jesusandmary

 

 

IR-RABA’ KRUCJATA

 

Fil-bidu ta’ Ottubru tas-sena 1202, flotta ta’ 200 vapur harget mill-port ta’ Venezja. Il-bnadar kienu jperpru fuq kull arblu, xi uhud jesponu l-ljun ta’ Venezja, ohrajn bl-emblemi tad-djar l-aktar nobbli ta’ Franza.

Inkarigat minn din il-flotta kien id-Doge Enrico Dandolo. Kellu aktar minn 80 sena u kien kwazi ghama, imma mimli hegga u kuragg. Il-vapur tieghu kont taghrfu mill-boghod billi kien jispikka fit-tizjin tieghu. L-ghan ewlieni kien li jirbhu lura lill-belt imqaddsa ta’ Gerusalemm. Saladin kien rebah lil Gerusalemm u hadha taht idejh. Thejja pjan preciz ghar-raba’ spedizzjoni: l-ewwel jattakaw il-qawwa musulmana fl-Egittu biex wara li jdghajfu s-sahha tal-Mislem jahbtu ghal Gerusalemm. Imma minn dan kollu ma sehh xejn ghaliex il-krucjata biddlu l-pjan taghhom u habtu ghal Kostantinopli, il-kapitali ta’ l-imperu bizantin.

L-idea tar-raba’ krucjata nibtet fis-sena 1199 mill-konti ta’ Champagne, Thibaut. Hafna kavallieri u barunijiet qablu ma’ l-idea tieghu u ngabru flimkien biex jaghqdu armata biex tiehu mill-gdid il-belt imqaddsa ta’ Gerusalemm. Fix-xhur li gew wara aktar nies influenti,Baldwinu, Konti ta’ Flanders u Luwigi ta’ Blois saru parti minn din il-Krucjata. Ftehmu li jiedhu l-bahar flok jaqbdu il-vjagg bil-mixi billi t-triq twila li twassalhom qrib il-ghadu kienet tkun ta’ strapazz u ghejja ghat-truppi.

Delegazzjoni ta’ sitta minnhom marret Venezja biex tipperswadi lid-Doge u lill-kunsill tieghu biex jipprovdilhom xwieni bizzejjed ghal armata taghhom.

Id-Doge ftiehem maghhom ghall-prezz ta’ 84,000 marki tal-fidda. Ried ukoll nofs il-priza tal-gwerra.

F’dawk iz-zminijiet tfajjel zaghzugh harab mill-habs ta’ Kostantinopli. Kien Alexius Angelus, iben l-imkecci imperatur Isakk II. Sitt snin qabel hu Izakk II, li kien jismu wkoll Alexius, hataf it-tron minghand huh, u nkuruna lilu niffsu bhala l-imperatur Alexius III. Imbaghad wara li tefghu gewwa l-habs, ghamieh. Dan kien il-mod kif jittrattaw ma’ l-ghedewwa taghhom, billi bniedem ghama qatt ma seta’ jkun re.

Alexius III kien ferm nieqesmit-talent. Huwa hatar lil hatnu bhala ammiral tal-forza marittima. Dan nezza’ l-forza marittima billi biegh xwieni shah u l-armamenti taghhom biex isir sinjur. L-imperatur il-gdid ma kien xejn attent ghas-sigurta’. Ghalkemm kien mohhu mistrieh li Isakk II ma kienx ser jahrab ghax kien ghama, ma tax kaz li dak li ma setax jaghmel Isakk II wettwqu ibnu Alexius. Eventwalment Alexius harab u sab kemm fil-qorti tal Re germaniz, ir Re Filippu ta’ Swabja li martu Irene, kienet tigi oht it-tifel.

Sa ma saru l-arrangamenti mehtiega, Thibaut ta’ Champagne miet qabel ma’ l-krucjata setghet titlaq ghall-glied. Biex jiehu postu, il-barunijiet shabu ghazlu lil Konti Bonifacju ta’ Monteferrat. Dan kellu xi rabtiet familjari mar-re ta’ l-isem ta’ Gersusalemm, li kellu taht it-tregija tieghu xi partijiet ta’ din il-belt. Bonifacju kien sottomess lejn ir-re Filippu ta’ Swabja li mieghu l-istess princep Alexius sab kenn. Bonifacju u l-princep zaghzugh probabilment iltaqghu meta Bonifacju mar izur lil sidu tard fis-sena 1201

U kien f’dan il-waqt li tbiddlu l-pjanijiet originali tal-hbit. Is-suldati kellhom jieqfu Kostantinopli fi triqthom lejn l-Egittu, jeghlbu lil Alexius III u jpoggu liz-zaghzugh Alexius fuq it-tron imperjali.

Ghal 500 sena l-imperu bizantin kien is-sur kontra l-isfida tal-mislem fuq l-imperu kristjan. Ghalkemm fis-sena 1201 l-imperu bizantin idghajjef baqa’ l-ahjar forza u qawwa fl-istati nsara. Imma r-relazzjonijiet bejn il-bizantini u l-imperu ta’ l-Occident hzienu ghal ahhar matul l-ahhar snin..

Il-krucjata bdiet tingemgha tista’ tghid fi tmiem ir-rebbiegha tas-sena 1202. Imma sad-data tat-tluq in-numru ta’ l-imsiehba kien ferm inqas minn dak mahsub ghall-bidu u li fuqu ftehmu biex il-Venezjani jipprovdulhom il-flotta. Il-Venezjani ssospendew il-kummerc taghhom biex ifornu flotta hekk kbira li taqdi il-bzonnijiet kollha ghall 33,500 suldat. Fil-fatt in-numru ta’ dawk li kienu ser jiehdu sehem tela’ biss ghal 10,000. Il-Venezjani talbu li jithallsu il-prezz miftiehem ta’ 84,000 marki tal-fidda jew ebda vapur.

Ir-raba krucjata dehret li ser tisfuma fix-xejn. Id-Doge ghamel offerta. Il-Venezjani kienu lesti li jahfru d-differenza tal-bilanc mhux imhallas tat-trasport jekk il-krucjata tghinhom jiksbu il-belt ta’ Zara. Port fuq il-kosta ta l-Adrijatiku. Ghal dawk ta’ fehmiet qaddisa dan l-agir kien xoghol ix-xitan billi azzjoni ta’ gwerra bhal din kienet kontra nsara bhalhom. Ghal dawk li jridu li l-krucjata ma tisfaxxax ma rawhiex bi kbira biex joduha kontra l-istess insara u b’diffikulta’ ipperswadew lid-dissidenti biex jaqblu maghhom.

Fl-10 ta’ Novembru l-flotta waslet Zara u wara assedju ta’ 14 il-jum, il-belt cediet. Hafna kavallieri ddezertaw u ma hadux sehem fit-taqbida. Meta l-Papa Innocent III sema’ b’dan skomunika lill-Venezjani u hedded li jiskomunika lill-krucjata kollha kemm hi.

Il- krucjata waqfet il-kamp taghha gewwa Zara ghaliex ix-xitwa kienet dahlet sew. Hemmhekk il-princpijiet tal-krucjata iltaqghu ma’ l-Princep Alexius u ghamlu ftehim mieghu li jqeghduh fuq it-tron bizantin flok Alexius III. Alexius assigurhom li l-poplu kien jobghod lil Alexius III li ha tron li ma kienx tieghu. Bhala hlas ta’ dan wieghdhom li jhallishom id-djun li kellhom mal-Venezjani u jmexxi armata bizantina kontra l-Egittu flimkien maghhom.

Il-flotta ghaddiet minn taht is-swar ta’ Kostantinopli fl-24 ta’ Gunju 1203. Xi suldati nizlu l-art fuq in-naha tal-Bosforus, wara xi glied zghir u waqqfu bazi fil-belt ta’ Skutari. Fit-3 ta’ Lulju fuq suggeriment ta’ Dandolo ippruvaw jqanqlu rivoluzzjoni popolari favur iz-zaghzugh Alexius li deher liebes b’ilbies rjali fuq il-vapur li l-qaddiefa kienu qed jiggwidaw taht is-swar biex bhallikieku juri li Alexius kien l-imperatur taghhom bi dritt. Meta l-vapur wasal fil-qrib sparawlu xita ta’ vleggeg ghal fuqu.

Il-mexxejja tal-Krucjata kienu zbaljati li jahsbu li setghu jqieghdu lil Alexius fuq it-tron ghax il-mentalita’ tal-bizantini kienet li imperatur bizantin kien mexxej ghal ghomru. Fit-tradizzjoni mperjali rumana kull min seta’ jahtaf it-tron u jzommu kien accettat bhala l-imperatur. Iz-zaghzugh Alexius ma kellu ebda dritt, allura, ghat-tron sempiciment ghax iben imperatur li hatfulu minn taht idejh l-imperu. Barra minn hekk il-bizantini qatt ma kienu ser jaccettaw imperatur gdid ghax il-barrani ried hekk.

Wara li tilfu kull tama li jqanqlu rivoluzzjoni popolari, il-mexxejja poggew rashom flimkien biex jahtfu lil Kostantinopli. Raw li kienet haga difficli billi l-fortifizzjonijiet kienu qawwija tassew. Fil-passat armati aktar qawwija minn dawk tal-krucjata dahlu ghar-rovini taghhom meta attakkaw dik id-difiza formidabbli. Attakk minn fuq il-bahar kien ikun dghajjef ukoll billi l-port kien maghluq b’katina u fit-tarf tieghu kien imhares mit-Torri ta’ Galata.

Is-suldati fuq ordni tal- mexxejja taghhom nizlu hdejn it-torri ta’ Galata. Alexius III mexxa armata kbira biex twaqqaf u tirresisti lill- krucjata imma il-bizantini ritiraw quddiem il-qawwa ta’ ghadu taghhom.

Issa it-torri ta’ Galata kien jinsab miftuh ghal attakk. Il-krucjata habtet ghalih u d -difensuri kienu mgieghla jirtiraw lura, imma ma setghux jaghlqu l-bibien hekk li l-Francizi dahlu u okkupawh. Waqt dan kollu wahda mix-xwieni bl-isem ta’ Aquila baqghet diehla fil-qawwa kollha fuq il-katina li kienet taghlaq il-port u kissritha. Hekk ix-xwieni l-ohra venezjani setghu jidhlu u jiddisponu mill-forza dghajfa bizantina minghajr tbatija. Il-krucjata nizlet l-art u waqqfet il-kwatieri taghha gewwa Pera u Estanor subborgi li ma kellhomx swar. Il-mexxejja tal-Krucjata issa iltaqghu biex ifasslu pjan ghal attakk fuq il-belt propja.

Ghalkemm kien hemm xi nuqqas ta' qbil bejn il-kmandanti tal-krucjata, dawn waslu fi ftehim li jkun hemm attakk kemm minn fuq il-bahar kif ukoll minn fuq l-art. Fis-17 ta’ Luju, il-krucjata bdiet dan l-attakk doppju. Ix-xwieni venezjani resqu lejn is-swar , tellghu bhal torrijiet minn fuq il-gervtiet taghhom hekk li min kien qieghed jiggieled minn fuqhom kien jigi livell mad-difesuri tas-swar. Artillerija mekkanika minn fuq ix-xwieni kienet tghin lill-gellieda tal-krucjata biex ikollhom vantagg fuq is-suldati fuq in-naha tas-swar.

Minkejja dan kollu l-attakk kien jidher ser ifalli sakemm id-Doge ordna x-xini tieghu tersaq lejn l-art halli jinzel u jiggieled personalment. Dan l-att mela’ bil-kuragg lis-suldati venezjani li bil-kuragg u il-hila li wrew hadu wiehed mit-torrijiet li fuqu tellghu l-bandiera taghhom. Fi ftit hin intrebu 25 torri iehor fuq medda ta’ mil.

Il-francizi attakkaw minn fuq l-art kif kien ippjanat izda mhux kollox mar tajjeb. L-assalt taghhom sfuma fix-xejn billi Alexius III bl-armata tieghu kkonfronthom u kien kwazi rebhilhom. Izda meta l-kelma tal-Francizi waslet ghand id-Doge dan ordna lin-nies li jabbandunaw it-torrijiet u jghinu lil shabhom. Meta Alexius ra ix-xwieni venezjani ihottu aktar truppi, l-imperatur irtira gewwa l-belt. Sa certu punt huwa wasal ghal dak li ried hu li jieqaf lill francizi u jisforza lil Venezjani biex jabbandunaw dak li rebhu.

Alexius tilef sabru u dik il-lejla harab ma’ bintu favorita u l-habiba tieghu u halla lil martu warajh. In-nobbli bizantini iltaqghu malajr u qieghdu lil Isakk II li kien ghama, (missier iz-zaghzugh Alexius) fuq it-tron bizantin, minkejja li dan kien imur kontra kull tradizzjoni Bizantina. Meta il-krucjata semghet dan, talbu li Alexius iz-zaghzugh jigi nkurunata ma’ missieru. Ma kienx hemm tmexxija ta’ stoffa fost il-bizantini. It-talba taghhom giet milqghuha u Alexius kien eskortat fil-belt b’mod rjali.

 

TMIEM L-EWWEL PARTI

 

Make a free website with Yola