jesusandmary

KUMMENTARJU 2020    ARKIVJU

MA NINTREBAHX, IZDA NIXGHEL XEMA.


Bhalissa d-dinja ghaddejja minn taqlib kbir imqanqal mill-qawwa tad-dlamijiet. Fl-istess ilma tinsab ghaddejja l-Knisja ta’ Kristu. Shab iswed ta’ tempesta qalila qed jghezzez il-fundament tal-Knisja li ghalkemm fuq il-Kelma ta’ Kristu xejn u hadd ma jista’ jfarrakha, il-membri taghha xi ftit jew wisq ihossuhom skoragguti quddiem sitwazzjoni bhal din. Ikollna nistqarru li l-knisja giet effettwata wkoll mill-ispirtu qarrieqi tad-dinja.

Li taccetta l-gidba tax-xitan li jfesfislek go widnejk li l-knisja falliet tfisser gwerra mitlufa. Lil din it-tentazzjoni rridu nirresistulha. Ma rridux naghmlu bhal San Pietru li cahad lil Imghallem tieghu minhabba l-biza’, konfuzjoni u ncertezza. Meta nhossu li kollox qed jaqa’ madwarna, irridu nkunu xiehda ta’ dak li nemmnu. Kieku kulhadd jixghel xema’ wahda biss, id-dlam ma jibqghax dlam izda jsir dawl, u l-fjamma issir huggiega kbira. KIF?

Insostnu l-hajja spiritwali taghna. In-nies li jghelbu din il-krizi kurrenti ma humiex dawk li huma mzejna b’gherf enciklopediku, izda dawk li jafu lil Gesu’ fuq livell intimu u jhobbuh ma’ kull tahbita ta’ qalbhom. Huma nies li jsostnu din il-hajja permezz tat-talb specjalment bir-Ruzarju u jghaddu xi hin fil-qari spiritwali u quddiem Gesu’ Sagrament.

Insibu kenn taht il-mant tal- protezzjoni ta’ Marija Mmaklulata, li hija l-Medjatrici tal-Grazzji kollha. Lilha l-Mulej Alla taha s-setgha li tishaq ras is-serpent.

Nghixu l-hajja sagramentali, jigifieri, insostnu ruhna bit-Tqarbin u bil-Qrar li jahfrilna d-dnubiet u d-difett taghna. Ghandna nersqu lejn it-Tqarbin kuljum bhalma l-bniedem jersaq lejn il-mejda ta’ l-ikel kuljum.

Infittxu dejjem il-verita’ ghax  hawn hafna profeti qarrieqa li jmexxu l-gidba u juruha b’verita’ imma realment ikunu jahbu velenu sigriet. Ma hux tqil biex issib fejn qieghda l-verita’. Tinsab fit-taghlim ta’ Kristu li Hu halla f’idejn il-Knisja,  li ghal ghoxrin seklu shah tat lid-dinja qaddisin. Mezzi biex tikxef u titghallem il-verita’ hawn kemm trid:  kotba, rivisti kattolici, arkivji ta’ l-internet, ir-radju u televizzjoni. Il-verita’ tilliberana minn kull jasar.

Nippruvaw nghixu fil-Paci jigifieri nwarrbu dak kollu li jinkwetana u jingannana. Qatt temmen li d-dinja tista’ taghtik il-paci tal-qalb. Tista’ toffrilek pjacir tal-mument, izda l-pjacir mhux paci. Hemm differenza kbira bejn paci u pjacir.

Bil-paci fil-qalb taghna kif jaf jaghtiha Kristu biss nistghu nkomplu nibnu s-saltna tieghu ghaliex kull ansjeta’, rabja u agitazzjoni huma hwejjeg barranin ghall-hidma biex Kristu jkun maghruf minn dawk ta’ madwarna.


KUMMENTARJU


JANNAR 2020




THALLUX LIL ULIEDKOM JGHUMU WAHEDHOM

Ma hemmx haga aqwa mir-relazzjoni genituri /ulied. Matul iz-zmien li fih l-ulied ikunu qed jikbru ser ikun hemm hafna nies u cirkustanzi li jinfluwenzawhom fl-isvillup.  Bhala genituri, il-missier u l-omm ghandhom u jehtigilhom li jkunu mudelli ghalihom. ULIEDKOM GHANDHOM BZONNKOM.

L-ulied iridu jaraw li l-genituri jhobbu lil xulxin, ir-ragel ihobb lil martu u vici versa; ghaliex meta l-ulied jaraw il-mod ta’ kif il-genituri jittrataw lil xulxin, dan ikun il-messagg ta’ kif l-ulied jittrattaw lil marthom jew lil zwieghom meta jikbru.

Ma gara xejn jekk inti bhala missier ikollok xi falliment. L-aqwa ghalliem huwa l-falliment ghax minnu titghallem ghal quddiem. Meta ibnek jarak li fallejt, imma ma cedejtx, ibnek jitghallem minnek biex il-fallimenti tal-futur tieghu johodhom bil-kalma u jkun jaf kif jirbah kull sfida.

L-ulied iridu jaraw li l-genituri jmexxu sewwa l-familja taghhom. Minnhom jitghallmu kif imexxu sew hwejjighom fil-hajja. Jistghu l-genituri ma jkunux il-boss ta’ fejn jahdmu, jistghu ma jkunux  il-gwida ta’ xi kommunita’, izda zgur li t-tnejn li huma huma mexxejja tal-familja. Dan ghandu jkun il-motto tal-genituri: Biex tkun mexxej tajjeb trid tkun ta’ servizz ghal ohrajn.

L-ulied iridu jaraw fil-genituri taghhom spalla ghad-diffikultajiet taghhom. Minkejja li z-zewg genituri jkollhom hafna impenji, iridu jkunu prezenti t-tnejn fil-hajja edukattiva u socjali ta’ uliedhom. Il-presenza tal-genituri jaghtuhom spalla ghal dak li jkunu jehtiegu.

“Inhobbok ibni”, Kburi bik ibni,” Naf li ser tirnexxi, ibni,” “Veru li f’dan fallejt,izda jekk taghmel hekk tirranga l-izball u tmur ahjar, ibni” Bi frazijiet bhal dawn u ohrajn simili inti bhala missier u inti bhala omm tkunu qed tnisslu u thawlu kuragg, li huwa l-medicina ghas-success ta’ l-ulied.

L-ulied zgur li xi darba jew ohra  jizbaljaw bhalma jizbalja kull missier u kull omm meta kienu ghadhom zghar jew zaghzagh. Ghallmuhom li dak li jaghmlu ghandu l-konsegwenzi. Id-dixxiplina trid tkun bl-imhabba. Dan ihejji biex jahsbu u jevaljuwaw l-ghazliet li jaghmlu issa u tul hajjithom.

Gheziez genituri ftakru biss li n-nazzjon ikun biss b’sahhtu jekk ikollu familji mrawma sew. 

frar 2020@

KUMMENTARJU


FRAR 2020

ZMIEN IR-RANDAN

 

Qeghdin fi zmien ir-Randan, zmien ta’ thejjija ta’ sitt gimghat li jwassalna ghal aktar festa importanti fil-kalendarju liturgiku tal-Knijsa Kattolika. Huwa meqjus bhala zmien li fih in-nisrani hu mistieden jaghmel hwejjeg ta’ imhabba u atti ta’ penitenza biex bihom isaffi id-difetti tar-ruh tieghu.

Hekk kif ahna nippreparaw ruhna ghall-grajjiet ta’ importanza f’hajjitna, bhalma huwa l-jum tat-tieg jew jum it-twelid,  hekk ukoll ir-Randan jistedina biex inhejju ruhna u qlubna ghat-tifkira tal-hajja, mewt u qawmien mill-imwiet tal-Mulej.

In-nisrani tal-lum ma ghandux regoli ta’ kif ihares ir-Randan hlief li jsum u jastieni mill-laham f’Ras ir-Randan u fil-Gimgha l-Kbira. Il-bniedem ta’ Alla ma joqghodx ifittex mal-Hallieq Tieghu u jhares biss dawn il-jumejn. Ikun generuz u japplika dan iz-zmien biex jitheggeg aktar fil-hajja tar-ruh billi jaghzel hwejjeg li jresquh qrib aktar lejn Alla u jissaffa minn htijietu. Hemm min inaqqas il-hin quddiem it-TV biex japplikah ghall-qari tal-Kelma ta’ Alla, ohrajn izidu fit-talb taghhom ghax jafu li bit-talb jifthu triq aktar intima ma’ Alla, xi whud jaghmlu opri ta’ karita’ …u hawn jiena mhux qed nirreferi biss meta bniedem idahhal idejh fil-but biex jghin finanzjarament, imma anke meta jghin fizikament lill-batut jew izuru l-morda fl-isptarijiet jew lix-xjuh abbandunati, etc… kulhadd skont ma hu perswaz li dan iz-zmien ikun ta’ gid biex inaddaf lir-ruhu u jpatti ghall-htijiet taghha.

Din it-thejjija twassalna ghall-Gimgha Mqaddsa li tibda’ minn Hadd il-Palm u tintemm fl-Hadd il-Ghid meta matul dik il-gimgha, in-nisrani ghandu jidhol aktar fil-qalba tal-misteru tas-salvazzjoni. Jimmedita u jahseb ftit xi swiet ghal Kristu is-salvazzjoni ta’ ruhna.

Biex imbaghad f’Hadd il-Ghid niccelebraw bil-ferh il-Qawmien tal-Mulej taghna Gesu’. Kristu Rxoxt ghandu jfakkarna li r-rebha tieghu fuq id-dnub twassalna biex mieghu ahna ngawdu ghal eternita’ wara li nghixu hajja fidila Lejh. Tfakkarna wkoll li ma hemmx rebha minghajr salib u anqas ma hemm salib minghajr rebha.

F’dak il-jum nifirhu ma’ Gesu’ u nkantawlu dani l-kliem: NIFIRHULEK O GESU’ GHAX BIL-QAWMIEN TIEGHEK MINN BEJN L-IMWIET INTI IRBAHT ID-DNUB U GIBITLNA S-SALVAZZJONI

KUMMENTARJU


MARZU 2020





DAK L-IMBIEREK MOBILE PHONE

Qatt osservajt kemm nies huma aljenati u distratti bil-mobile phone?

Dur dawra madwarek u ara kemm nies jaqsmu t-triq kollha traffiku bil-mobile f’idejhom bla jaghtu wisq kaz tal-karozzi li jkunu ghaddejjin. Mur go restaurant u ara kemm nies ikunu jqallbu u jqallbu l-mobile phone meta suppost qed jieklu f’kumpannija.  La jaghtu kaz ta’ marthom jew zwieghom jew it-tfal taghhom, jew il-hbieb. Fil-familja, l-aktar li jaghmel hsara ghaliex igib l-imtimita’ jew ghaqda waqt l-ikel fix-xejn…l-ulied jieklu waqt li jiktbu messaggi jew jilghabu bil-mobile jew jaqraw artikli jew ahbarijiet minghajr ebda kaz ta’ dak li qed jieklu jew li jlissnu kelma ta’ radd il-hajr ghal l-ikel tajjeb li hejjiet dik l-omm.

Anna Brink tirrakonta li attegjament simili kien hakem lil binthom. L-argumenti fid-dar bejn il-bint u l-gentituri meta kien jwissuha biex tnehhi dak l-imbierek mobile phone biex tatihom ftit ta’l-attenzjoni, tant eskalaw li waslu fil-punt li hadulha l-apparat, bit-tama li tidhol fiha nnifisha u tifhem li qed tghix go familja, ma’ ommha, missierha u hutha.

“Ghall-bidu hadet ghaliha u ntliet qilla, izda wara ftit taz-zmien saret bidla ta’ atteggjament fiha. Kollox fih il-prezz tieghu.”

“Flok tara testi u artikli fuq l-internet bdiet taqra l-kotba mill-gdid. Billi l-passatemp taghha kien it-tpingija flok kienet tuza l-applikazzjoniet ta’ l-arti, regghet bdiet tpingi manwalment u anke bdiet tahdem il-gojelerija.”

“Tghallmet li tippjana bil-quddiem. Hbiebha warrbuha minhabba li kien projbit l-uzu tal-mobile? Xi ftit iva. Imma hbiebha draw l-idea li hija kellha titkellem maghhom wick imbwicc fl-iskola jew meta tiltaqa’ maghhom. Kellha bonus ukoll ghaliex gharrfet minn tassew kienu l-veri hbieb.”

“Issa li ma kienitx mahkuma izjed mill-mobile saret taf aktar dak li kien qed isehh madwarha. B’aktar hin liberu kienet lesta li tinghaqad u taqsam ftit hin ma’ hutha u ftakret li hu pjacir li tilghab xi loghba ma’ hutha ta’kultant.”

“Binti  sabet hin biex taghti s-sehem fid-dar. Qabel l-argument taghha kien li ma kienitx issib hin bizzejjed biex taghmel il-htigijiet tad-dar, imma issa minghajr id-distrazzjoni tal-mobile sabet hin bizzejjed biex tkun ta’ ghajnuna fid-dar,” tistqarr omma, Anna Brinks.

“Aktar ma ghadda zmien aktar bdiet tifhem li l-hajja minghajr l-iscreen u aktar kuntatt wicc imbwicc kienet ta’ beneficcju kbir ghaliha u ghal hbiebha. U fuq kollox kienet inqas imdejqa bina ghaliex waqafna nghidulha biex twarrab il-mobile. B’hekk naqsu aktar l-argumenti u naqsu bil-kbir.”

Wiehed hafna li hemm bosta punti posittivi ghal l-uzu tal-mobile, imma niftakru li ghandna nkunu ahna li  nikkontrollawh u mhux hu jikkontrollana. Tajjeb li nieqfu u nahsbu kif ma nhallux jirkibna, jekk ahna ghandna dependenza assoluta fuqu.

april@





KUMMENTARJU


APRIL 2020



LI TKUN MISSJUNARJU HIJA STEDINA DEJJIEMA


Wara li ntemmet l-ewwel gwerra dinjija, il-Papa Benedittu XV kiteb dokument fit-30 ta’ Novembru tas-sena 1919 li jittratta fuq il-hidma missjunarja tal-knisja, jismu Maximum illud.

Fih juri s-sejha li ghamel Kristu qabel ma tela’ fis-sema lil appostlu tieghu, li jmorru jxandru l-ahbar it-tajba, sejha li ghadha valida ghal insara ta’ kull zmiem. Fil-kitba tieghu Benedittu XV jghidilna li hafna kienu dawk li taw il-kontribut taghhom lill-Knisja ta’ Kristu billi hallew il-pajjizhom u sahansitra taw hajjithom ghal Kristu b’mod erojku.

Fost dawn il-missjunarji, il-papa jsemmi lil San Frangisk Saverju li wettaq il-hidma appostolika tieghu gewwa l-Indja u lil Bartolmew de Las Casa li hadem hafna gewwa l-Amerka. Missjunarji ohra taw ezempju kbar ta’ hajja qaddisa u ohrajn waqqfu diversi opri ta’ karita’.

Il-Papa enfasizza li kull missjunarju ghandu jara ghan wiehed quddiem: lil Kristu Salvatur imxandar lil dawk li huma ghatxana ghall-verita’. Punt iehor importanti huwa li kull missjunarju kemm dak li jhalli pajjizu kif ukoll dak li li jibqa’ f’pajjizu, ghandu jkun imhejji sew. Tajjeb li wiehed jiftakar li kull Nisrani huwa fid-dmir li jghin fejn jista u kif jista’, kull hidma missjunarja mhux biss bit-talb izda wkoll finanzjarjament.

Il-Papa Frangisku ghamel riferenza ghal din l-ittra meta kiteb lil Kardinal Fernando Filoni li hu l-Prefett tal-Kongregazzjoni ghall-Evangelizzazzjoni tal-Popli: “ Dak li l-Papa Benedittu XV xandar u xtaq 100 sena ilu u dak li l-Koncilju Vatikan II insista ghalih 50 sena ilu ghadu u jibqa’ relevanti sal-gurnata tal-lum.”


mejju@



KUMMENTARJU


MEJJU 2020



IL-KRUHA TAD-DAGHA U KLIEM HAZIN

Wahda omm tirrakonta li waqt li kienet qed tixtri minn supermarket mat-tifel zghir taghha, semghu zewg impjegati tas-supermarket jindirizzaw lil xulxin bi kliem hazin u oxxen. Bla dubju ta’ xejn it-tifel waqqaf par widnejn daqs xiex ghal dawk il-kliem.

L-omm ikkunsidrat li tirraporthom lill-manager taghhom, izda minflok ghazlet li ma tersaqx aktar ‘l hemm. Hija ddecidiet li tuza din l-esperjenza biex tghallem lil binha, flok li dak in-nhar tirrakontalu l-istejjer qabel jorqod. Hija fehmet li lil binha ma tistax tipprotegih milli jisma’ kliem hazin u dagha, imma setghet tedukah biex jifhem li qabel jitkellem jahseb sew, ghaliex id-dagha huwa fih innifsu hazin u jbaxxi lill-bniedem.

Il-kliem li inti tuza jinfluwenza dak li haddiehor jahseb fuqek. Id-dagha jhalli mpressjoni hazina li jkun difficli li tregga’lura. San Luqa fil-Vangelu tieghu Kap 6 vers 45 jikteb: “ Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm. Ghaldaqstant jekk minn fommok johrog kliem hazin u dagha, ta’ madwarek ser jahsbu li f’qalbek hemm biss tahsir. Min jitkellemm b’dan il-mod zgur li qed jaghti skandlu lil dawk li jkollu ma’ gembu u bla dubju li kliemu jgiblu sahta jekk jinghad quddiem tfal.

Il-kliem li inti tghid jinfluwenza l-opportunitajiet li jkollok quddiemek. Id-dagha u l-kilem hazin johonqlok il-potenzjal tieghek. Ibaxxik. L-imghallem tieghek zgur mhu ser joffrilek promozzjoni fix-xoghol tieghek, ghaliex jekk ikun serju jifhimha li persuna li tispira u tmexxi lil haddiehor ghall-gid ta’ l-azjenda jehtieg li jkollu integrita’. Jekk student jidghi fl-iskola, l-amministraturi ta’ l-edukazzjoni mhux ser jafdawlu li jmexxi tim jew joffrulhu xi responsabilita’ ohra billi kliem baxx juri nuqqas ta’ rispett lejn in-nies, post jew hwejjeg ohra.

Anke l-kliem li tuza jinfluwenza r-relazzjoni tieghek ma’ l-ohrajn. Jekk fis-sahna ta’ l-argument tindirizza lil habibek b’sensiela ta’ kliem hazin jew dagha, tkun haga difficli li tregga’ kollox lura u habibek jista’ jsibha difficli li jahfirlek u jirrikoncilja ruhu mieghek. Dawk l-offizi jibqghu jidwu f’widnejh ghal zmien twil hafna. Tahseb li habib tal-qalb jixraqlu dik l-offiza ta’ kliem hazin, semplicement ghaliex inti kont f’siegha ta’ rabja u korla? Zommha f’mohhok u qalbek li kliem li ma jghinx u huwa dizrispettuz ma ghandu qatt jinghad.

Il-kliem li johrog minn fommna ghandu jikkomunika biss l-intelligenza taghna. Id-dagha u l-kliem hazin li jinghad biex wiehed jaserixxi l-argument tieghu jew il-personalita’ tieghu jwarrab fil-gemb l-opportunita’ li tikkommunika bil-hsieb u b’mod car. Hafna jahsbu li bidd-dagha jhossuhom irgiel. Imma fil-fatt jaghmilhom inqas intelligenti u dawk serji jaharbuhom ghax id-dagha u l-kliem hazin jwegga’ lil dawk li jhobbu lil Alla.

Ftakar li bid-dagha tkun qed izeblah lil Alla li tak ilsienek biex tfahhru u xxerred biss il-gid.


gunju@



KUMMENTARJU


GUNJU 2020




IL-VAGANZI MA GHANDHOMX IKUNU MISTRIEH MINN ALLA.

Lulju u Awissu huma meqjusa bhala xahrejn ta’ vakanzi ghall-maggoranza tan-nies.  Forsi inti wiehed minn dawk  li bil-flus li gemmajt, qed tahseb kif ser tgawdi bl-aqwa mod possibbli dak li hlomt bih.
Il-Papa Benedittu XVI qabel ma beda’ il-vaganza tieghu fis-sajf tas-sena 2012 stedinna biex niftakru li jiemna ma humiex biss granet ta’ hidma u problemi, izda ukoll periodu ta’ mistrieh u rilass. F’dan iz-zmien partikulari l-Mulej jistenna minna li l-vaganzi taghna ma ghandhom ikunu aljenazzjoni mir-relazzjoni taghna Mieghu, anzi ghal kuntrarju zmien biex ma nintelqux u nikbru aktar fl-ghaqda Mieghu.
Hawn qed noffru ftit idejat biex filwaqt li ngawdu l-mistrieh tant misthoqq ma nitilfux ir-ritmu spiritwali taghna ma’ Alla.


•    Jekk inti tinsab barra pajjizek, li tmur tara knisja mhux turizmu religjuz, izda okazzjoni li bis-sahha taghha qed izzur li Gesu’. Ghall-kattolici li jidhlu fi knisja go ibliet turistici hija parti mportanti mill-itinerarju taghhom. Il-knejjes, anke dawk l-aktar semplici, ghandhom sbuhija x’joffru. Meta nkunu gewwa, kultant ninsew li Gesu’ qieghed hemm quddiemna pass biss ’l boghod. L-fjamma tnemnem fl-isfond hija sinjal li Hu qed jistenniena.

•    Wahda mill-affarijiet mehtiega fis-safar huwa l-ismartphone ghax iservi biex wiehed jiehu ritratti, jfittex direzzjoni u jikkomunika ma’ l-gheziez tiegHu u jaqra xi emails li jara li huma importanti. Ghaldaqstant mehtieg li wiehed igorr mieghu c-charger. Uza il-mobile biex tara fejn hemm il-quddies tal-Hadd fil-vicin tieghek jew tidhol f’xi application ta’ talb jew meditazzjoni halli terfa’ mohhok ghal ftit mumenti f’Alla li tant ihobbok.


•    Tajjeb hafna li wiehed juza dan iz-zmien ta’ kalma u mistrieh biex jitkellem mal-parti l-ohra tieghu (il-mara ma’ zewgha, ir-ragel ma’ martu) u jfejjaq xi griehi li jkunu saru specjalment fiz-zwieg.

•    Hija verita’ li t-talb huwa parti mportanti minn hajjitna, imma meta inti torqod tard u tqum aktar tard, bhalma jigri spiss fil-vaganzi hija haga difficli li titlob tajjeb. Hafna nies jiehdu xi kotba biex jaqraw waqt il-vaganza. Halli n-novella romantika jew avventuruza tieghek id-dar u mieghek gorr ktieb tajjeb li jghinek tikber fl-ispiritwalita’. Nehhiha minn mohhok li l-fidi hi xi haga ta’ dwejjaq; il-hajjiet tal-qaddisin huma novelli li ghandhom avventura tremenda.

•    Waqt il-vaganza tieghek halli warajk dawk il-hwejjeg li jistghu jibqghu d-dar. Timliex il-bagali tieghek bi hwejjeg ta’ bla htiega li ma jhallukx tiehu l-mistrieh tieghek. Mieghek qis li iggor lil Alla. Mieghek gib dawk il-hwejjeg li jghinuk terga’ tiehu energija gdida biex tkompli ir-rutina ta’ hajtek.

lulju@




KUMMENTARJU


LULJU 2020



GHEX HAJJA TAJBA BIEX TFEJJAQ ID-DINJA IMKISSRA


Jinghad li G.K.Chesterton weegeb ghall-mistoqsija ta' The Times li staqsietu il-mistoqsija: " X'hawn hazin fid-dinja tal-lum?" b'din ir-risposta: "Jiena t-tort." Bhal Chesterton, ahna rridu nsibu twegiba wkoll.

Aktar ma jghaddi zmien, aktar qed nsiru maqsuma bejnitna . Il-mentalita' ta' ahna kontra huma dejjem qed tikber specjalment d'dan iz-zmien ta' teknologija meta l-medja socjali tisqina mibgheda, ghira, glied, abort u qtil u nsulti wiehed lil iehor u tigglorifika modi "civilizati" ta' kif tehles mid-dghajjef u dawk bla bzonn fis-socjeta' taghna.

Din l-attidudni minn dejjem kienet sa mill-waqa' tal-bniedem. L-ghadu tal-bniedem li huwa x-xitan jrid jifred u jsaltan.

Irridu naghmlu l-parti taghna biex infejqu d-dinja zghira kemm hi zghira. Hekk ghamlu l-qaddisin meta feggew skandli, persekuzzjonijiet u dlamijiet. Bdew minnhom infushom u dan jghodd ghalina lkoll illum.

Il-problema tad-dinja hija jiena u inti.  Nonqsu li nghixu hajja bizzejjed tajba. Nitbieghdu minn Alla. Ahna dghajfa u ncedu ghat-tentazzjonijiet. Il-glieda bejn it-tajjeb u l-hazin tbaqbaq go fina. Id-dinja tridna li ahna nimxu kif tixtieq hi skont ir-regoli taghha. Hafna drabi bosta huma dawk li jithanbqu fuq hwejjeg bla bzonn, jahlu hafna energija  fuq hwejjeg li jghaddu u jitilfu kull sens li b'hajjithom jevangelizzaw lil ta' madwarhom.

Is-soluzzjoni ghal dawn il-problemi tad-dinja tal-lum hija li nghixu bhala vera dixxipli ta' Kristu. Xhud ta' Kristu jumilja lilu nnifsu ghax hu jaf seww li huwa midneb bhal haddiehor. Jaghder ghalhekk lil ghajru qabel ma jghaddi gudizzju fuq ghemil il-proxxmu tieghu fuq il-medja socjali jew jghaddi kumment quddiem l-ohrajn. Il-korrezzjoni fraterna ghandha bhala pedament l-Imhabba.

L-Imhabba u l-umilta' huma zewg ingredjenti biex nersqu aktar lejn l-ohrajn anke lejn dawk li ma naqblux maghhom. It-talb taghna ghandu jkun ghajnuna biex inresqu lill-midimbin lejn Alla ghaliex wara kollox hija l-grazzja ta' Alla li taghmel dan. Ahna nizirghu, imma huwa l-Ispirtu Qaddis ta' Alla li jgib il-konverzjoni fl-erwieh. Il-verita' ingibuha quddiem il-bnedmin, imma ma nistghux naghmluha b'manjiera li tbaxxi d-dinjita' tal-bniedem.

Il-problema hemm barra fid-dinja hija jiena. Jiena midnieb. Ghazilt il-hazin fuq it-tajjeb. Inqast milli nhobb il -familja, hbieb, girien, ahwa fi Kristu u l-barrani bhalma Kristu jhobbhom.

Nibdew minna nfusna. Naghzlu biex inhobbu ahjar lil Alla, naghzlu biex inhobbu lil ohrajn bil-fatti, nitolbu lil Alla l-grazzja tieghu biex inkunu l-qaddisin li jixtieqna Hu, ma inkunux ghodda ta' firda, izda ta' ghaqda, anke ma' dawk li jahsbuha differenti minna.

Hekk inkunu qed naghmlu pass zghira biex intejbu lid-dinja. Wara kollox kull ma hu kbir dejjem beda' permezz ta' pass zghir.


settembru@


KUMMENTARJU


SETTEMBRU

 2020



FEJN GHANDU JWASSAL IT-TALB TAGHNA

In-nisrani li ma jitlobx ma huwa nisrani xejn. Il-hajja nisranija taghna tiddependi mir-relazzjoni taghna ma’ Alla u din ir-relazzjoni titlob li t-talb ikun parti ntegrali mill-hajja taghna. Waqt din il-hajja taghna hawn fuq l-art, it-talb iqarribna lejn il-Hallieq taghna u jifthilna l-bieb ta’ l-imhabba mmensa tieghu berah u jhejjina ghall-premju etern. Huwa ghalhekk li l-hajja nisranija taghna hija tfittix u talb kostanti. “Itolbu u taqilghu, fittxu u ssibu, habbtu u lilkom jigi miftuh, jghid Gesu’ lid-dixxipli tieghi.

Fl-istess hin it-talb jibdel il-qalb iebsa taghna tal-gebel f’wahda tal-laham. “Ghalkemm intom hziena tafu taghtu lil uliedkom hwejjeg tajba, kemm izjed Missierkom li hu fis-smewwiet jaghti hwejjeg tajba lil min jitolbu,” iwissi Gesu lis-semmiegha tieghu.

Nitolbu li tigi salnat Kristu fuq l-art u tkun maghmulha r-rieda tieghu fuq l-art kif fis-sema. Ghalhekk ma nistghux nitolbu xi haga fit-talb taghna jekk mhux dak li realment huwa ta’ gid ghar-ruhna u ta’ ghajrna.

Kultant, nonqsu li naraw l-interess li Alla ghandu ghalina, ghaliex nhossu li nitolbu kemm nitolbu Alla ma jismghanhiex jew li Alla ma jhobbniex. F’mumenti bhal dawn naghmlu tajjeb jekk niftakru fil-parir li jaghti San Girolmu: “Hija haga certa li Alla jaghti lil min jitolbu, li min ifittex isib u min ihabbat lilu jigi miftuh. Ikun jidher bic-car li dak li ma rcevhiex, dak li ma sabx u dak li l-bieb baqa’ maghluq f’wiccu huwa rizultat ghaliex dak li rcevhiex, dak li ma sabx, u dak li l-bieb baqa’ maghluq f’wiccu ma kienx jaf kif jitlob, kif ifittex jew kif ihabbat.”

Ejjew nitolbu, ghalhekk lil Alla li l-ewwel u qabel kollox jaghtina qalb li taf thobb bhalma kienet il-Qalb ta’ Kristu Gesu’.

Qalb bhal din, mimlija mhabba, tkun taf x’ghandha titlob, fejn tfittex u fejn thabbat.



ottubru@


KUMMENTARJU


OTTUBRU

 2020


IL-MEWT U WARA L-GUDIZZJU


Hadd ma jmeri l-proverbju malti li b'rih jew riefnu, ilkoll irridu nsiefru, b'referenza cara li wiehed irid jew ma jridx ikollu jhalli din id-dinja. Mill-kbir saz-zghir, kull bniedem irid ihalli dan il-wied tad-dmugh. Boloh inkunu ghalhekk jekk norbtu qalbna mal-hwejjeg ta' din l-art. Ta' din id-dinja kollox jghaddi. Ahdem bil-ghaqal u stinka ghal dak li huwa mehtieg f'din id-dinja, ghax il-bjatra ma hiex ser taqa' f'halqek, izda mhux bi skapitu ghal sahhtek ghaliex kif tghid il-parabbola ta' l-ghani meta qal lilu nniffsu: "Kull u tpaxxa ghax issa ghandek bosta gid". imbaghad sema' lehen jghidlu: Ja iblah, il-lejla stess ser inehhulek hajtek u dak li inti hzint ta' min ser ikun?" Ghax maghna ma ser niehdu xejn hlief l-opri taghna.

Twarrabx, pero', dak li huwa aktar importanti: il-hwejjeg li jirrigwardaw is-salvazzjoni ta' ruh. La temmen qatt dak li tippridka d-dinja li wara din il-hajja jispicca kollox. Le. Nidhru quddiem Alla biex niehdu premju jekk l-opri li nkunu hadna maghna jkunu tajba u kastig jekk l-opri li jakkumpanjawna jkunu hziena. Li kieku kien hekk, jigifieri li jispicca kollox, kif Kristu jghidilna fost hwejjeg ohra: "“Dwar dak il-jum u s-siegħa ħadd ma jaf xejn meta se jaslu, la l-anġli tas-sema u lanqas l-Iben; ħadd ħlief il-Missier waħdu " Matt Kap 24 versi 36.?

U San Pawl ikompli: "Jeħtieġ li lkoll kemm aħna nidhru quddiem it-tribunal ta’ Kristu, ħalli kulħadd jieħu skont it-tajjeb jew il-ħażin li jkun għamel meta kien għadu ħaj fil-ġisem." 2 Kor Kap 5 vers 19.

Ikun il-motto ta' Boys Scouts "Be Prepared" taghna l-insara wkoll. "Inkunu mhejjija" ghax la nafu l-jum u anqas is-siegha li fiha jigi Bin il-Bniedem u jekk inkunu mhejja, imberkin ahna.


@novembru

KUMMENTARJU


NOVEMBRU

 2020


IS-SENS TA' L-INKARNAZZJONI TA' KRISTU GESU'


Li Gesu' sar bniedem ghalina, taghmel sens kbir. Bis-sahha ta' l-ubbidjenza tieghu Huwa seta' jpatti ghal dnubietna u jdahhalna mill-gdid fil-hajja divina li konna tlifa bid-dnub tad-dizubbidjenza ta' Adam.

L-inkarnazzjoni ta' Kristu Gesu' isservi ta' incentiv ghall-hajja tal-fidi u tal-virtu'. Turina li Satana ma ghandu ebda qawwa reali fuqna jekk ahna nistriehu f'Alla. Meta quddiem ghajnejna naraw lil Alla li ma jidhirx ghax huwa Spirtu, jidher fostna taht forma ta' bniedem, ghandna assikurazzjoni shiha ta' dak li nemmnu dwaru, ghaliex it-twemmin taghna jigi dirett minnu.

L-inkarnazzjoni tghallimna li t-tbatijiet li ghaddha minnhomk Kristu Gesu'  ghandhom iqawwulna it-tama taghna f'Alla. Meta nkunu wasalna biex incedu l-ankri, nistrghu nahsbu ftit fuq l-agunija ta' Kristu fil-gnien tal-Getsemani, jekk ahna hbiebna jwarrbuna, nitfakru li lil Gesu' hbiebu warrbuh ukoll. Jekk qed inbatu fil-hajja taghna bil-mard, niftakru fil-griehi u pjagi tieghu waqt il-passjoni. Jekk il-fama taghna giet meqruda kien hemm nies li attakkaw ir-reputazzjoni ta' Kristu waqt il-ministeru pubbliku tieghu.

L-Inkarnazzjoni hija wkoll sinjal ta' Imhabba, jigifieri l-Imhabba ta' Alla. Li Alla jumilja ruhu u jsir bniedem jfisser li ahna ircevejna kollox . Alla ghamel dan kawza ta' l-Imhabba li ghandu ghall-bniedem, anke jekk ahna ma konniex oggetti li inkunu mahbuba minhabba l-ingratitudni taghna.

X'sens ghandha l-Inkarnazzjoni ta' Kristu Gesu'? Fih ahna naraw lil Alla bl-ghajnejn taghna ta' bniedem u ghaldaqstant ninqabdu fl-imhabba ta' Alla li ma nistghux naraw.

@dicembru 


KUMMENTARJU


DICEMBRU

 2020

Make a free website with Yola