jesusandmary



IL-MANSWETUDNI


Kemm hija haga tqila fin-natura mhassra taghna li inti thobb li min jobghodok jew jaghmillek hsara jew deni. Pero’ kollox tara cajta, x’hin inti temmen li hemm il-fjammi eterni ghal min imut bi dnub mejjet, u Kristu qalilna li Alla jahfrilna zgur jekk ahna mill-qalb nahfru lil ghedewwa taghna u nimitaw lilu li jtella’ ix-xemx u li jitfa’ ix-xita  fuq l-ghedewwa tieghu wkoll.

Halli nurik il-gid tal-manswetudni biex inhajrek li tghozzha: Alla jhassar kull deni tieghek mieghu kawza tad-dnub kif Kristu stess qal: “ Ahfru u lilkom jigi mahfur” u ghalhekk hemm ghalik il-Genna. T

Tgwadi paci kbira f’qalbek u b’konsegwenza anke s-sahha tal-gisem kif jghid l-Ispirtu Santu li s-sahha tal-gisem il-paci tal-qalb u fis-salm 86 jghid ukoll li l –mansweti jithennew b’kotra kbira ta’ Paci. 

Alla jisma’ it-talba tan-nies mansweti kif qalet Guditta: “Dejjem ghogbitek O Sinjur it-talba tan-nies mansweti.”

 Il-mansweti imexxu tajjeb is-sudditi u huma kollha bhar-rejiet ta’ l-art, kif jghid Kristu: “Imberkin il-mansweti ghax huma jkollhom l-art.” 

U l-mansweti jiddeciedu tajjeb ghax rashom dejjem serena bhal ilma kwiet u Alla ghalhekk dejjem jilluminhom.


Biex issir manswet itlob lil Alla li jghinek tahfer lil min jaghmillek id-deni ghax Alla jaghti l-Ispirtu t-Tajjeb lil min jitlobulhu u qis li l-kumpannija tieghek ikunu nies mansweti ghaliex mal-qaddis issir qaddis. Zomm dejjem is-silenzju meta tkun inkwetat u idra hu pacenzja u aghder in-nuqqasijiet ta’ haddiehor. Fl-ahhar nett ftakar fl-ezempji li hallewna l-qaddisin, b’mod specjali Kristu li Kristu hafer fuq is-salib lil ghedewwa tieghu. San Stiefnu qed imut imhaggar u nizel gharkubtejh jahfer lill-qattiela tieghu. Santa Rita minn Cascia li hafret lill-qattiela ta’ zewgha u nkoraggiet liz-zewg uliedha li jaghmlu l-istess.


Konkluzzjoni: La tghid qatt jiena hfirtlu, izda ma rridx tislim. Ghax dak ifisser li inti ghadek izzomm f’qalbek kontrih.



Make a free website with Yola