jesusandmary


  

PARAGRAFU CXVII - Dwar Gesu' Kristu ta' min isemmi il-mirakli li Hu ghamel fuq il-bahar u fuq il-hut......(meta waqqaf it-tempesta li tant bezzghet lil appostli hekk li hasbu li ser jeghrqu.......jew meta qal lil Pietru biex jixhet ix-xbiek il-bahar wara li dan qallu li kienu ilhom lejl shih jistadu u ma qabdux huta wahda, imbaghad tefghux xbiek ghall-kmand ta' Kristu u qabdu kwantita' kbira ta' hut....)

PARAGRAFU CXIX - Gesu' gie fid-dinja u pprova li Huwa kien mibghut minn Alla billi wera' is-sigilli tad-divinta' bil-mirakli u bil-profeziji u ghalhekk id-dinja laqghetu u emmnet fih u dawk li ma emmnux fih, intant ma emmnux, ghax ma ridux akkwaza ta' l-ghira li kellhom lejh.

PARAGRAFU CXX -  KRISTU GHAMEL PROFEZIJI FUQU NNIFSU LI KELLU JIGI MAQTUL U LI KELLU JIRXOXTA FIT-TIELET JUM, FUQ IT-TEMPJU LI GEBLA FUQ GEBLA MA KELLHIEX TIBQA' WIEQFA MINNU, FUQ IL-KNISJA TIEGHU LI QATT MA TISTA' TKUN MEQRUDA SA L-AHHAR TAD-DINJA, LI GUDA KELLU JITTRADIEH, LI PIETRU KELLU JICHDU QABEL IL-KANT TAS-SERDUQ U OHRAJN PARTIKULARI U HABBAR B'MOD SPECJALI L-MIGJA TA' L-ANTIKRIST U C-CIRKUSTANZI TIEGHU U L-GRAJJA TA'L-AHHAR ZMINIJIET.

PARAGRAFU CXXXIV - Ta' min jistudja minn hajjet Kristu il-qalb tieghu dwar l-umilta' u dwar il-manswetudni taghha. U ta' min jistudjaha li Kristu stess qeghdhielna ghall-imitazzjoni, meta qal: Itghallmu minni, ghax jiena ghandi qalbi umli u mansweta, u intom issibu l-mistrieh ghal ruhkom.

settembru 2019@
PARAGRAFU XCV - Il-grazzja li mmeritalna Gesu' bil-mewt tieghu, ma tinfiridx mill-imhabba qatt: issa hadd ma jista jkun jaf jekk huwiex fil-grazzja iva jew le: pero'min jobghod persuna, m'ghandux jittama li hu habib ta' Alla, ossijali hu fil-grazzja.

PARAGRAFU XCVIII_Kristu jurina l-mezzi biex ma naqghux fid-dnub. Dawn huma l-hsieb tal-presenza ta' Alla, u l-hsieb tan-novissimi u l-orazzjoni u l-harba mill-okazzjoni prossima tad-dnub.

PARAGRAFU XCIX -  Kristu jghallimna li jekk ahna ma naghmlux penitenza ossija ndiema, u jekk ahna ma nihdux pacenzja u jekk ahna ma nahfrux, u jekk ahna ma nirrassenjawx ruhna mal-volonta' ta' Alla f'kollox u jekk naghmlu d-deni lill-proxxmu nkunu dejjem fil-periklu li nitilfu ruhna ghal dejjem,

PARAGRAFU C - Kristu qabel ma tela' s-sema baghat lil appostli mad-dinja biex jghallmu lil kullhadd x'ghandhom jemmnu u x'ghandhom jaghmlu u bir-ragun kollu ghax minghajr taghlim zgur li hadd ma jista' jservi lil Alla u jghogob lil Alla. It-taghlim huwa ghajn ta' kull gid u necessarju ghas-salvazzjoni ta' l-erwieh.  Gesu' Kristu ddepozita t-taghlim tal-hajja fil-knisja tieghu.

lulju 2019@
PARAGRAFU LXXXVIII - Kristu huwa Alla u Iben ta' Alla mill-bidu u mill-eternita'.

PARAGRAFU LXXXIX - Kristu miet u gie midfun minhabba d-dnubiet taghna l-bnedmin.

PARAGRAFU XC - Il-passjoni ta' Kristu giet imhabbra bil-kliem u bil-figuri mill-Antik Testment.

PARAGRAFU XCI - Kristu kien imsammar bl-imsiemer, u l-istess salib li fuqu miet gie misjub minn Santa Elena u kkonfermat mirakolozament.

PARAGRAFU XCIII - Kristu huwa d-dawl tad-dinja kollha u ta lill-iskulari tieghu kmandament gdid, li huwa jsejjahlu l-kmandament tieghu. (il-kmandament ta' l-imhabba lejn xulxin.)

gunju 2019@
PARAGRAFU LXXXIII- Kristu huwa haga wahda mal-Missier: meta nghid Kristu ghandna nifhmu li hu veru Alla u veru bniedem.

PARAGRAFU LXXXIV - Kristu jaf kollox, u jibqa' ghal dejjem jghix u jsaltan ghas-sekoli tas-sekli kollha.

PARAGRFU LXXXV -  Permezz ta' Kristu, Alla veru minn Alla veru nhalaq kollox u minghajru ma sar xejn minn kull ma sar.

PARAGRAFU LXXXVI - Alla l-Missier lil Kristu tah kollox u assoggettalu kollox

PARAGRAFU LXXXVII - Kristu huwa medjatur, rikonciljatur u avukat tal-bnedmin quddiem Alla l-Missier

mejju 2019@

PARAGRAFU LVIX- Il-Quddiesa hija sagrificcju tal-ligi l-gdida skond  l-ordni ta' Melkisedek: b'dan is-sagrificcju ta' l-akbar misteru, il-knisja taghraf 'l Alla Kreatur u Sinjur ta' kollox u ghalhekk jissejjah olokawstu; bih tirrinrazzja 'l Alla ghall-gid kollu li jaghmel Alla maghna, u ghalhekk issejjahlu ewkaritiku, u bih tigbed fuqha l-favuri tas-sema, u ghalhekk jissejjah impetratorju u bih tissodisfa l-gustizzja ta' Alla u ghalhekk jissejjah espjatorju u propizjatorju.

PARAGRAFU LXXI - Kristu fl-ort ra l-qilla tal-gustizzja ta' Alla li kellha tinzel fuqu u beza' tant li xaqq l-gharaq tad-demm bi kwantita' kbira.

PARAGRAFU LXXV - Gesu' wara li rxoxta dam erbghin jum jittratta ma' l-appostli u mal-mahbubin tieghu jghallimhom u jwettaqhom fil-fidi.

PARAGRAFU LXXVI - Qabel ma' Gesu' tela' s-sema qalilhom lil appostli li kellu jibghat fihom l-Ispirtu s-Santu u li jibqghu fil-belt sakemm ma jkunux hadu mis-sema l-qawa tieghu u meta qal hekk hadhom barra f'Betanja, refa' idejh u berikom u taht ghajnehom intrefa' mill-art u shaba hatfitu minn ghajnejhom.

PARAGRAFU LXXXII - Kristu jghodd maghmul lilu nnifsu kulma jsir jew jintghamel lill-insara, gid jew deni.

april 2019@

 PARAGRAFU LX - Ghallem Kristu lill- iskulari tieghu li jghidu t-talba li tibda' : Missierna li inti fis-smewwiet u li jghiduha kuljum. Talba li tigbor fiha kull ma jehtieg ghall-glorja ta' Alla u ghall-gid spiritwali u temporali taghna bnedmin. Ghallimna kif ghanda nitolbu u fuq in-necessita' tat-talb.

PARAGRAFU LXIII - Kristu fil-missjoni pubblika tieghu tefa' l-fundament tal-knisja li ghandha tibqa' sat-tmiem tad-dinja ghas-salvazzjoni ta' l-erwieh, billi ghazel mill-iskulari tieghu tnax-il wiehed ordinati biex jahdmu fiha u ghalhekk tahom il-mezzi kollha biex ixerrdu t-taghlim tieghu mad-dinja kollha.

PARAGRAFU LXIV - Il-knisja tieghu hija socjeta' wahda taht kap wiehed b'zewg ferghat: fergha li tghallem u fergha li titghallem - kollha jiddependu minn kap wiehed, li hu l-Papa.

PARAGRAFU LXVI - Mit- tnax-il appostlu li ghazel huwa qieghed b'kap fuqhom 'il Pietru u fuq il-knisja kollha tieghu u tah kull setgha fuqha u d-don ukoll ta' l-infallibilita' personali meta jitkellem bhala rghaj tal-knisja.

PARAGRAFU LXVII - Guda l-Iskarjota gharaf li kienu qed ifittxu lil Gesu' biex joqtluh u pprezenta ruhu quddiem il-kbarat tal-qassisin u offra ruhu li jqeghdulhom f'idejhom minghajr dizordni tal-folla jekk jaghtuh il-flus. Ftehmu mieghu ghal tletin bicca tal-fidda u allura beda' jahdem kif ser jittradieh, u rnexxilu.

PARAGRAFU LXVIII - Kristu li kien jaf li waslitlu s-siegha biex ikun mifrud mill-appostli bil-mewt, hawn il-lejl qabel ma miet ghamel l-ahhar cena ma' l-appostli u, istitwixxa l-Quddiesa bil-hobz u l-imbid.

marzu 2019@
PARAGRAFU LI - Kristu qieghed fuq il-knisja tieghu kap biex ikun vigarju tieghu moghni bid-don personali ta' l-infallibilta'; b'kull setgha li tobbliga fil-kuxjenza; b'kull setgha li taghmel indulgenzi, li tahfer kwalunkwe dnub.

PARAGRAFU LII - Kristu ghall-ghira tal-lhud gie arrestat u maqtul, izda fit-tielet jum irxoxta. Ir-rezurrezzjoni tieghu hija l-fundament tal-fidi ta' l-iskulari tieghu u wara li rxoxta baqa' jittratta mal-mahbubin tieghu appostli tieghu sakemm tela' s-sema mnejn baghat fuqhom l-Ispirtu Santu, li mliehom bil-gherf, bil-kuragg bil-forz bl-imhabba.

PARAGRAFU LIV - Il-Fidi hija l-aqwa tezor fil-Knisja; infatti Kristu assigurana li minghajrha hadd ma jista jsalva x'hin qabel ma tela' s-sema qal lil appostli tieghu: Morru ghallmu lil kulhadd u ghammdu lil kulhadd fl-isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu Santu. Min ikun emmen u ha l-maghmudija dan ikun salv, izda min ma jkunx emmen jintilef ghal dejjem.

PARAGRAFU LVI - Kristu tana l-Ispirtu tieghu u kif jikteb San Pawl li min m'ghandux fih l-ispirtu ta' Kristu dan mhux ta' Kristu. Ghandu l-ispirtu ta' Kristu min jghix jimita 'l Kristu fit-tlett dmirijiet li kull bniedem ghandu jtemm fuq dina l-art.

PARAGRAFU LVII - Kristu fid-dmir tieghu bhala bniedem gieb ruhu lejn Alla bi spirtu ta' vittma: infatti halla hajtu fuq is-salib biex jaghmel il-volonta' ta' Alla.

PARAGRAFU LVIII - Kristu fid-dmir tieghu lejn il-proxxmu gieb ruhu fi spirtu ta' imhabba universali, disinteressata u sinciera: xerred demmu ghas-salvazzjoni tal-bnedmin kollha.

PARAGRAFU LIX -  Kristu fid-dmir tieghu lejh innifsu gieb ruhu bi spirtu ta' umiljazzjoni: infatti tefa' taht saqajh kull ma japprezzaw il-bnedmin u ghex fqir, sofferenti u ddisprezzat: ghamilha ta' seftur specjalment fl-ahhar cena.

frar 2019@

PARAGRAFU LXXXI - Is-salib li fuq miet Kristu huwa denn ta' adorazzjoni, meta ahna naduraw is-salib li fuqu miet Gesu', anki farka minnu, l-adorazzjoni titla' ghal dak li miet fuqu, li hu veru Alla u veru bniedem. L-adorazzjoni hija ghal Alla wahdu.

PARAGRAFU XLVII - Kristu gie fid-dinja biex inehhi d-dnub u biex id-dnub ma jsirx; ghalhekk bis-setgha omnipotenti tieghu waqqaf fuq dina l-art il-manifika opra tieghu divina, li hija l-knisja li ghandha ddum sa l-ahhar tad-dinja, ossija sakemm ikun hemm erwieh ghas-salvazzjoni.

PARAGRAFU XLVIII -  Gesu' fil-hajja pubblika tieghu gie milqugh minn nies li raw il-mirakli tieghu u bosta saru skulari tieghu, u minn dawn -iskulari ghazel tnax u sejhilhom appostli biex jinqeda' bihom ghal-formazzjoni tal-knisja.

PARAGRAFU XLIX -  Fil-knisja tieghu Gesu' iddepozita t-taghlim tieghu, l-Iskrittura u t-tradizzjonijiet ghat-tifsir tas-sens taghhom u ghalhekk bil-potenza tieghu ta' l-infallibilta', istituwixxa s-seba' sagramenti ghall-knisja tieghu, u taha l-Ispirtu Santu ghat-tmexxija fil-qdusija ta' l-erwieh.

PARAGRAFU L - Il-missjoni ta' Gesu' hija ta' Mghallem u Salvatur. Din l-istess missjoni ta lill-Appostli tieghu qabel ma tela' s-sema u weghidhom li jibqa' maghhom u mas-successuri taghhom sa l-ahhar tad-dinja.

(siltiet mill-ktejjeb PARAGRAFI FUQ GESU' KRISTU)

jannar 2019@


Make a free website with Yola