghi.

F’kelma wahda ghandek issib dejjem konfort x’tigbed minn Kristu Kurcifiss meta issib xi kuntrarju kemm fil-hajja tieghek spiritwali kif ukoll materjali.

Jekk tassew trid tkun ta’ Kristu bhalma weghdetu fil-Maghmudija, tahseb qatt li tista’ taghmel dan jekk mhux li titfa’ harstek fuq il-Kurcifiss, li huwa t-triq, il-verita’ u l-hajja.

 

.

Make a free website with Yola