jesusandmary

  

 IL-GUDIZZJI T'ALLA

Ahseb li malli tmut inti tkun iggudikat fuq il-ligi t'Alla, jigifieri fuq jekk habbejtx lil Alla b'qalbek kollha u l-proxxmu tieghek bhalek innifsek.  Immela l-felicita' eterna tieghek jew it-telfien ta' dejjem tieghek jiddependi mill-istima jew mid-disprezz li inti tkun ghamilt tal-ligi t'Alla. Xejn ma ghandu jkun ghalik hekk ghaziz daqs il-ligi t'Alla li fiha l-vera hajja. 

 Immela qis li xejn ma ghandu jfixklek fl-osservanza ezatta u shiha taghha; xejn u lanqas hajtek stess.  U billi hadd ma jista' josserva l-ligi t'Alla minghajr tghakkis bla ma jaqta', ghalhekk tghakkes f'kull aptit tieghek tas-sensi, tal-vanaglorja, tal-gibda lejn il-ghana u ghall-vendetti billi tiftakar li dawn huma vanita', huma duhhan li jidher ghal ftit; izda l-ligi t'Alla taghmlek hieni mhux biss f'din id-dinja billi taghtik il-vera paci tal-qalb, izda taghmlek zgur ghall-jum tal-qilla u tqieghdek fir-renju ta' l-hena ta' dejjem. Wiehed ma jghozzx il-ligi t'Alla ghax ma jkunx gharaf il-pregju taghha li din iggiblu bi hlas lill Alla stess, u f'mewtu tehilsu mill-qilla tal-gudizzju divin.

Ipproponi li f'kollox qabel taghmel jew thalli xi ghemil tghid: "  Ghad jiggudikani s-Sinjur Alla tieghi."

 

dicembru 2011

Ghandna nilmhu l-volonta t'Alla f'kollox.

Ahseb li kull ma jigi fuqek sija ta' gid kemm ta' deni, dan qatt ma jkun gie addocc, imma dejjem mis-Sapjenza u mill-Providenza t'Alla.  L-anqas m'ghandek taghzel bejn hwejjeg kbar u hwejjeg zghar.  Ghalhekk kull stat li tkun tinsab fih, ilmah dejjem il-volonta' t'Alla u orbot il-volonta' tieghek ma' dik tieghu minghajr tgergir.  Inti taf li hu Alla li jkun irid hekk u li inti qieghed fid-dinja ghalhekk biex taghmel dak li jrid hu.  Kun kuntent bix-xorti tieghek  jekk tassew trid il-paci f'qalbek,  jekk tassew trid taghti glorja lil Alla,  jekk tassew trid tidhol fil-hajja eterna.

Meta wiehed jorbot il-volonta' tieghu ma' dik t'Alla, allura dawn iz-zewg volontajiet isiru haga wahda.  O x'unur ghall-bniedem li jidhol f'ghaqda bhal din ma' Alla! U minghajr dubju jgawdi mill-paci tat-tjubija t'Alla u xejn ma jkun jixtieq izjed, ghax xejn ma jkun jonqsu.

Ipproponi illi f'kollox tghid lil Alla : "Mhux li rrid jien izda li trid inti ikun maghmul". Izda qis li tghid bis-sincerita', u mhux bix-xufftejn ghax quddiem Alla li jaf kollox m'hemm nies li jistghu juru haga b'ohra.
 
nov 2011

PASSUS LXXII

Talba: Sinjur Alla inti hawn u jiena fik: ippersevera fil-grazzja santifikanti l-gusti kollhatieghek.

Dawl mis-Smigh: Impedimenti min-naha tal-bnedmin, li jafu wisq tajjeb jixtru l-qlub ta' l-ahwa taghhom bit-tifhir, bir-rigali u bl-okkazjonijiet tad-dnub; anke l-genituri stess ifixklu lil uliedhom li jkunu jixtiequhom jghumu qalb ilflus, qalb l-unuri tad-dinja, u f'bahar ta' delizzji; ghalhekk Kristu qal : " l-ghedewwa tal-bniedem,. niesu."

Jahbat wiehed jassalta biex jidhol fis-Sakrarju ta' l-Ispirtu ta' Kristu, izda l-biza' tal-persekuzzjonijiet u l-biza' tar-rispett uman ireggghuh lura u jgaghluh jaddatta ruhu mad-dinja.

Ispirazzjoni. Ruh nisranija, min hu wieqaf jindokra li ma jaqax.

ottubru 2011

 

Din il-kitba hi mehuda mill-ktieb jismu Mansjonijiet. Dan il-ktieb ghandu hafna paragrafi li Dun Gorg semmihom mansjonijiet jigifieri djar, abitazzjonijiet fejn il-qarrej jieqaf u jahseb u jitlob. Dan li gej huwa numru 50.

Kristu Trasfigurat - Matt. 17

Ejjew nidhlu fil-hsieb biex naraw is-Sinjur taghna trasfigurat; xhin kien qieghed jitlob, wiccu tbiddel, sar jiddi bhax-xemx u libstu saret bajda u tiddi, u mieghu msehbin Mosè u Elija u l-appostli Pietru, Gwanni u Gakbu.

F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Gesù nfjammata bl-imhabba lejn Alla. (Pawsa zghira)

Talba: Sinjur Gesù Kristu aghmel il-qalb tieghi tixbah lil tieghek.
Qalb imqaddsa ta’ Gesù, henn ghalina. (3 darbiet)
Offerta: Alla, O Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Gesù Kristu bil-merti kollha taghha sabiex niskonta d-dnubiet li jiena kkommettejt f’hajti kollha.

Inbierku lill-Mulej - Inroddu hajr lil Alla

settembru 2011

 PASSUS LXVIII

 

Talba.  Sinjur Alla inti hawn u jien fik: urini l-gmiel tal-ligi tieghek biex aktar nithaddan maghha.
 
Dawl mis-Smigh. Ir-ruh tal-bniedem, imexxija bl-ispirtu djaboliku, li huwa ghadu tal-fidi, ta’ kull ordni morali, thaddan biss il-perswazzjoni mis-sensi, u mir-raguni mdallma, jigifieri li tiddizapprova kull ma hija ma tridx tifhem jew ma tistax tifhem, bhalma huma l-misterji.
L-ispirtu djaboliku jmexxi fit-triqat tas-suppervja, ta’ l-ghira, tal-mibgheda, taz-zina, tal-korla hazina, tax-xehha, ta’ l-ghazz: u dwar il-qerq u l-gidba Kristu qal li Satana huwa giddieb u missier il-gidba, u li meta jigdeb jitkellem hwejjeg mill-proprjetajiet tieghu.
 
Ispirazzjoni.  Ruh nisranija, mill-qalb johrog kollox.
 
(Mill-ktieb Is-sakrarju ta’ l-Ispirtu ta’ Kristu.)
awissu 2011

IT-TAMA

 1. Ufficcju tat-Tama hu li ggaghlek tfittex u tirrkorri lejn Alla tassew omnipotenti, tassew tajjeb, tassew fidil biex taqla' l-genna u ghajnuniet ghaliha.

2.  Mezz ghat-Tama huwa l-hsieb li Alla hu missier u li ahna wliedu.

3.  Sinjal tat-Tama hija l-perseveranza fit-talb.

4.  Ezortazzjoni ghall-kultura tat-Tama hija li wiehed jifhimha tajjeb li jekk jipprattikaha skont l-Iskrittura ma jkollu qatt igarrab ebda konfuzzjoni.  Dan: III vers 40.


Il-Kliem iqanqal u l-ezempju jkaxkar.

Ezempju ghall-virtu' tat-Tama mill-Antik Testment: harsa fuq Anna omm Samweli. I Rejiet Kap 1 vers 20.

Anna omm Samweli, tant ittamat f'Alla li jkollha tarbija, ghaliex skont in-natura taghha ma kienx jista' jkun li ssir omm: ittamat f'Alla u ma garbitx konfuzjoni ghaliex saret omm mhux biss tal-profeta Samweli, izda ukoll ta' wlied ohra.

gunju 2011

 IL-FIDI

1. Ufficcju tal-Fidi hu li ggaghlek temmen fermament kull ma temmen u tghallem il-knisja Kattolika.

2. Mezz ghall-Fidi huwa s-smigh tal-Kelma t'Alla.

3. Sinjal tal-Fidi huwa l-opri tajba mill-biza' t'Alla.

4. Ezortazzjoni ghall-kultura tal-Fidi huwa li wiehed jifimha tajjeb li jekk jipprattikha skond l-Iskrittura ghandu johrog rebbieh f'kull tentazzjoni. I Gwann V 4.


Il-kliem iqanqal u l-ezempju jkaxkar.

Ezempju ghall-virtu tal-Fidi mill-Antik Testment: Harsa fuq Abraham (Genesi XXII 2.)

Abraham tant kellu fidi kbira li offra lil Ibnu Izakk bis-sagrificcju tl-mewt x'hin Alla stess kien weghdu li minn Izakk kellu johrog in-nisel numeruz ta' l-istess Abraham.

marzu 2011

IL-PRUDENZA

 1. Ufficcju tal-Prudenza hu li ggaghlek thares lilek innifsek f'kollox biex la titqarraq u anqas tqarraq.

2. Mezz ghall-Prudenza huwa li wiehed qabel ma' jopra jahseb dejjem x'jigri wara.

3. Sinjal tal-Prudenza hija l-Pacenzja.

4. Ezortazzjoni ghall-kultura tal-Prudenza huwa li wiehed jifimha tajjeb li jekk jipprattikha skond l-Iskrittura tehilsu mill-kull xorta ta' ingann. Proverbji Kap 2 vers 11.


Il-Kliem iqanqal u l-ezempju jkaxkar.

Ezempju ghall-virtu tal-Prudenza mill-Antik Testment hares fuq Salamun.

Salamun huwa stess kien talab lil Alla, la darba ghazlu biex ikun il-mexxejn tal-poplu, biex jaghtih il-prudenza u b'hekk jaghraf imexxih u Alla b'gost kbir tieghu tahielu bil-kotra.

Salamun bil-prudenza li tah Alla gharaf liiema kienet il-vera omm tat-tarbija l-hajja li wara l-proposta tieghu dina ma accettatx li t-tarbija l-hajja tkun maqsuma minn nofs.

frar 2011

 L-IMHABBA LEJN ALLA

 

1. Ufficcju ta' l-Imhabba lejn Alla hu i ggaghlek tichad il-volonta' tieghek biex taghmel f'kollox u dejjem il-volonta' t'Alla.

2. Mezz ghall-Imhabba lejn Alla huwa li wiehed jistudja biex jaghraf 'l Alla fuq il-ktieb tan-natura u fil-ktieb tal-fidi.

3. Sinjal ta'l-Imhabba lejn Alla hija x-xewqa tal-mewt.

4. Ezortazzjoni ghall-kultura ta' l-Imhabba lejn Alla huwa li wiehed jifimha tajjeb li jekk jipprattikha, skont l-Iskrittura xejn ma jkun lilu jonqsu.

Il-Kliem iqanqal u l-ezempju jkaxkar.

Ezempju ghall-virtu ta' l-Imhabba lejn Alla mill-Antik Testment harsa fuq it-tlett zaghzagh tal-Babilonja. Danjiel III vers 20.

It-tlett zaghzagh tal-Babilonja: Sidrak, Mizak u Abdenago ,'ghamlux hajjithom iktar prezzjuza mill-imhabba li tisthoqq 'l Alla; gew marbutin minn reiglejhom u minn idejhom u mitfughin fil-karkara tan-nar imqabbda ghal seba' darbiet izjed mis-soltu fil-qawwa taghha u b'ghageb kbir ta' kulhadd dawk il-fjammi rrispettaw b'qima kbira lil dawn it-tlett zaghzagh.

 

jannar 2011

Make a free website with Yola