jesusandmary

 

 

 

 Meta lejliet il-festa ta’ l-Assunzjoni, fl-14 ta’ Awissu 1730, il-poplu ta’ Siena kien aljenat fic-celebrazzjonijiet, xi hallelin dahlu fil-knisja ta’ San Frangisk u marru lejn il-Kappella tas-Sagrament, kissru l-lock tat-tabernaklu u serqu c-ciborium li kellu l-Ostji konsagrati.

Is-serqa nduna biha l-qassis l-ghada, meta mar jiftah it-tabernaklu biex iqarben.  Is-suspett ta’ sakrilegg kien konfermat meta parruccan sab l-ghatu tac-ciborium fit-triq.  Il-festa ta’ Marija Assunta gew kancellati u l-isqof ornda li jsir talb bhala tpattija filwaqt li l-awtorita’ hadet passi mehtiega biex jinstabu l-ostji konsagrati u min kien wettaq is-sakrilegg.  Jumejn wara fuq din il-grajja sakrilega, 17 ta’ Awissu, waqt li sacerdot kien qed jitlob fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ Provenziano,  oggett abjad hiereg minn kaxxa fejn kien jintefghu l-flus gibidlu l-attenzjoni.  Induna li dik kienet Ostja.  B’dan irraporta lis-sacerdoti l-ohra tal-knisja, lill-patrijiet frangiskani u lil Arcisqof.

Meta l-kaxxa ta’ l-offerti giet miftuha fil-presenza tas-sacerdoti u r-rapprezentant ta’ l-arcisqof,  instabu numru kbir ta’ Ostji ohra,  xi uhud minnhom sospizi mill-ghanqbut. L-Ostji gew komparati ma’ ohrajn li kienu jintuzaw fil-knisja ta’ San Frangisk u nstab li kienu jaqblu fil-qisien u kellhom l-istess marka ta’ meta kienu mohmijin. In-numru ta’ Ostji kien jikkorrespondi  man-numru li l-patrijiet frangiskani kienu ghamlu stima li kien hemm fic-ciborium -  348 shah u 6 nofsijiet.

Billi l-kaxxa ta’ l-offerti kienet tinfetah darba fis-sena, l-Ostji kienu mimlija kollha trab u debri li ngabar matul il-jiem. Wara  li gew migbura u mnaddfa mis-sacerdoti, l-ostji gew maghluqa gewwa ciborium u merfugha fit-tabernaklu ta’ l-artal magguri tal-knisja ta’ Santa Marija.

L-ghada l-arcisqof Alessandro Zondadari garr l-Ostji Konsagrati f’purcissjoni solenni lejn il-Knisja ta’ San Frangisk, fejn ghaliha attendew numru kbar ta’ nies.

 Matul iz-zewg seklu li ghaddew hafna hasbu ghaliex l-Ostji ma kienux ikkunsmati mis-sacerdot waqt il-quddies, li kienet haga normali li ssir. Filwaqt li ma ghandna ebda twegiba definita ghal din il-mistoqsija, jezistu zewg teoriji. Wahda hija li l-follol ta’ nies kemm minn Siena kif ukoll mill-inhawi ta’ madwar kienu jersqu lejn il-knisja ta’ San Frangisk biex joffru talb ta’ tpattija quddiem dawk l-Ostji sagri, ghal dan is-sagrilegg hekk kbir. Minhabba dan is-sacerdoti kellhom izommu dawn l-Ostji Konsagrati ghal xi zmien. Raguni ohra kienet ghaliex thammgu u minkejja li ppruvaw inaddfuhom xorta baqa’ fuqhom ammont ta’ hmieg. Ghalhekk iddecidew li jithallew jiddeterjoraw wahedhom u b’hekk meta tispicca s-sustanza tal-hobz, Kristu ma jibqax aktar prezenti.

Staghgbu mhux ftit is-sacerdoti meta raw quddiem ghajnejhom li l-Ostji konsagrati  ma iddeterjorawx imma baqghu friski u anke sahansitra zammew riha pjacevoli. Aktar ma ghaddha zmien aktar il-patrijiet frangiskani kienu konvinti li huma kienu xiehda ta’ miraklu kontinwu ta’ preservazzjoni.

Hamsin sena wara din il-grajja, saret investigazzjoni ufficjali biex jikkonfermaw jew le l-awtenticita’ tal-miraklu. Kien il-ministru generali ta’ l-Ordni Frangiskan, Padre Carlo Vipera li ezamina l-Ostji fl-14 ta’ April 1780 u wara li daq wahda sabha li kienet friska u nkorruttibbli. Billi numru ta’ Ostji minnhom kienu mqassma matul is-snin precedent, il-Ministru Generali ordna li l-230 ostji li fadal kellhom jitqieghdu f’ciborium gdid u pprojbixxa li jitqassmu aktar ostji.

Fis-sena 1789 investigazzjoni ohra dettaljata nzammet mill-Arcisqof Tiberio Borghese ta’ Siena flimkien ma’ numru ta’ teologi u dinjitarji ohra. War li l-Ostji gew ezaminati that mikroskopju, il-kummissjoni ddikjarat li kienu perfettament intatti u ma wrew ebda sinjal ta’ deterjorazzjoni. It-tlett frangiskani li kienu prezenti fl-investigazzjoni tas-sena 1780 xehdu taht  gurament li dawk l-Ostji kienu l-istess dawk misruqa fis-sena 1730.

L-arcisqof ordna wkoll li numru kbir ta ostji mhux konsagrati jitqieghdu f’kaxxa sigillata u maqfula fl-ufficju arciveskovili. Ghaxar snin wara l-kaxxa nfethet u nstab li dawk mhux biss nixfu imma kienu sfigurati. Wara ezami, dawn l-istess ostji mhux konsagrati regghu tqieghdu mill-gdid fl-istess kaxxa, issigillati u maqfula; 61 sena wara, jigifieri fis-sena 1851 meta nfethet din il-kaxxa, instab li dawn l-ostji mhux konsagrati sfaw ridotti f’bicciet li kellhom kulur isfar skur filwaqt li dawk l-Ostji konsagrati baqghu jzommu l-originalita’ taghhom.

Matul is-snin saru bosta interventi ohra fosthom dik ordnata minn San Papa Piju X. Dan l-intervent kien wiehed xjentifiku. Ghal dan l-ezami l-Arcisqof ghazel numru ta’ investigaturi distinti li kienu jinkludu xjentisti u professuri minn Siena u Pisa kif ukoll teologi u ufficjali ohra ekklesjatici.

Testijiet maghmulha fuq bicca mill-ostji ndikaw kontenut normali ta’ lamtu. Il-konkluzzjonijiet minn dawn it-testijiet mikroskopici ndikaw li l-Ostji kienu maghmluha minn tqieq tal-qamh mhux irfinat li instab li kien priservat tajjeb hafna.

Il-kummissjoni qablet ukoll li hobz minghajr hmira jekk ikun preparat f’kundizzjonijiet sterili u mizmum f’kaxxa nadifa minghajr arja jista’ jinzamm fi stat tajjeb ghal hafna u hafna tul ta’zmien. Hobz bla hmira  mahdum b’mod normali u espost ghal arja u ghal attivita’ ta’ micro organismi jibqa’ intatt ghal mhux aktar minn ftit snin. Ir-rizultat ta’dan kollu kien   li l-Ostji misruqa  iktar minn mitt sena qabel kienu mahduma minghajr prekawzjoni xjtenifika u mizmuma f’kundizzjonijiet normali u ghalhekk kellhom jispiccaw . Il-kummissjoni waslet ghal konkluzzjoni li l-preservazzjoni ta’ l-Ostji konsagrati kienet haga straordinarja"…e la scienza stessa che proclama qui lo straordinario."

Professor Siro Grimaldi, professor tal-kimika gewwa l-Universita’ ta’ Siena u bniedem ta’ kapacita’ l-aktar kbira fil-ghalqa tieghu, aktar tard, jigifieri fis-sena 1914  kiteb ktieb fejn elabora l-istqarrijet dwar in-natura mirakoluza ta’ l-Ostji Konsagrati.  F’dan il-ktieb li hu semma’  Uno Scienzato Adora ( Xjenzat Jadura) huwa jiddikjara:

L-Ostji Konsagrati tal-hobz minghajr hmira jirrapresentaw ezempju perfett ta’ preservazzjoni…. Fenomenu singulari li huwa kuntrarju ghall-ligi naturali tal-konservazzjoni ta’ materjal organiku.  Infatti huwa fatt uniku fl-istorja tax-xjenza.

Fis-sena 1922 investigazzjoni ohra saret fil-presenza tal-Kardinal Giovanni Tacci akkumpanjat  mill-arcisqof ta’ Siena, u l-isqfijiet ta’ Monepulciano, Foligno u Grossetto. Ir-rizultati kienu l-istess: li l-Ostji kellhom toghma ta’ hobz bla hmira, u kompletament preservati u l-komposizzjoni taghhom kienet l-istess bhal ta’ hobz bla hmira.

Fis-sena 1950 dawn l-Ostji mirakoluzi tqieghdu f’ciborium aktar elaborat u prezzjuz izda sfortunatament fil-5 ta’ Awissu 1951 kellu jghaddi mill-istess storja ta’ qablu. Il-halliel seraq ic-ciborium u halla l-ostji fir-rokna tat-tabernaklu, u dan sehh minkejja s-sigurta’ kollha li hadu l-kleru biex dan l-att sagrilegu ma jergax jigri. Wara li ghaddew l-ostji (133) l- arcisqof poggihom f’ostensorju li jitqieghed ghall-qima tal-fidili kull 17 tax-xahar, id-data li fiha sehhet l-ewwel serqa fis-sena 1730.

L-ostendorju jittihied f’purcissjoni fil-festa ta’ Corpus Christi li ghaliha hafna nies  jippartecipaw.

Fost il-vizitaturi li marru jaduraw lis-Sagrament fil-Knisja ta’ San Frangisk ta’ Siena, insibu lil San Gwann Bosco u lil Papa Giovanni XXIII.   Kull bniedem li tassew ghandu l-fidi fih, ibda mill-papa spicca fl-inqas wiehed kollha jbaxxu rashom quddiem dan l-intervent divin u jirrikonoxxu li dan hu miraklu kontinwu li ilu sejjer ghal aktar minn 250 sena.

Kif tista ma temminx?

Make a free website with Yola