FEJN HI L-FIDI TAGHNA?
Meta nersqu lejn Gesu’, Gesu’ jitlob minna fidi kbira. Fil-vangelu naraw li kull min resaq lejn Gesu’ biex jitolbu xi haga wera fidi kbira fih. Fost il-hafna kien hemm mara Kanghanija li talbet lil Gesù biex ifejjaq lit-tifla taghha mahkuma mid-demonji. Hija haga ironika li din il- mara Kanghanija li ssejjah lil Gesù ‘Mulej’ u ‘Bin David’ filwaqt li l-kittieba u l-Farizej le. B’dawn l-indikazzjonijiet, hi digà qed turi l-fidi taghha f’Gesù bhala l-Messija. Din il-mara turi fidi f’Gesù filwaqt li dawn il-mexxejja Lhud jichduh.
Gesu’ tlett darbiet ittestjalha l-fidi taghha billi cahdilha t-talba taghha, izda hija baqghet persistenti u tinsisti li Gesu’ jismaghha.
L-ewwel, bis-skiet Tieghu; it-tieni, billi jinsisti li l-missjoni Tieghu hija biss ghan-naghag mitlufa ta’ dar Izrael; u t- tielet, billi rreferiha bl- ahrax bhala li tappartjeni lill- “klieb.” Imma din il-mara Kanghanija hija persistenti fit-talba taghha. U ghalhekk il-fidi taghha rebhet qalb Gesu’.
Gesù jaghmel dan, jien cert, biex jittestja lill-mara u biex iqajjem il-fidi fiha. U Gesù xi jfisser bl-espressjoni “jarmi l-ikel lill-klieb”? Il-Lhud spiss tkellmu dwar il-Gentili b’arroganza u insolenza bhala “klieb mhux nodfa” fil-lingwagg taghhom peress li l-Gentili kienu eskluzi mill-patt u mill-favur ta’ Alla ma’ Izrael. Ghall-Griegi l-“kelb” kien simbolu ta’ dizunur u kien jintuza biex jiddeskrivi mara bla misthija. Mattew 7:6 jirregistra l-espressjoni: taghtix lill-klieb dak li hu qaddis. Imma zgur li Gesù jitkellem bi tbissima aktar milli b’insult ghax din il-mara mill-ewwel twiegeb b’hegga u fidi: “anki l-klieb jieklu l-frak”.
In-nisrani veru jrid ikun dejjem lest li jmidd idu ghal dak li jhabbat wiccu mieghu hekk kif ghamel Gesu’. Meta kien jara l-mizerja ma kienx iwarrbliha, izda jtaffiha. Id-dixxiplu ta’ Kristu huwa wiehed li ghandu jkun sensittiv u mhux ta wiehed li “ma jimpurtanix,” ghajnejh miftuha aktar milli aghma. Huwa dejjem ghandu jkun bil-kmiem imxammra biex meta jilmah okazzjoni li titlob ghajnuna jagixxi bl-imhabba .
It-tieni, il-missjoni taghna li nxerrdu l-fidi u l-imhabba ta’ Alla mhix biss limitata ghall-familji, hbieb u komunitajiet taghna stess imma mad-dinja kollha. Hawn naraw lil Kristu juri lilu nnifsu barra mit-territorju lhudi.
Din il-fidi u l-imhabba ta’ Alla jridu jkunu wahda universali. Ir-rieda ta’ Alla ghan-nies kollha hija universali. Fi kliem iehor, dawk kollha li jemmnu f’Gesù huma membri tal-knisja Tieghu. Alla elimina d-divizjonijiet kollha. Kull min jemmen f’Alla ghandu jaghti r-rispett u l-appogg xieraq lil dawk li jemmnu fih, tkun xi tkun ir-razza jew ir-religjon.
It-tielet, il-fidi hija persistenti. Hemm xi ezempji li jaghtina l-evangelju dwar il-fidi bhala persistenti u wahda minnhom hija din il-mara Kanghanija. Kristu jisma’ t-talba taghha u, bhal dejjem, jisma’ t-talba taghha ghax il-fidi taghha hija c-cavetta ghall-qalb ta’ Gesù. Hija wriet ruhha denja li tinstema’. Ejjew naghmlu l-istess, persistenti fit-talb taghna; Alla taghna ma jiddejjaqx jew ihossu iffittat bit-talb taghna anzi jiehu gost meta uliedu jitolbuh bhala ulied lil Missier taghhom.
Ir-raba’, il-fidi hija umli. Ma tiddejjaqx titqabbel ma’ kelb imma l-fidi taghha timbottaha. Li tkun umli huwa li tkun miftuh ghall-pjan ta’ Alla, ir-rieda Tieghu. Jigifieri rridu biss jekk irid Hu. Jekk le, ma rridx lanqas jien.
Fl-ahhar ejjew nirriflettu dan il-kliem fuq talb ta’ San Gwann Vianney: “Ahna tallaba li rridu nitolbu lil Alla ghal kollox. Kemm nies nistghu nsejhu lura ghal ghand Alla bit-talb taghna! Talb imheggeg indirizzat lil Alla: din hija l-akbar hena tal-bniedem fuq l-art,” (ara l-Papa Gwanni XXIII fl-enciklika tieghu Sacerdotii Nostri Primordia nru 38).
KUMMENTARJU
JANNAR 2025
IL-HTIEGA TAT-TALB
Sacerdot li kien ilu tletin sena fl-appostolat jistqarr li n-nuqqas ta’ talb fil-hajja privata taghna johodna u jmexxina lejn it-triq tal-bruda spiritwali, lejn il-waqghat taghna fid-dnub u mizerji ohra. “Min ma jitlobx” jghidilna Kristu, “jaqa’ fid-dnub.” Hekk widdeb lil appostli fil-gnien tal-Getsemani meta wissiehom biex jitolbu halli ma jaqghux fit-tentazzjoni.
Nghixu hajja ta’ talb u nitghallmu nibdlu kull haga f’talb. It-tbatijiet tal-hajja, kollha jistghu ikunu mezz ta’ talb jekk ahna ngharfu noffruhom bhala mezz ta’ talb. Nitolbu meta nkunu kalmi, nitolbu meta nkunu mhabbtin, nitolbu meta f’sahhitna u meta morda. Ghajjien jew distratt taqtax qalbek itlob. Alla jara l-isforz genwin tieghek u jroddlok lura dak li inti tkun ghamilt fl-isem tieghu.
Tisma’ lil min jghidlek imma jiena ma nistax nitlob. Gidba u erezija. Imhabbat wisq!!!!!!!!!!! Issib hin ghal kollox u ghal Alla n-naqra jew fl-ahhar tal-jum meta tkun ghajjien. Taghmilx bhalma kien jaghmel Kain, joffri lil Alla mit-tahsir tal-frott li kien ikollu, izda ghamel bhal Abel li kien joffri l-ahjar mill-merhla tieghu. Sib hin adattat u ghid li dak merfugh ghal Alla li postu ma ghandu johodulu hadd.
Hadd ma jista’ jsalva minghajr ma jahdem is-salvazzjoni tieghu.
Min halqek minghajrek ma jsalvakx minghajrek, jigifieri li jiena u inti ma kellna ebda sehem biex gejna fl-esistenza, kien Alla li halaqna, izda Alla ma jsalvaniex jekk ahna ma nahdumx is-salvazzjoni taghna.
It-talb hu wiehed mill-mezzi biex insalvaw ruhna u mmoru ngawdu lil Alla ghal dejjem.
KUMMENTARJU
FRAR 2025
VALURI NSARA FIL-FAMILJA
B’familja f’sahhitha ma rridux nifhmu biss li jkollha l-finanzi taghha fis-sod jew li tgawdi sahha materjali, izda fuq kollox li tkun mibnija fuq valuri nsara. Dak huwa l-veru valur ta’ familja f’sahhitha.
Il-Familja nisranija vera tghaddi l-valuri nsara lil ulied biex dawn ikunu cittadini onesti li l-pajjiz jista jibni socjeta’ f’sahhitha fuqhom.
Valuri sodi nsara huma l-onesta’ minn kull lat, mill-mod kif tipprezenta ruhek liebes fis-socjeta u mill-mod ta’ kif timxi mal-proxxmu tieghek jigifieri taghmel lill-proxxmu tieghek dak li trid li huwa jaghmel lilek.
Valur iehor nisrani huwa l-mahfra, li taghder u anke tahfer li min ikun ghamillek id-deni. Kulhadd sema’, bil-qaddisa Santa Marija Goretti. Din tghallmet il-valuri nsara, specjalment il-mahfra, mill-familja taghha. U fuq kollox zgur li rceviet hafna grazzji biex tahfer lil attakkant taghha li hallieha ghall-mejta fl-art.
Hafritlu fuq is-sodda tal-mewt. Huwa rregistrat li qalet, " Nahfer lil Alessandro Serenelli... u rrid lilu mieghi fis-sema ghal dejjem ."
Mnejn din il-fidi kollha? Mill-ezempji u t-trobbija li tawha l-familja taghha.
San Gwanni Pawlu II indika lill-familja ta’ Marija bhala wahda mis-sorsi tal-qdusija taghha f’ittra li baghat f’gheluq il-100 sena mill-mewt taghha :
“Minkejja t-tbatijiet tal-faqar li sahansitra zammewha milli tmur l-iskola, ic-ckejkna Marija ghexet f’atmosfera ta’ familja serena u maghquda, imqanqla minn fidi Nisranija, li fiha t-tfal hassewhom milqugha bhala rigal u kienu mghallma mill-genituri taghhom r-rispett lejhom infushom u lejn l-ohrajn, kif ukoll sens ta’ dmir ibbazat fuq l-imhabba ta’ Alla. Dan ippermetta lit-tifla zghira tikber b’mod pacifiku, filwaqt li trawwem il-fidi semplici izda profonda taghha. Il-Knisja dejjem gharfet ir-rwol tal-familja bhala l-ewwel post fundamentali ghall-qdusija tal-membri taghha, ibda mit-tfal.”
It-telfa ta’ missierha ta’ età zghira kienet ta’ prova ghall- fidi tal-familja taghha u Maria spiccat tkun il-blata tal-familja:
“F’dan l-ambjent tal-familja Maria assimilat fiducja soda fl-imhabba provvidenti ta’ Alla, li wriet b’mod partikolari mal-mewt ta’ missierha, li miet bil-malarja. “ Ma, kun kuragguza, Alla jghinna ,” kienet ta’ spiss tghid it-tifla ckejkna f’dawk iz-zminijiet difficli, u b’qalb tajba tirreagixxi ghas-sentiment profond taghha ghat-telfa tal-mewt ta’ missierha.”
Wahda mill-lezzjonijiet li nistghu nitghallmu mill-hajja u l-mewt erojka ta’ Santa Marija Goretti hija l-importanza tal-hajja tal-familja. Il-qaddisin tipikament ma jitwieldux qaddisin, izda huma mrawma mill-fidi mill-ewwel passi taghhom fil-familja.
KUMMENTARJU
MARZU 2025
QABEL TITKELLEM GHAZEL KLIEMEK
Billi naghzlu bir-reqqa meta nitkellmu u meta nibqghu siekta, nistghu nrawmu bejnitna relazzjonijiet aktar ta’ mhabba u pacifici.
Hafna drabi nhossuna li ghandna nesprimu kull hsieb u opinjoni (sew jekk onlajn jew le), billi nemmnu li jekk nibqghu lura milli nitkellmu nkunu gwejjef. Hemm drabi, madankollu, meta s-silenzju mhuwiex biss mehtieg, izda wkoll prudenti, karitatevoli, u l-haga tajba li taghmel . Kif jghid il-qawl antik, “il-parti l-kbira tal-konversazzjoni ghandha tikkonsisti mis-smigh.” Diskors imkejjel huwa tassew rari - u siewi.
Anke il-qawl malti jurina il-prezzjozita’ tas-silenzju: GHIDT KELMA SWIETLI MIJA U LI KIEKU MA GHIDT XEJN KIEN IKUN WISQ AHJAR GHALIJA.
Wahda mill-aktar sitwazzjonijiet ta’ sfida li fiha nissieltu bis-skiet hija waqt l-argumenti. F’cirkustanzi ta’ argumenti, facli li wiehed jitghajjar jew nghollu lehinna biex insostnu l-punt taghna. Tajjeb li ngibu quddiem il-menti taghna kliem il-ktieb skritturali, il-Proverbji, li twegiba bil-kalma tnehhi r-rabja, imma kelma harxa tqanqal ir-rabja.
F’dawn il-mumenti jaharqu, is-silenzju jista’ jservi bhala ghodda qawwija biex titnaqqas it-tensjoni – u juri mhabba u rispett lejn il-persuna l-ohra. Billi naghzlu li ma nirritaljawx bi kliem iebes, nuru li ahna persuni maturi meta nigu ghad-diskussjoni.
Qaddisin siekta
Barra minn hekk, il-prattika tas-skiet tista’ tkun forma ta’ karità . Santa Tereza ta’ Lisieux , il-Fjura ckejkna, enfasizzat l-importanza ta’ atti zghar ta’ qalb tajba. Hija kitbet b’mod famuz li “minghajr l-imhabba, l-ghemejjel, anke l-aktar brillanti, ma jghoddu xejn.”
Xi drabi l-iktar att taʼ karità li nistghu naghmlu hu li nzommu lura milli nlissnu kliem li jistaʼ jaghmel hsara jew jiskoraggixxi lil haddiehor. Meta naghmlu dan, nezercitaw ir- razan u l- umiltà, billi naghrfu li s- silenzju taghna jistaʼ jkun iktar mhabba minn kliemna.
F’diskussjonijiet fejn forsi jkollna ragun, is-silenzju jista’ wkoll ikun virtù. Billi naghzlu s-skiet, nuru r-rieda li npoggu l-armonija u l-paci qabel il-vendikazzjoni personali. Dan ma jfissirx li qatt m’ghandna nitkellmu l-verità, imma pjuttost li ghandna naghrfu l-hin u l-mod tajjeb biex naghmlu dan , u nizguraw li kliemna jibni aktar milli jkisser u jhott.
San Gakbu 1:19 jaghti parir bil-ghaqal, “Halli kulhadd ikun pront biex jismaʼ, bil-mod biex jitkellem, u bil-mod biex ihossu offiz.” Fil-qosor: Li nisimghu aktar u nitkellmu inqas jippermettulna nirrispondu b’simpatija u ftehim akbar.
Is-skiet huwa virtù qawwija konsistenti mal-principji tal-prudenza, tal-karità u tal-imhabba. Billi naghzlu bir-reqqa meta nitkellmu u meta nibqghu siekta , nistghu nrawmu relazzjonijiet aktar ta’ mhabba u paci. Ejjew nistinkaw biex nimitaw l-gherf tal-qaddisin u tal-Iskrittura u nhaddnu s-skiet bhala don li jsahhah hajjitna u l-hajja ta’ dawk ta’ madwarna.
KUMMENTARJU
APRIL 2025
TIDHOL TARD GHALL-QUDDIESA?
Xi whud staqsew: : Kemm nista’ nkun tard ghall-Quddies u l-quddiesa tghoddli ghalll-obbligu tieghi tal-Hadd? Father David Michael Moses ta’ l-Arcidjocesi ta’ Galveston-Houston, sacerdot u muzicist popolari fil-midja socjali wiegeb ghal din il-mistoqsija hekk:
“Jiddispjacini li mhux nistaqsu l-mistoqsija t-tajba. Il-Knisja Kattolika m’ghandiex taghlim ufficjali dwar materja bhal din. Irridu nahsbuha b’mod differenti.”
Huwa jqabbel din il-materja ma’ bniedem li jmur tard jara film. Ma hiex l-intenzjoni li min johloq il-film jistenna li t-telespetattur jidhol tard u jitlef is-suggett ta’ l-istorja. Pjuttost il-kreaturi tal-film jistennew li inti tidhol u tarah kollu kemm hu, mill-bidu sa l-ahhar.
“Meta tmur tara film, ma tahsibx, ‘Kemm nista’ nitlef minn dan il-film u xorta nista’ nghid li rajtu?’ In-nies li ghamlu l-film ma kienux qed jahsbu, 'Kemm jista’ xi hadd jidhol tard ghal dan il-film u jghidu li xorta fehmu l-plot tal-istorja?'
"Minflok, ghamluha sabiex tkun tista' tara l-haga shiha. Assumew li se taraha mill-bidu. Meta Alla tana l-Quddiesa ma hasibx u qal: 'Kemm jistghu jidhlu tard ghall-quddiesa u jghidu li semghuha kollha?'"
"Il-Quddiesa—il-genna tigi fuq l-art—hija rigal u Alla jridek tesperjenza kollha." Kull parti minnha ghandha l-importanza taghha.
Jista’ tinqala’ xi emergenza jew xi dewmien li ma stajtx taharbu? Iva, imma dan mhux ir-regola. Imma generalment hija haga ragonevoli li tkun fil-hin jew ftit qabel ghall-quddiesa.
Il-filmat ta’ Father David Michael iggenera aktar minn 620,000 vista, kwazi 40,000 like, u aktar minn 600 kumment.
Ara kif ikkummentaw in-nies:
Utent wiehed ikkummenta, "Int tal-ghageb! Dan huwa l-ahjar paragun. Kieku lkoll konna ddedikati ghall-Quddiesa daqs kemm ahna ghall-films, x'dinja differenti tkun. Ara naqra!"
Utent iehor qal, "Paragun brillanti u bis-sens minn Father David! Grazzi u Alla jbierek!"
Xi hadd iehor zied jghid, "L-ahjar prattika: mur kmieni l-knisja u itlob ir-ruzarju qabel tibda’ l-quddiesa. Jew ghall-inqas hin bizzejjed biex taqra l-qari u l-evangelju qabel tibda’ l-Quddiesa. Insib li nippartecipa ahjar hekk."
Utent iehor ikkummenta, "Il-Quddiesa, is-sema gejja fuq l-art, hija rigal."
mejju 2025
KUMMENTARJU
MEJJU 2025
IL-MAHFRA
Niftakar fi storja umoristika ta’ Ciniz li xtaq jikkkonverti ghar-religjon Kattolika. Il-katekista beda’ jghallmu l-Missierna u meta wasal ghal kelmiet AHFRILNA D-DJUN TAGHNA KIF AHNA NAHFRUHOM LIL MIN GHANDU D-DEJN MAGHNA, ic-Ciniz oggezzjona ghax qallu: “Jekk jien nahfer lil dawk midjunin lejja, in-negozju tieghi jisfaxxa fix-xejn.”
Il-kliem famuz u immortali ta’ Alexander Pope, “Li wiehed jizbalja hija haga umana, li jahfer hija haga divina”, jfakkarna li kull darba li nahfru lil dawk li weggghuna nhallu l-hajja divina tirbah fuq il-hażen. M'hemm l-ebda test akbar ta' Kristjaneżmu awtentiku ghajr ir-rieda li wiehed jahfer lill-ohrajn.
Ghan-nuqqasijiet zghar, wiehed ma ghandux isib diffikulta’ ghalkemm dejjem tibqa’ haga iebsa ghan-natura taghna. Jekk niftakru fi kliem Kristu li jekk irridu mahfra minghand Alla jehtieg li nahfru lil min ghamlilna xi hsara; ikun mottiv bizzejjed biex nitqanqlu bil-grazzja ta’ Alla dejjem, li nghadru lil min ghamlilna d-deni. Jekk inkunu horox mal-proxxmu taghna, Alla jkun ahrax maghna fil-gudizzju. Tkun qed tqarraq bik innifsek meta tghid : “Nahfirlu, iva, imma ninsa qatt” ghax fil-fatt min jahfer jinsa’. Meta Alla jahfrilna, jinsa’ dak li inkunu ghamilna kontra tieghu. Hekk trid tkun il-mahfra taghna.
Il-problema tkun meta xi hadd ikkawzalna xi deni rreparabbli, bhal perezempju l-infedelta’ fiz-zwieg. Il-mahfra tidher difficli hafna, izda mhux impossibbli. F’kazijiet bhal dawn wiehed irid jiehu gwida u parir minghand nies ghaqlin li jafu jmexxu fit-triq tal-mahfra.
Skont Louise Hay fil-ktieb taghha intitolat You Can Heal Your Life tati dan il-parir: “M’ghandniex ghalfejn inkunu nafu kif nahfru. Kulma rridu naghmlu huwa li nkunu lesti li nahfru. Alla jiehu hsieb il-kif.” U l-kif hija l-gwida ta’ nies ghaqlin li jafu jmexxu fit-triq tal-mahfra.
Ftakar dan, Kristu jistedinna nghixu t-triloġija tal-imhabba: imhabba ghalina nfusna, imhabba ghall-ohrajn kif inhobbu lilna nfusna u imhabba ghal Alla kif habbna Hu u l-mahfra hija l-element essenzjali li jorbot din it-triloġija ta’ l-imhabba.
gunju2025
KUMMENTARJU
GUNJU 2025
FIDI F’GESU’ u L-BEZGHAT TAGHNA
Niftakar li smajt storja ta’ ragel li kien fuq il-bahar wahdu f’dghajsa zghira. Qamet maltempata, u d-dghajsa ckejkna bdiet titbandal ‘l hawn u ‘l hemm mal-mewg qawwi. Ir-ragel talab. Imbaghad ra b’mod car lil Gesù gej lejh, miexi fuq l-ilmijiet. Waqt li ftakar fl-istorja mill-Evangelju, hu ghajjat: “Mulej, jekk huwa int, ordnali nigi lejk fuq l-ilma.” “Ejja,” wiegeb Gesù. Mela r-ragel ilbes gakketta tas-salvatagg, qabez fil-bahar imqalleb u mexa lejn Gesu’. Meta wasla hdejn Gesu’ l-Imghallem qallu: “Ghala ddubitajt minn kelmti, bniedem ta’ fidi zghira?” “Mulej, ma ddubitajtx minn kelmtek!” ir-ragel ipprotesta. “Mela ghala xiddejt il-gakketta tas-salvatagg,” staqsa Gesù. "Oh, dak!" ir-ragel wiegeb: “dak kien biss ghal li jista’ jinqala’.”
Il-biza’ tfixkilna u xxekkilna. Kemm-il darba nghajtu lil Gesu’ ghall-ghajnuna tieghu waqt mumenti ta’ biza’ fil-hajja taghna. Nghidulu: Gesu’ ghinni, Gesu’ jiena nafda fik. Ftit wara nergghu nibdew nibzghu u l-biza tiskoraggina. Ghaliex mill-gdid hakmitek il-biza’ jekk ftit mumenti qabel nissilt fidi li Gesu’ ser jghinek? Ghaliex tkun nehhejt ghajnejk u l-harsa ta’ fidi tieghek minn fuq dak li jista’ jghinek, jew ghaliex tifhem li lil Gesu’ tridu jghinek bil-mod u l-pjan tieghek, meta Gesu’ li jaf l-ahjar ghalik jrid jghinek bil-pjan u l-mod tieghu. Inharsu ‘l isfel flok ‘l fuq lejn Kristu. Dan hu wkoll dak li jigrilna meta niffokaw inqas fuq Gesù u nitfghu aktar il-focus taghna fuq il-problemi u d-diffikultajiet taghna.
Zewgt irgiel riedu jaqsmu pont imdendel. Tahtu kien hemm fond kbir li min jaqa’ imut zgur. L-ewwel ragel ghadda bla inkwiet ta’ xejn, minkejja li l-pont tbandal. It-tieni beza’ imma l-ewwel ragel qal lil habibu: “Zomm idek it-tnejn mal-poggaman u tharisx ‘l isfel, izda ‘l fuq.” U hekk wasal in-naha l-ohra bla problemi.
Tharisx 'l isfel, hares 'il fuq lejn Alla. Tharisx lejn il-maltempati tieghek ta’ problemi u diffikultajiet imma iffoka fuq Gesù. Ejjew niffissaw ghajnejna biss fuq Gesù. Xi hadd qal: “It-tentazzjoni naturali hi li tiffoka fuq id-diffikultajiet, fuq ir-rih u l-mewg, li ma jhallukx tikkontrolla lilek innifsek. Wahhal qalbek u r-rieda tieghek fuq Kristu. Afda fil-qawwa u l-qawwa ta’ idu li ssalva.
Hu mhux se jhallik teghreq. Jekk sejjahlek ghal xoghol biex tkabbar is-saltna tieghu, Alla jaghtik l-grazzja tieghu. Alla taghna hu ta’ kelmtu. Jghinna bil-grazzja tieghu biex nikbru fil-qdusija.
Mela, ikunu kemm ikunu kbar it-tentazzjonijiet u tfixkil ghat-triq tal-qdusija, Alla dejjem qieghed hemm biex jghinna.
U gialadarba Alla huwa maghna, min jista’ jkun kontra taghna?
lulju 2025
KUMMENTARJU
LULJU 2025
AQSAM MA’ HADDIEHOR L-AHBAR IT-TAJBA
Ikun hemm cirkustanzi li jnisslu ferh u ghaqda bejnitna: xi cajta umoristika, xi bicca helu maqsuma bejn il-hbieb, kulhadd inaqqar minn borza popcorn.
Izda hemm drabi ohra li meta taqsam hsibijietek jista’ igibulek inkwiet. Perezempju li taqsam il-fehmiet politici jew sportivi jew ta’ xi natura ohra ma’ haddiehor li huwa ta’ fehma differenti, jista’ jdahhlek fl-inkwiet.
Madankollu, l- ewwel grupp taʼ Kristjani kienu mpenjati ghall- kuncett taʼ qsim maʼ xulxin. Fil-fatt, din kienet wahda mill-affarijiet ewlenin li jiddistingwuhom fid-dinja taghhom li kienet ostili lejhom ghal l-ahhar. Jghidilna l-Atti ta’ l-Appostli li jum wara l-iehor huma qatt ma waqfu jghallmu u jxandru l-ahbar it-tajba. Kap 5 vers 42.
Iktar minn hekk l-ewlenin insara li kellhom iz-zejjed kienu jaqsmu ma’ dawk li ma kellhom xejn jew ftit.
L-ewwel konvertiti kienu jum wara jum jieklu flimkien, jitghallmu flimkien, jghinu lil xulxin u jqimu lil Alla flimkien. Fi ftit kliem saru familja wahda li jaqsmu flimkien u hekk hadd ma kien ibati.
L-insara llum jaqsmu t-twemmin li Gesù miet u qam mill-gdid. Ahna naqsmu mhabba u xewqa ghal Alla. Ahna naqsmu l-istess missjoni li nghixu u nghaddu l-evangelju lill-girien taghna. Naqsmu flimkien kemm il-ferh kif ukoll id-dwejjaq ta’ xulxin.
Din il- ghotja ghandha tkun dik li tiddistingwina li ahna ta’ Kristu, fid-dinja ta’ zminijietna.
HSIBT XI JFISSER LI TKUN FAMILJA WAHDA GHALIK U GHALL-KNISJA? X’TISTA’ TAQSAM MAL-KNISJA FIL-PARROCCA TIEGHEK?
JISTA ' JKUN IL-HIN TIEGHEK, IS-SERVIZZ TIEGHEK, IR-RIZORSI TIEGHEK, JEW L-GHERF TIEGĦEK
settembru 2025
KUMMENTARJU
SETTEMBRU
2025
NIZBRU D-DIFETTI TAGHNA
" Il-qawwa tar-rieda. Kwalità importanti hafna. Tiddisprezzax l-affarijiet zghar, ghax bil-prattika kontinwa li tichad lilek innifsek ghal darb’ohra f’affarijiet bhal dawn—li qatt ma huma ghalxejn jew banali—bil-grazzja t’Alla zzid is-sahha u r-reziljenza lill-karattru tieghek. B’hekk inti l-ewwel issir kaptan tieghek innifsek, u mbaghad gwida, kap, mexxej: biex igieghel u theggeg u tispira lill-ohrajn, bil-kelma tieghek, bl-ezempju tieghek, bl-gharfien tieghek u bil-qawwa tieghek.”
– San Josemaria Escriva, It-Triq 19
Qatt ghamilt ezami sincier tieghek innifsek u rrealizzajt li zvillupajt drawwiet hziena, ttraskurajt il-fidi tieghek u hloqt distanza bejnek u Kristu?
F’kaz bhal dan, dak li jkollok bzonn hu li ssahhah ir-resistenza tieghek u tizvillupa “muskoli” godda biex tiggieled ix-xejriet tal-falliment spiritwali. Rieda aktar b’sahhitha trid tkun biex tiggieled dawn il-fallimenti ew drawwiet hziena.
Hwejjeg ta’ virtu jridu jidhlu flok drawwiet hziena. Hija glieda, imma jekk wiehed johodha bis-serjeta’ zgur li fih jara xejriet imtejba ta’ mgieba u aktar disposizzjoni li jghix b’mod awtentiku l-fidi kattolika tieghu u fuq kollox relazzjoni aktar b’sahhitha ma’ Kristu.
Ghodda ta’ ghajnuna kbira f’dan l-isforz hija l-Ezami ta’ Kuljum. Qabel torqod sib dak il-ftit hin u studja kif mort fil-hajja tieghek spiritwali ta’ dak il-jum u fejn tara li svijjajt, ikkoregi d-direzzjoni tieghek.
Is-sagrament tar-Rikonciljazzjoni jew il-Qrar huwa mezz effikaci biex wiehed mhux biss jitnaddaf mid-dnub il-mejjet li jaqtana mill-grazzja ta’ Alla, izda wkoll mid-dnubiet il-venjali li jdghajfu fina l-grazzja ta’ Alla. Tajjeb li wiehed jersaq lejn dan is-sagrament darba fil-gimgha, imma ma jhallix aktar minn hmistax-il jum.
Jekk inti kap ta’ familja, thallix il-karriera tieghek u l-ghejja ta’ kuljum tal-hajja fl-età moderna tkun ta’ detriment ghall-familja tieghek….itlob lil San Guzepp jurik it-triq ta’ missier kattoliku li ssib hin ghal uliedek u martek biex flimkien tersqu lejn Gesu’.
Itlob lil Alla ghall-pacenzja, l-gherf u d-dixxerniment sabiex tkun tista’ tifhem kif ghandek tholl l-isfidi li thabbat wiccek maghhom.
Minflok ma tiggerra mal-kultura sekulari depressiva u tossika permezz tat-TV fid-dar, komputer u r-radju fil-karozza tieghek, applika dan il-hin, f’hin ta’ talb, riflessjoni u qari tal-Kelma ta’ Alla.
Itlob ghal dawk li inti smajt li ghandhom xi problemi bla ma thalli zmien jghaddi.
Kun rikonoxxenti ma’ dawk li ghamlu xi haga tajba ghalik, l-aktar u fuq kollox rikonoxxenti lejn Alla li jisthoqqlu kull hajr u ringrazzjamenti minn naha taghna.
Uri tbissima ma’ kulhadd, sellem bil-jum it-tajjeb lil kull min tiltaqa’ mieghu; haga bhal din ma titlobx flus.
U fuq kollox tenni bil-qalb u devozzjoni t-talba tar-Ruzarju li tant biha tiehu gost l-Omm taghna tas-Sema. Zgur li jkollok il-barka taghha.
Din il-mentalità gdida u t-talb se jghinuna nibqghu ffukati fuq Kristu u d-dar taghna tas-Smewwiet. Ilkoll ahna msejhin biex insiru l-qaddisin. B’ghajnejna ffissati fis-sod fuq il-Genna, ejjew nippruvaw nintroducu ftit aktar intenzjoni u attenzjoni f’hajjitna llum.
ottubru 2025
KUMMENTARJU
OTTUBRU
2025
AHFER KIF HAFER GESU’
Hafna drabi huwa facli li nhobbu l-hbieb u l-membri tal-familja taghna, izda mhux daqshekk hafif li nuru kwalunkwe sinjal ta 'mhabba lill-ghedewwa taghna, kemm jekk huma qrib jew imbieghda.
Fl-ahhar Cena Gesu’ tana kmandament gdid li nhobbu lil xulxin bhalma habbna Hu.
Jekk nibqghu naqraw l-Evangelju malajr insiru nafu kif Gesu’ habbna. Kristu wera nhabba kbira man-nies ta’ zmien u dawn pattewhielu billi sallbu ma’ salib. Raddew l-Imhabba ta’ Kristu billi ghaddewH mit-tbatijiet tal-passjoni.
Jekk verament irridu nimitaw l-imhabba ta' Gesù ghalina, irridu nimitaw l-ezempju tieghu ta' sagrificcju, specjalment ghal dawk li nistghu nsejhulhom "ghedewwa" taghna.
Dak li huwa l-aktar gust offra l-wicc gust tieghu biex il-bnedmin midimbin jobzqulu fuqu. Huwa halla dawk l-ghajnejn li jirregolaw l-univers biex il-midimbin jghattuhomlu u jtuh bil-ponn fuq haddejh. Huwa halla lis-suldati ibiccruh u sahansitra jinkurunawh bix-xewk. Fl-ahhar garr is-salib li fuqu kellu jkun mislub. U waqt din it-tbatija kollha talab lil Missieru biex jahfer lil ghedewwa tieghu.
Imgieba bhal din ta’ Kristu ma tqanqlekx biex tahfer lil ghedewwa tieghek?
Kemm-il darba nitolbu lil Alla biex jahfer lill-ghedewwa taghna, lil dawk li niddisprezzaw, u lil dawk li sahansitra "nobghodu" xi drabi?
Ghandna mhux biss nahsbu f'dawk li niltaqghu maghhom kuljum fuq ix-xoghol jew id-dar, izda wkoll f'dawk li ma nhobbux mill-boghod.
Pero’ biex naslu sa hawn irridu l-ewwelnett nitolbu lil Alla biex jaghtina l-ghajnuna tieghu ghax inkella ma naslux
Jekk irridu nhobbu kif habb Gesù, jehtieg sagrificcju kbir u sforz biex inhobbu lill-bnedmin kollha, anke lill-ghedewwa taghna.
Tajjeb li zzomm f’mohhok li jekk inti tibqa’ tobghod, ma issib paci qatt u tkun qed tghix go habs ghal haga hazin li jkun ghamillek haddiehor.
KUMMENTARJU
NOVEMBRU
2025
IL-HBIEB
Santa Tereza ta’ Lisieux kellha diffikultà biex taghmel hbieb, imma kien hemm habib wiehed li dejjem setghet toqghod fuqu. Forsi tistaqsu: Min seta’ kien? Kien Gesu’ li mieghu kienet titkellem u thossha ferhana anke f’mumenti ta’ dieqa.
Ghalkemm il-genituri jixtiequ li uliedhom jaghmlu hbieb biex ihossuhom mahbuba u apprezzati, dan mhux dejjem possibbli ghaliex mhux kull tifel u tifla jaghmlu hbieb malajr.
Santa Tereza ppruvat li jkoll hbieb, izda mhux dejjem kollox mar kif ippjanat. Tirrakonta hi stess: "F'dan iz-zmien ghazilt bhala hbieb zewg tfajliet ta' l-età tieghi; imma kemm huma baxxi l-qlub tal-hlejjaq! Wahda minnhom kellha tibqa' dar ghal xi xhur u fl-assenza taghha hsibt dwarha hafna drabi, u mar-ritorn taghha wrejt kemm kont kuntenta li ergajt rajtha izda kull ma ircevejt kienet harsa ta’ indifferenza. Minn dak inhar qatt ma fittixt aktar affezzjoni minghandha, hija li kienet daqshekk bierda.”
Xi drabi dan wassal lil Santa Tereza ghal sentimenti ta’ solitudni , izda fis-solitudni taghha kienet taf li kien hemm habib li dejjem setghet isserrah fuqu. Tkompli tghid fil-ktieb taghha Story of a Soul:
“Kont tant misthija... ma kelli l-ebda habiba specjali... li maghha stajt nqatta' hafna sighat bhal studenti ohra. Ghalhekk hdimt fis-skiet sal-ahhar tal-lezzjoni, u mbaghad, peress li hadd ma ta kas tieghi, mort fil-Kappella sakemm gie l-Papa’ jgibni d-dar. Hawnhekk, waqt din iz-zjara siekta, sibt il-konsolazzjoni wahda tieghi—ghax Gesù kien l-uniku Habib tieghi. Mieghu biss stajt niftah qalbi; kull konversazzjoni ma’ bnedmin ohra, anke fuq suggetti qaddisa, ghajjietni. Veru li f’dawn il-perjodi ta’ solitudni gieli hassejtni mdejjaq, u spiss kont nikkonsla ruhi billi nirrepeti din il-linja ta’ poezija sabiha li kien ghallimni l-Papa: “Iz-zmien hu d-dghajsa tieghek, u mhux il-post fejn tghix.” Zghira kemm kont, dan il-kliem nisslu fija l-kuragg, u ghalkemm issa ma ghadnix nahseb u nagixxi ta’ tifla, is-simbolu tal-vapur dejjem jaffaxxinani u jghinni biex niehu pacenzja bid-dieqa tal-hajja.”
Din l-istorja ckejkna mill-hajja ta’ Santa Tereza tfakkarna li qatt ma nkunu tassew wahedna . Forsi nhossu dak l-ugigh qawwi tas-solitudni, abbandunati mill-familja u l-hbieb taghna, imma l-ahbar tajba hija li l-hbiberija ta’ Gesù hija dejjem miftuha ghalina. Jista’ jkun li ma jkunx jista’ jilghab loghob maghna, imma jista’ jkellem lil erwiehna u jghinna ngorru dan l-ezilju tal-hajja.
Jekk thossok wahdek dur lejn Gesu’ li dejjem issibu mieghek, kull x’hin trid. Aktar ma nizvillupaw din il-hbierija taghna ma’ Gesu’ aktar insiru kunfidenti fina nfusna. Ahna mhux se niddependu fuq haddiehor ghall-kuntentizza ahharija taghna u nirrealizzaw li l-hbieb, anke dawk tajbin, qatt ma jistghu jissodisfaw bis-shih ix-xewqa taghna ghall-imhabba. Il-hbieb jistghu jghinuna ngorru dan l-ezilju tal-hajja, imma fl-ahhar mill-ahhar, il-fiducja ahharija taghna jehtieg li tkun f’Alla, l-aqwa habib taghna u l-aktar fdat minn kulhadd.
KUMMENTARJU
DICEMBRU
2025