jesusandmary

 

 

                     

 Meta ssemmi il-belt ta’ Cascia f’mohhok tigik l-immagini ta’ Santa Rita, imma Cascia hija wkoll il-post fejn sehh miraklu celebri ewkaristiku.

Ninsabu fis-sena 1330, hamsin sena qabel it-twelid tal-qaddisa, bidwi marid serjament kien qieghed f’tarf hajtu u talab biex jircievi l-komumunjoni. Is-sacerdot li mar ghandu biex iqarbnu, jew bi traskuragni jew b’nuqqas ta’ devozzjoni ha ostja kkonsagrata mill-pissidi u qieghdha bejn il-folji tal-ktieb tat-talb u telaq lejn id-dar tal-marid.

Mal-wasla tieghu fid-dar tal-bidwi, is-sacerdot sema’ il-qrara tal-bidwi u pprepara biex iqarbnu. Hekk kif fetah il-ktieb biza’ kbir waqa’ fuqu.  Skopra li mill-ostja hareg id-demm u tebba’ iz-zewg pagni tal-ktieb tat-talb.

Imhawwad kif kien telaq lejn il-kunvent fi Siena u talab biex jara lil Patri Simone Fidati, persuna qaddisa, mimlija bi spirtu ta’ Alla.  Meta sema’ dak li kellu jghidlu s-sacerdot, Padre Fidati tah l-assoluzzjoni meta rah niedem milli kien ghamel. Talbu biex il-pagni jzommhom hu u hekk baqghu preservati fil-kunvent bhala oggett a’ qima lejn is-Sagrament ta’ l-Ewkaristija. Wahda minnhom gie regalata lil Perugia.

Il-miraklu huwa wiehed awtentiku u huwa msahhah minn sensiela ta’ elementi ta’ siwi.

Fuq kollox hemm ir-rakkont ta’ Simone Fidati, li kif jinghad aktar ‘l fuq kien bniedem qaddis u l-lum huwa dikjarat Beatu u midfun fil-knisja ta’ Santa Rita, u Ii huwa xhud okulari ta’ dan . Sar ezami xjentifiku fis-sena 1687 fuq iz-zewg folji tal-ktieb fejn it-tbajja tad-demm jirriszultaw li jaqblu perfettament.  Bosta Papiet ghamlu dikjarazzjoniet favorevoli.  U fuq kollox hemm fatt li ma tistax tispejgah: minn ihares lejn ir-Relikwija kontra d-dawl anke il-lum jista’ jirrikonoxxi il-wicc helu u ta’ swied il-qalb ta’ Gesu’.

Dan il-fatt jkun infakkar kull sena fil-festa ta’ Corpus Christi meta r-Relikwija tkun mehuda processjonalment fit-toroq ta’ Cascia.


PRATTIKA

Kemm ghandna ghax nitolbu mahfra lil Gesu’ u niskuzaw ruhna mieghu minhabba n-nuqqas ta’ rispett lejn is-Sagrament ta’ l-Ewkaristija, l-aktar minhabba r-ringrazzjamenti  fqar taghna wara li nkunu tqarbinna u forsi, minn xi daqqiet minhabba z-zeblih lejn dan is-Sagrament ta’ l-Imhabba permezz tad-dagha.


Make a free website with Yola