jesusandmary

 

IT-TIELET KRUCJATA

WERREJ

 

Dahla

Saladin

Organizata t-Tielet Krucjata

Il-Mewt ta’ Frederiku Barbarossa

L-Assedju ta’ Acre

Ir-Re Rikkardu u Saladin

Ftehim bejn Rikkardu u Saladin

 

IT-TIELET KRUCJATA 1189 - 1192

Mhux hafna snin wara t-tieni krucjata, id-dinja musulmana sabet mexxej kbir f’Saladin. Kien bniedem ta’ hila kbira fil-glied kontra l-insara. Kellu karattru tipiku musulman, devot fit-talb tieghu u fis-sawm, ostili lejn dawk li ma jemmnux u kburi bir-razza tieghu. Ma’ dawn il-kwalitajiet huwa kien bniedem ta’ qalb tajba u fuq kollox uman.

Saladin kien assedja u qabad taht idejh il-belt ta’ Gerusalemm fis-sena 1187 u minhabba f’hekk kellha bidu t-tielet krucjata li damet tlett snin shah, jigifieri mis-sena 1189 sas-sena 1192.

Kien il-Papa Girgor VIII li heggeg ghall-krucjata biex tinheles Gerusalemm. Imma kienu Rikkardu I ta’ l-Ingilterra, Filippi II ta’ Franza u l-imperatur Frederiku I li mexxew din l-armata.

Frederiku I telaq l-ewwel wiehed ghall Gerusalemm, imma kellu tfixkil mill-imperatur bizantin Isakk II, li waqqaf allejanza ma’ Saladin. Frederiku ghadda b’forza mill-Bosforus, issakkeggja Adrianapoli (Edirfne) u gieghel lill Griegi li jaghtuh transport ghal-Asja Minuri. Sfortunatament Frederiku miet fis-sena 1190 gewwa c-Cilicja u parti biss mill-frozi tieghu irnexilhom jmorru fl-art imqaddsa. Rikkardu u Filippu waslu gewwa Acre fis-sena 1191. Il-belt kienet assedjata sa mis-sena 1189 imma l-assedju twal minhabba kwistjonijiet bejn il-mexxejja nsara, Guy ta’ Lusignan u Konrad, il-markiz ta’ Montferrat billi t-tnejn kienu qed jippretendu li jkunu gvernaturi ta’ Gerusalemm.

Ftit wara Filippu rritornat lejn Franza. Rikkardu waqqaf centru ta’ amministrazzjoni gewwa Gaffa li sahhah b’fortifikazzjoniet u bena’ mill-gdid Ascalon li l-Mislem qered bin-nar. Fis-sena 1192 huwa ghamel ftehim ta’ paci ghal tlett snin ma’ Saladin; l-insara zammew Jaffa flimkien ma’ xatt zghir ( dak li kien fadal mir-renju Latin gewwa Gerusalemm). Antiokja u Tripoli kienu ghadhom that kontrol nisrani. Cipru li Rikkardu I hataf minn idejn il-Bizantini fis-sena 1191 fi triqtu len l-art imqaddsa taha lil Guy ta’ Lusignan.

F’Ottubru tas-sena 1192 ir Re Rikkardu halla l-art imqaddsa u hekk kien it-tmiem tat-tielet krucjata.

Saladin jiehu lil Gerusalem fis-sena 1187

Wara li ha t-tmexxija ta’ l-Egittu bhala sultan, Saladin ghaqqad il-Musulmani tas-Sirja taht il-kmand tieghu u avvanza lejn ir-renju Latin, ir-renju ta’ Gerusalemm. L-insara waqfulu f’battalja kbira hdejn il-lag tal-Galilea imma spiccat billi r-re nqabad prugunier u l-armata ingabet fix-xejn. Anke s-salib li kienu qed igorru l-insara fil-battalja sar propjeta’ tas-sultan. Saladin malajr kiseb il-frott tar-rebha tieghu. L-insara ta’ l-ibliet tas-Sirja cedewlu u fethulu l-bibien u Gerusalemm infisha cediet ukoll wara assedju qasir. Ftit kien fadal minn dak li s-suldati tal-krucjati kienu rebhu fil-Lvant bil-glied taghhom.

 

 

Organizzata t-tielet krucjata

L-ahbar biex Gerusalemm terga’ taqa’ taht il-kontroll nisrani xterdet ma’ l-art kollha nisranija ta’ l-occident. L-ghajta ghall-krucjata ohra sabet gheruq profondi. Eluf ta’ irgiel wahhlu s-salib fuq hwejjighom u telqu ghal Gerusalemm taht il-gwida ta’ Re Filippu ta’ Spanja, ir-re Rikkardu ta’ l-Ingilterra u Federiku Barbararossa tal-Germanja. Kull wiehed minn dawn is-slaten kellu taht il-kmand tieghu armata kbira li l-ghan taghha kien li jiehdu mill-gdid lil Gerusalemm.

Ir-re Rikkardu ta’ l-Ingilterra jigbor il-flus ghat-tielet krucjata.

Biex tilhaq ma’ l-ispejjes ta’ armata hekk kbira u fuq kollox armata li kienet sejra tiggieled barra minn pajjizha kont trid sommon kbar ta’ flus. Ir-re Rikkardu ta’ l-Ingilterra, li aktar tard gie moghti l-isem ta’ Qalb ta’ Iljun b’memorja ghal atti eroci li wettaq matul il-glied kien il-figura centrali tal-kavalieri nsara tal-krucjata. Huwa gabar il-flus billi ppersegwita l-Lhud u xi drabi seraqhom, ghamel taxxi qawwija fuq kull klassi u biegh artijiet rjali, unuri u ufficji.

Meta xi hadd gibilu l-attenzjoni fuq dawn il-mizuri hekk horox huwa wiegeb “li kieku jsib xerrej kien ibiegh lil Londra”

Il-mewt ta’ Frederiku Barbarossa

Il-krucjata Germaniza hadet it-triq minn fuq l-art imma sofriet telfiet fl-Asja Minuri minhabba problemi tal-vjagg u t-taqbid mat-torok matul it-triq. Kienu l-germanzi tahtl-imperatur Barbarossa l-ewwel li telqu lejn l-art imqaddsa. Ghalkemm l-imperatur kellu sebghin sena kellu fih zelu ghat-taqbid. Skond rakkonti probabbli, l-imperatur safa’ imgharraq meta kien qed jaqsam ix-xmara li faret bl-ilma, u hafna milli salvaw meta raw hekk qatghu qalbhom u regghu lura lejn il-Germanja.

L-Assedju ta’ Acre

Meta l-forzi tar-re Ingliz u dak Franciz waslu Acre, ghaqdu l-forzi taghhom u attakkaw il-belt. Jinghad li kien hemm madwar 600,000 ruh li hadu sehem f’din il-battalja u wara hafna sforz irnexxilhom jehduha taht idejhom, minkejja l-isforzi kollha ta’ Saladin biex jibghat l-ghajnuna tieghu lil hakkiem ta’ Acre. Il-belt inqabdet fis-sena 1191.

L-espedizzjoni tal-Francizi u l-Inglizi ftit kellha success ghajr li helset lil Acre minn taht idejn il-musulmani u dan wara assedju qalil. Imma n-nuqqas ta’ ftehim bejn iz-zewg mexxejja impedihom li jkomlu jahsdu aktar success. Filippu rritorna d-dar u baqa’ biss ir-re Rikkardu jfendi ghar-rasu.

Ir-Re Rikkardu u Saladin.

Il-qlubija tar-re Rikkardu kienet xi haga li tghaggeb. Minn naha tieghu Saladin anqas ma kien nieqes mill-kuragg u rgulija. Jum wiehed meta Rikkardu kien marid bid-deni u fil-kamp naqashom l-ikel, Saladin baghtilhom rigal ta’ l-isbah frott li kienet toffri l-art. U meta Saladin sema’ li z-ziemel ta’ Rikkardu safa’ maqtul fil-battalja, Saladin baghtlu wiehed mill-aqwa zwiemel ta’ nisel arbi. Sentejn dam jiggieled kwazi kuljum biex jahtaf il-qabar tal-Mulej minn idejn Saladin.

Ghalkemm Rikkardu ta’ l-Ingilterra wera’ qlubija u kuragg kbir qatt ma seta’ jiehu taht idejh lil Gerusalemm.

Ftehim bejn Rikkardu u Saladin.

Ir-re Ingliz baqa’ aktar zmien gewwa l-art imqaddsa mill-mexxejja l-ohra. Fl-ahhar Rikkardu u Saladin ghamlu ftehim li bih l-insara setghu jmorru jzuru lil Gerusalemm minghajr ma jhallsu taxxa, jkollhom access liberu ghal kull post qaddis u jivvjaggaw minghajr periklu mill-kosta ta’ Jaffa sa Tir. Imbaghad Rikkardu telaq lejn l-Ingilterra u hekk ingiebet fi tmiemha t-tielet krucjata.

Fi triqtu lejn art twelidu huwa habbat wiccu ma’ tempesta li hallietu fuq il-kosta ta’ l-Adriatiku. Huwa ghadda mill-Awstrija bil-mohbi izda inqabad mid-duka ta’ l-Awstria li hu kien offenda waqt l-attakk ta’ Acre. Ir-re Rikkardu seta’ biss jakkwista l-liberta’ billi jhallas somma ekuivalent ghal aktar mid-doppju tad-dhul ta’ taxxi gewwa l-Ingilterra.

Make a free website with Yola