jesusandmary

 

 

Karba ta' ruh li thobb lil Alla

1. Sinjur Alla - Inti hawn u jiena fik bħala ħuta fl-ilma safi. Fik ingħix fik niċċaqlaq, fik

 nistrieħ u mill-ħarsa tiegħek b’ebda mod ma nista’ ninħeba.

2. Sinjur Alla - Kemm jiena kuntent li jiena opra ta’ idejk, u ta’ ħaddieħor ma stajtx inkun,

 għax inti waħdek omnipotenti.

3. Sinjur Alla - Inti Sustanza infinita, Spirtu purissmu, ħaj u li tagħti 1-ħajja. Inti la torqod,

 la tegħja u lanqas tmut. Inti l-istess ħajja u ħajja essenzjali.

4. Sinjur Alla - Kemm ħabbejtna li ħlaqtna fuq ix-xbieha tiegħek u kemm unurajtna! U xi

 skola tajtna biex nagħrfuk!

5. Sinjur Alla - L-ordni ta’ l-istaġuni, ir-rabta tal-kreaturi ma’ xulxin, u kull kors tan-

natura, ixandru s-Sapjenza tiegħek.

6. Sinjur Alla - Jiena fik biss nittama, għax kif għedtilna inti li l-qalb tal-bniedem hija

 profondità ta’ malizzja.

7. Sinjur Alla - Kemm insewwed qalbi xħin naħseb li jiena xejn ma għamilt denn fl-għajnejn

 tiegħek!

8. Sinjur Alla - Inħoss tikber fija l-fiduċja lejk xħin espressament inġarrab fuqi u fuq

 ħaddieħor li tassew m’hemmx konfużjoni għal min jikkonfida fik.

9. Sinjur Alla - F’kollox u għal kollox għandi bżonnok u mingħajrek xejn ma niswa, xejn ma

 niflaħ, u xejn ma nista’. Int il-ħajja ta’ ruħna u ta’ ġisimna.

10. Sinjur Alla - Kull unur u kull glorja lilek waħdek, għax kollox minnek u b’ħiltek; u għandek raġun li l-unur tiegħek ma ċċedih lil ħadd.


(sentenzi ta' San Gorg  Preca mehuda minn Domine Deus)


dicembru 2010

Fejn ghandha ssir l-Orazjoni

 M'hemmx dubju li wiehed jista' jitlob kullimkien, ghaliex Alla huwa immens, jimla kull lok, jinsab kollu kullimkien. Il-profeta David infatti, fis-Salm 139 qal: "Fejn immur 'il boghod jiena mill-ispirtu tieghek? U fejn nista' nahrab jiena mill-wicc tieghek? Jekk jiena nitla' fis-sema, hemm int int; jekk jiena ninzel fil-qiegh ta' l-art, hemm inti prezenti." Ghalhekk l-Appostlu San Pawl jikteb li nitolbu f'kull lok.

Izda dwar is-satra fl-orazzjoni Gesù Kristu ghallimna fl-evangelju skond San Mattew, kap 6: "Meta intom titolbu, la tkunux bhall-faccoli, li jhobbu jitolbu weqfin fis-sinagogi u fil-kantunieri tal-pjazez sabiex jarawhom il-bnedmin. Izda inti, meta tkun ghall-orazzjoni, idhol f'kamartek, u wara li tkun ghalaqt il-bieb, itlob lill-Missier tieghek fil-mohbi, u l-Missier tieghek li jara fil-mohbi jroddlok." Hemm f'kamartek titlob bil-maghluq; liema gabra u liema attenzjoni ma jigux fuqek, fejn hadd ma jhares lejk, u fejn xejn ma jista' jiddistrak jew jaljenak, u fejn ebda okkazjoni ta' vanaglorja ma tista' tigi fuqek?

Izda b'dan il-kliem Gesù Kristu ma fehemx ihalli barra t-tempju bhala lok ta' l-orazzjoni, meta hu stess kien sikwit jattendi fih mad-dixxipli kollha fidili tieghu. Anzi, meta ra t-tempju profanat, wera hegga kbira lejn id-dar ta' Alla u minnu kien kecca l-bejjiegha kollha u 'l dawk li kienu jixtru, u qaleb l-imwejjed tal-flus u s-siggijiet tal-bejjiegha u qalilhom: "Hemm miktub: ‘id-dar tieghi tissejjah dar ta' l-orazzjoni', u intom ghamiltuha ghar tal-hallelin" (Mt 21, 13). Min ma jarax minn din l-imgiba ta' Kristu lejn it-tempju kemm riverenza tenhtieg lejn dan il-lok?

Ahna ningabru fil-knejjes sabiex nitolbu flimkien, u b'hekk l-orazzjoni taghna jkollha valur ikbar, billi Kristu qal li: "fejn hemm tnejn jew tlieta migburin fl-isem tieghi, hemm jien f'nofshom?

Gesù Kristu kien jattendi fit-tempju u wkoll kien johrog fil-muntanja biex jitlob, u kien jghaddi l-iljieli fl-orazzjoni ta' Alla (Lq 6).

Ejjew nitolbu:

Santissma Trinità, ircievi l-pjagi ta' huna Gesù Kristu, li ahna noffrulek biex nimmeritaw illi nghixu kontinwament fil-hsieb tal-prezenza tieghek. Amen.

(Silta mehuda mill-ktieb tal-Fundatur: L-Orazzjoni - kapitlu 14)

novembru 2010


Il-Grazzja ta' Alla

Hija hekk mehtiega l-grazzja ta' Alla, li minghajrha hadd ma jista' jaghmel xejn: hadd ma jista' jigglorifika 'l Alla; hadd ma jista' jaghmel ghalih innifsu ebda mertu. Infatti Gesù Kristu qal: "Minghajri ma tistghu taghmlu xejn." (Gw 15, 5) Ifhem il-kelma xejn, jigifieri, la hwejjeg kbar u lanqas hwejjeg zghar.

 Il-grazzja hija l-izjed don prezzjuz li r-ruh tircievi minn Alla, u hadd ma jista' jimmeritaha, ghax inkella ma tkunx grazzja, li tinghata dejjem gratis, jigifieri minghajr ebda mertu ta' min jirceviha.

Gesù Kristu bil-passjoni u l-mewt tieghu mmeritalna l-grazzja ta' Alla, kif naqraw fl-Evangelju ta' San Gwann: "Il-ligi giet moghtija permezz ta' Mosè, u l-grazzja u l-verità permezz ta' Gesù Kristu" (Gw 1, 17).

Id-don tal-grazzja huwa wisq u wisq mohbi, u hadd m'ghandu facilment jghoddu lilu nnifsu; infatti naqraw li l-bniedem ma jafx jekk huwiex denn ta' mhabba jew ta' odju (Koh 9, 1). U San Pawl jikteb fuqu nnifsu li ghalkemm xejn ma jcanfru fil-kuxjenza tieghu, b'hekk m'huwiex iggustifikat, u li huwa s-Sinjur li jiggudikah (1 Kor 4,4).

Alla jaghti l-grazzja sufficjenti lill kulhadd, cioè jaghti dak id-dawl, dik l-ghajnuna mehtiega ghall-gustifikazzjoni, ghall-mahfra. U meta wiehed jilqaghha u ggib l-effett allura tkun effikaci. San Pawl jikteb li Alla jrid li kull bniedem isalva (1 Tim 2, 4); mmela jaghti lil kulhadd il-mezz li hu l-grazzja sufficjenti, ghax inkella ma tkunx vera volontà.

Nikkonkludi billi nitlobkom li spiss tghidu lil Alla: "Sinjur Alla, ghandi bzonnok; jiena nenhtieg il-wicc tieghek, u nenhtieg il-grazzja tieghek; U dan kunu afu: li fejn tonqos il-grazzja ta' Alla erhilu jsaltan id-dnub u l-mizerja fil-qalb taghna. Amen.

(Silta mehuda mill-ktieb tal-Fundatur: Pulptu ta' Patri Franku - Pulptu 110)

ottubru 2010


"It-taghlim tieghi mhuwiex tieghi, izda ta' dak li baghatni. Ejjew immela isimghu biex tissahhu fil-fidi mis-smigh, u s-smigh mill-kelma ta' Kristu. " (Rum 10, 17).

1. Gesù Kristu huwa l-kelma ta' Alla maghmula bniedem.
2. Gesù Kristu huwa l-Iben unigenitu ta' Alla u ta' Marija Vergni.
3. Gesù Kristu gie fid-dinja biex isalva l-bnedmin kollha.
4. Gesù Kristu bhala Alla ghandu l-istess attributi tan-natura ta' Alla.
5. Gesù Kristu huwa veru Alla u veru Bniedem f'sens reali u veru.
6. Gesù Kristu gie fid-dinja biex ikollu l-kuruna tal-glorja.
7. Gesù Kristu bhala bniedem kien perfettament bhalna f'kollox, barra mid-dnub.
8. Gesù Kristu miet bhala bniedem.
9. Gesù Kristu gie fid-dinja biex ibati.
10. Gesù Kristu rxoxta bil-virtù tieghu nnifsu.
11. Gesù Kristu gie biex inehhi d-dnub tad-dinja.
12. Gesù Kristu sar bniedem bl-opra ta' l-Ispirtu s-Santu.
13. Gesù Kristu bhala bniedem kellu omm biss u le missier.
14. Gesù Kristu ghandu persuna wahda, divina.
15. Fi Kristu l-Persuna Divina tghaqqad iz- zewg naturi, id-Divina u l-Umana.
16. Fi Kristu n-natura divina ma tista' qatt tinfired min-natura umana.
17. Ir-Ruh ta' Kristu kellha: Intellet, Memorja, u Volonta.
18. Ir-Ruh ta' Kristu hija mahluqa.
29. Gesù Kristu kellu fantasija jew sensi interni.
20. Gesù Kristu ma kellux fidi.
21. Gesù Kristu ma kellux tama.
22. Gesù Kristu ma kellux difetti f'gismu.
23. Fi Kristu ma kienx hemm injoranza.
24. Gesù Kristu ma kienx suggett ghall-mard.
25. Fi Kristu ma kienx hemm temperanza u lanqas indiema.
26. Gesù Kristu kien isewwed qalbu, jiddejjaq u jibki.
27. Gesù Kristu kien jifrah u jixtieq.
28. Ir-ruh ta' Kristu ma kellhiex l-omnipotenza.
29. Gesù Kristu kien suggett ghall-guh, ghall-ghatx, ghall-ugieghat tas-swat u ghall-mewt.
30. L-ghaqda taz-zewg naturi hija sustanzjali
31. Gesù Kristu bhala bniedem hu mnissel minn Adam.
32. Gesù Kristu bhala bniedem hu mnissel mit-tribù ta' Guda.
33. Gesù Kristu bhala bniedem hu mnissel minn David.
34. Gesù Kristu kien imhabbar mill-profeti.
35. Gesù Kristu sahhah il-missjoni tieghu bil-mirakli u profeziji.
36. Gesù Kristu sakemm kellu tletin sena ghex hajja mohbija.
37. Gesù Kristu bhala bniedem hu kap tal-Knisja kollha.

Din is-silta hija mehuda mill-ktieb ta' Dun Gorg Preca "L-Iskola Kattolika"

settembru 10

1 Huwa sinjal wisq sabih, wisq konsolanti ghal bniedem li jaghti qima vera lil Marija Santissma. Nghid vera qima ghax hawn min jabbuza u jikser il-ligi ta' l-Altissmu billi jaf li Marija hija qawwija u hanina wisq lejn dawk li junurawha. Veru hekk hu, izda hija hekk biss lejn dawk li jibzghu minn Alla.

 2. Huwa sinjal sod ta' predestinazzjoni li wiehed jaghti qima u gieh lil Marija. U dan qalitu hija stess, meta marret izzur lill-qariba taghha Elizabbetta, li mbierka jghidulha l-generazzjonijiet kollha.

3. Fuq liema generazzjoni tkellemet Marija hlief fuq dawk biss li huma preordinati minn Alla li wara din il-hajja temporali jidhlu fir-renju tal-glorja ta' dejjem? Fuq din l-art huma bosta generazzjonijiet li lanqas ma jafu fuqha, u ohrajn lanqas ma jemmnu biha, u intant hija qalet li l-generazzjonijiet kollha, u l-kelma taghha hija verità.

4. Min junura bil-verità 'l Marija hekk ghandu jahseb li rcieva grazzja kbira minn Alla ghax intant huma junurawha ghaliex Alla jkun digà ghamel hniena mieghu.

5. Kemm erwieh mill-wied tad-dmugh dahlu fir-renju tas-smewwiet minhabba taghha ma jinghaddx!

6. Hija tissejjah il-bieb tas-sema, ghax meta tindahal hija ghas-salvazzjoni eterna ta' l-erwieh, terhilhom il-grazzji ta' Alla hergin fuqhom mis-sema. Anke Gesù stess, permezz ta' din il-Vergni mbierka ried jidhol fis-sema u joqghod fil-leminija tal-glorja ta' Alla l-Missier tieghu ghax lilha ghazel b'omm, minnha twieled u perkonsegwenza ghex u miet, irxoxta u tela' fuq kull principat u fuq kull potestà, u issa qieghed bilqieghda jsaltan ghal dejjem ta' dejjem.

7. Hija l-bieb tas-sema, u dawk kollha li isimhom huwa ga mqieghed fil-ktieb tal-hajja tal-Haruf quddiem it-tron ta' Alla, u li per konsegwenza ghandhom ukoll fis-sema tron biex jokkupawh ghal dejjem fil-paci, fis-sigurezza, ifittxu dan il-Bieb, u b'fiducja kbira jhabbtu u jibqghu jhabbtu sakemm johorgu mit-tribulazzjoni u jidhlu fil-mistrieh.

8. Min jibza' minn Alla jsib f'Marija wens, anzi veru ferh ta' l-ispirtu, ghax jipperswadi ruhu li permezz taghha jehles il-qilla tremendissima tal-gustizzja divina tieghu.

9. Iva, Marija hija l-kawza tal-ferh tal-predestinati.

(Din is-silta hija mehuda mill-ktieb l-Benedicta ta' San Gorg Preca)

awissu 2001


IL-PROGRAMM TA' HAJJITNA, L-EWKARISTIJA

Ibni: Ir-ruh li thobbni, li ghandha l-ghatx tieghi, tigi tfittixni fis-Sagrament ta' l-altar fejn hija, b'fidi ferma u hajja, toqghod mistrieha bhal habib magenb il-habib tal-qalb u tinfetah mieghu b'atti ta' mhabba u ta' ringrazzjament. Wiehed huwa d-dulur ghaliha; jekk hija ma tkunx tista' filghodu tilqghani f'sidirha jew matul il-jum tinvistani. Jiena ninsab verament, u realment u sustanzjalment f'dan is-Sagrament li jiena b'ghaxqa kbira u b'eccess ta' mhabba ghamilt biex niehu delizzju noqghod ma' wlied il-bnedmin, u biex il-bnedmin isibu l-farag u l-hajja fija f'dan il-wied tad-dmugh. Ejja hawn immela spiss u gibli n-nies biex jitqarbnu u biex izuruni.

Infatti x'tiswa l-Iskola ta' Kristu jekk min jattendi fiha ma jghix kontinwament fil-grazzja ta' Alla? Issa Kristu qal: "Il-hobz li ghad naghti jiena huwa lahmi ghall-hajja tad-dinja. Min jiekol minn dan il-hobz, ghad ighix ghal dejjem."Immela l-programm fl-Iskola ta' Kristu huwa l-Ewkaristija li zzomm marbutin fi spirtu wiehed u f'qalb wahda l-iskulari kollha ta' Kristu, li tippreserva kull fidil sahansitra mid-dnubiet venjali wkoll. X'jista' jkun nieqes f'dan il-programm? Forsi t-tahrig tal-fidi? Forsi t-tahrig tal-virtujiet morali? Forsi l-hajja tal-grazzja? Forsi l-orrur ghad-dnub? Forsi l-hena ta' l-imhabba?

 Kollox jingabar fl-Ewkaristija, ghalhekk hija l-programm fuq il-programmi kollha li jistghu jitqieghdu fl-Iskola ta' Kristu. Ibni: Kun habrieki li ma thalli ebda jum bla ma tersaq titqarben. U la taghtix widen ghall-biza' zejjed u ghat-tahwid tar-ras li l-ispirtu hazin jipprova jgiblek biex ma tersaqx. Xejn la tibza' mill-hsibijiet koroh jew mill-hsibijiet ta' vendetta, ghax ma joffendinix dak li wiehed jigih f'rasu jew li jhoss fih innifsu jekk ma jaghtix kunsens ghalih.

lulju 2010


 Il-Grazzja ta' Alla 

 X'inhuwa s-sagrificcju? Huwa li taghti lil Alla dak li huwa ta' Alla. Huwa li taghmel il-volontà ta' Alla li, minghajr is-sagrificcju, ma tistax ittemmmha. Huwa li ticcahhad minn kull ma n-natura tfittex u trid kontra l-ligi ta' Alla.

It-tghakkis huwa sagrificcju, ghax inti ticcahhad minn dak li huwa prezzjuz, jigifieri li jkun joghgob lill-qalb fis-sodisfazzjon tas-sensi, u toffrih lil Alla b'vittma. Il-pacenzja hija sagrificcju ghax kontra qalbek tissaporti dak li hu tormentuz ghan-natura u toffrih lil Aalla bhala vittma.

Issa minghajr tghakkis tal-libera volontà u tas-sodisfazzjon tas-sensi u minghajr pacenzja hadd ma jista' jghid lil Alla bhalma Kristu qal: "Mhux dak li rrid jien, izda dak li trid inti, ikun magh-mul" (Lq 22,42). L-ispirtu tas-sagrificcju huwa necessarjament preskritt ghal kull min irid josserva l-ligi ta' Alla, li xi mindaqqiet ikun jehtieg li nhallu wkoll hajjitna biex ma niksruhiex - sagrificcju tal-volontà, sagrificcju tas-sensi; sagrificcju ta' kull ma ghandna, u sagrificcju tal-hajja taghna.

U dan is-sagrificcju, bil-ghajnuna tal-grazzja ta' Alla, kulhadd jista' jaghmlu bhalma ghamluh il-qaddisin, li kienu ta' l-istess natura taghna. U min ma jaghmlux, ma jaghmlux ghax ma jkunx irid, u mbaghad jiehu dak li lanqas ma jkun irid; tbatija eterni.
Fejn hija l-perswazjoni tal-qalb.

(Mehud mill-ktieb "Pagni ta' Swor Sofija, Pagna Nru. 8)

mejju 2010

Ruh nisranija, il-hniena t'Alla mhiex ghalik, jekk ma ghandikx il-biza' tieghu.
Ruh nisranija, l-inkwiet qatt ma hu minn naha  t'Alla li jahseb dejjem hsibijiet ta' paci.
Ruh nisranija, ma hemmx spirtu fik meta ma hemmx il-vera mhabba tal-qalb.
Ruh nisranija, hija diga iffissata s-siegha tieghek ghall-gudizzju ta' mewtek.
Ruh nisranija, min hu miexi bl-ispirtu t'Alla li huwa mhabba, dan hu iben t'Alla.
Ruh nisranija, kollox fejn hu jibqa' jekk mis-sema ma tinzilx in-nida tal-grazzja.
Ruh nisranija, la toqghodx titghaxxaq bil-gid li taghmel.
Ruh nisranija, m'hemm inganni ghal min jitlob.
Ruh nisranija, ilmah fil-grajja l-volonta' t'Alla, li biss id-dnub ma jridx, u mhux dak li johrog minnu.
Ruh nisranija, u la 'l Alla u lanqas il-hwejjeg tieghu hadd ma jista' jifhem.

april 2010.


1.M'huwiex spirtu ta' Kristu li wiehed jiehu ghalih innifsu ghal xi azzjoni hazina.

2. M'huwiex spirtu ta' Kristu li wiehed jisthi jservi lil min hu baxx.

3.M'huwiex spirtu ta' Kristu li wiehed ma jirrasenjax ruhu f' kull deni.

4. M'huwiex spirtu ta' Kristu li wiehed ma kipprattikax is-silenzju.

5.  M'huwiex spirtu ta' Kristu li wiehed jibza' mill-bnedmin u le minn Alla.

6.  M'huweix spirtu ta' Kristu li wiehed jikkuntenta lil ghajnejh.

7.  M'huwiex spirtu ta' Kristu li wiehed jopra minghajr umilta.

8. M'huwiex spirtu ta' Kristu li wiehed ifittex l-aqwa lok.
 
(Estratt mis-Sakrarju ta' l-Ispirtu ta' Kristu.)

Marzu 2010



1. Marija kellha l-virtù tal-fidi eccellenti; kellha mmela wkoll il-virtù tat-tama eccellenti, ghax it-tama tigi mill-fidi. Infatti ghal dan il-fini Alla jdawwal il-bniedem bil-fidi; biex dan jaghraf it-tjubija tieghu u l-weghdiet tieghu u hekk jintrefa’ bit-tama ghax-xewqa li jipposedih.

2. Marija Santissma b’fiducja kbira kienet tistrieh f’Alla ghal kollox, u qatt ma afdat fil-merti taghha, izda dejjem fil-grazzja ta’ Dak stess li jaghti l-grazzja.

3. Hija uriet li kellha tama kbira u fiducja f’Alla meta kienet tidher quddiem Guzeppi l-gharus kastissmu taghha mis-sinjal car li kienet omm. Infatti xejn ma uriet lil Guzeppi fuq il-misteru, li skond il-kors naturali kien inkredibbli, jigifieri li kienet saret omm minghajr zerriegha. Ghalhekk hija ggudikat li titlaq f’idejn Alla l-istat taghha b’fiducja kbira li huwa jiddefendi l-innocenza u l-fama taghha.

4. U ma kinetx fiergha t-tama tagha, ghax Guzeppi, meta qataghha li jhalliha bil-mohbi, gie mis-sema mgharraf fuq il-kbir misteru li minn tant dieqa ta’ qalb ghaddieh f’bahar ta’ ferh kbir. Marija kienet certissima li Alla ma jqieghed fil-konfuzjoni ’l hadd li jqieghed it-tama fih.

5. Marija uriet it-tama taghha f’Alla xhin rat li hija kienet waslet biex taghti lid-dinja l-iben taghha, u intant lanqas ma kienu sabu post fil-lukanda, ghalhekk ikkonfidat f’Alla li jassistiha f’dak il-bzonn.

6. Marija uriet it-tama taghha fil-Providenza ta’ Alla meta, avzata minn Guzeppi li kellhom
jaharbu ghall-Egittu biex jehilsu t-tarbija Gesù mill-qilla ta’ Erodi, f’dak il-lejl stess, imsiehba minn Guzeppi, bit-tarbija divina telqet ghal vjagg hekk twil lejn pajjiz barrani u ma jafuhx minghajr provizzjon, minghajr flus, izda mimlija biss bit-tama ta’ Alla.

7. Wisq pero’ Marija uriet t-tama taghha fit-tieg ta’ Kana tal-Galilija, meta talbet lil binha Gesù li jaghmel l-inbid, billi qaltlu: “Ma ghandhomx inbid.” Gesù wegibha li kienet ghadha ma waslitx is-siegha tieghu. Wara din it-twegiba, li biha kien jidher car li giet imcahhda t-talba taghha, hija però mimlija bit-tama fit-tjubija divina, qalet lis-servi li jaghmlu dak li kien biex ghidilhom l-istess Iben taghha, li allura geghilhom jimlew bl-ilma s-sitt garar, li mbaghad biddlu f’inbid l-iktar tajjeb.

(Estratt mehud mill-ktieb ta' San  Gorg Preca, Il-Benedicta, Marija u t-Tama, Kap 22)

Frar 2010

 

  Ibni: X’unur ghandu min jissolleva l-proxxmu fil-bzonn ta’ l-ghajnuna! X’unur, ghax Alla jkun qieghed jinqeda bih, ghax il-gid hadd ma jaghmlu hlief Alla wahdu, unur ghax dak li wiehed ikun jaghmel ikun qieghed jaghmlu lili nnifsi, ghax jien nghodd maghmul lili nnifsi kull gid jew kull deni li bniedem jaghmel lill-proxxmu. Ara li qatt ma titlef unur bhal dan li jiswielek mhux biss wara mewtek izda wkoll f’kull siegha ta’ hajtek.

Ibni: Meta jidhirlek li inti tkun ghamilt bosta opri tajba ibza’ fuq l-intenzjoni li kellek fihom, jekk kinetx retta jew le, ghax in-natura ta’ kull bniedem hija profondità ta’ malizzja. Jghodd mhux li wiehed ikun ghamel hafna, izda kif ikun ghamel; u taghmel kemm taghmel, kull xoghol huwa dejjem ftit biex takkwista l-genna.

Hadd ma jista’ jaghmel il-volontà ta’ Alla jekk Alla ma jiddisponiex fuqu l-prova, it-tentazzjoni, l-okkazjonijiet, li bihom ikun isejjah il-qalb tal-bniedem ghall-ezercizzju tas-servizz.

Infatti l-virtù minghajr il-prova mhix virtù. Lanqas hadd ma jista’ jaghmel il-volontà ta’ Alla jekk ma
jkunx imqanqal minn intenzjoni retta, li hija l-kawza tal-virtù.

Intenzjoni retta, jew tal-grazzja, hija dik li fiha jindahal Alla. Intenzjoni mhux retta, jew naturali, hija dik li fiha ma jindahalx Alla, izda s-sodisfazzjon tan-natura.

Infatti hadd ma jaghmel xejn ghal xejn; ghalhekk, fis-servizz ta’ Alla, mhux il-virtù izda l-kawza tal-virtù ghandha l-hlas quddiem Alla.

(Silta mehuda mill-ktieb tal-Fundatur: Is-Sena tas-Sinjur)

jannar 2010

Make a free website with Yola