jesusandmary

  

 IL-MIRAKLU TA’ SANTAREM, PORTUGAL (1225)

Madwar is-sena 1225 mara kienet toqghod gewwa Santarem. Iz-zwieg taghha xejn ma kien felici.  Kienet konvinta li zewgha ma kienx ihobbha u kien infidel lejha. Ippruvat tirbhu lura izda kien kollu ta’ xejn. L-ahhar pass taghha kien li tmur ghand is-sahhara. Hekk ghamlet u s-sahhara qaltilha li zewgha jerga’ lura ghandha kemm-il darba hija ggibilha ostja konsagrata u tathielha.

It-talba tas-sahhara bezzghet lill-mara ghal ahhar ghaliex kienet taf li haga bhal din hija sagrilegg. 

Imma madankollu tant riedet issolvi d-dwejjaq taghha li iddecidiet li taghmel dak li qaltilha s-sahhara. 

Marret fil-knisja ta’ San Stiefnu u tqarbnet imma ma kkunsmatx l-Ostja. Minflok harget malajr mill-

knisja, nehhiet l-Ostja minn halqaha u hbietha fil-velju. Irhietilha ghal ghand is-sahhara.  Imma mat-triq mill-Ostja beda’ hiereg id-demm.

Il-mara ma ndunatx b’dan qabel xi nies li kienu ghaddejjin minn hdejha gibdulha l-attenzjoni. Thawdet 

u minflok marret ghand is-sahhara griet lejn id-dar.  Hemmhekk hija poggiet il-velu bl-Ostja kkonsagrata f’bagoll minghajr ma kienet taf x’ghandha taghmel izjed. Meta zewgha rritorna lejn id-dar hija ma qaltlu xejn minn dak li sehh.

Mal-lejl dawl misterjuz li kien hiereg mill-bagoll qajjimhom u beda’ jdawwal il-kamra kollha. Il-mara stqarret dnubha ma’ zewgha u t-tnejn nizlu gharkubtejhom f’gabra ta’ adorazzjoni sakemm sebah, meta, imbaghad baghtu ghall-kappillan.

L-ahbar malajr xterdet u numru kbir ta’ nies marru jikkontemplaw il-miraklu.  Minhabba l-ghagha li qanqlet din il-grajja,  saret investigazzjoni episkopali mill-knisja.

Miraklu fuq miraklu

L-Ostja mdemmija ttiehdet f’purcissjoni ghall-knisja ta’ San Stiefnu fejn giet issiggilata bix-xema biex jitwaqqaf id-demm li kien hiereg u maqfula fit-tabernaklu. Xi zmien wara meta fethu t-tabernaklu sehh miraklu iehor.  Ix-xema li fiha kienet imdawra l-Ostja konsagrata nstabet imfarrka u l-Ostja mirakoluzament maqfulha f’pissidi tal-kristal flimkien mad-Demm imqaddes u prezzjuz ta’ Sidna Gesu’ Kristu.

Aktar tard dan gie mibdul f’ostensorju tad-deheb u fidda forma ta’ langasa b’ raggiera bi 33 ponta u hekk ghadha sal-lum.

Wara l-investigazzjoni u l-approvazzjoni tal-knisja, il-Knisja ta’ San Stiefnu giet moghtija isem gdid, “ il-Knisja tal-Miraklu Imqaddes”.   Id-dar li fiha sehh il-miraklu kienet tinsab f’Via delle Stuoie gewwa Santarem fil-Portugal.

Minn dak iz-zmien tal-miraklu, kull sena fit-tieni Hadd ta’ April, l-incident jigi mahdum f’forma ta’ dramm minn atturi tal-lokal. Mirakolozament wara 750 sena id-Demm Imqaddes ghadu f’forma likwida, li jmur kontra kull regola naturali tax-xjenza. L-Ostja ghandha pjuttost  forma irregolari tixbah lill-laham haj bil-vini delikati jigru minn fuq sa isfel fejn kwantita’ ta’ demm huwa migbur fil-kristal.Meta tara dan kollu kif tista’ ma temminx u ssir thobb aktar lil Gesu’?

Xi haga prattika:

Kull meta tghaddi minn quddiem Gesu’ Sagrament tennilu din il-gjakolatorja: “ O Gesu’ tieghi kattar il-fidi  ckejkna tieghi FIK.”

Make a free website with Yola