jesusandmary

IT-TALB

 

Qabel tibda’ titlob gib quddiem ghajnejk li inti tinsab fil-presenza ta’ Alla u ghalhekk aghmel hiltek kollha biex it-talb tieghek ikun jghogob lil Alla u jitla’ bhala fwieha ta’ incens quddiemu. It-talb tant hu importanti u necessarju li minghajru xejn ma jsir hlief id-dnub kif jghidilna Kristu stess: Itlobu biex ma taqghux fit-tentazzjoni.”

Kun af li meta titlob xi haga lil missierek dan zgur li jaghtihielek meta jaf li din hija ta’ bzonn ghalik jew utli: izda meta l-haga tkun ta’ dannu ghalik zgur li jichadhielek ostinatament. Hekk jimxi Alla maghna. Meta dak li nitolbuh ikun ta’ gid ghalina jaghtina dak li nitolbuh kif stqarr Kristu: “ Jekk intom tafu taghtu lil uliedkom dak li hu tajjeb kemm izjed missierkom mis-Sema jaghti l-ispirtu t-tajjeb lil min jitlobhulu?” Mela kull ma ghandek bzonn, itolbu lil Alla u zgur li ma issibx konfuzjoni kull darba li tkun irrikorrejt Lejh, basta li t-talb tieghek ikun gej mill-qalb ghax kif jghid Santu Wistin li ghalxejn jahdmu ix-xuftejn jekk il-qalb ma titlobx.

Osservajt x’jaghmlu l-bnedmin li huma kollha mahluqin ghax-xbiha ta’ Alla biex jaqilghu xi grazzja jew favur minn bniedem? Jersqu quddiemu kollhom umilta’ u qabel jitolbuh joffrulu dak li jafu li jiehu gost bih. Issa hekk ghandek taghmel biex taqla’ minn Alla l-grazzji: offrilhu dak li hu prezzjuz f’ghajnjejh: hu prezzjuz fl-ghajnejn tieghu li wiehed ikun hafer, henn b’xi mod ghall-proxxmu tieghu. Toghgbu wisq l-umilta’ kif hemm miktub fl-Iskrittura li Alla jaghti l-grazzja tieghu lil umli; pero’ fuq kollox li wiehed joffri lil Gesu’ Kristu. Meta inti titlob la taqtax qalbek jekk ma tkunx ircevejt dak li tlabt, izda ibqa’ itlob kif jghallimna Kristu: “Habbtu u lilkom jigi miftuh; fittxu u ssibu.” Xejn ma hu potenti daqs dak il-bniedem waqt l-orazzjoni. L-orazzjoni tissoponi fil-qalb fidi ferma u li bil-fidi biss ingibu vittorja fuq l-ghedewwa kollha taghna.

Ghandek ghalhekk tipperswadi ruhek li Alla hu missierek u bl-istess kunfidenza, anzi akbar, li biha inti titlob lil missierek ta’ din l-art, hekk itlob lil Missier tas-Sema li ghandu l-mezzi kollha biex jikkunslak u li jista’ kollox; itolbu bi ftit kliem ghax hu diga’ jaf minn qabel ma titolbu x’ghandek bzonn.  Rigward dak li titolbu kun dejjem marbut mal-volonta’ tieghu ghax Hu jaf liema hu l-gid u liema hu d-deni ghalik. L-orazzjoni hija mhux biss meta inti titlob bil-kelma, izda wkoll meta terfa’ il-hsieb tieghek Fih ghal xi haga ohra per ezempju, iggib fil-menti tieghek il-hsieb li qed jarak, li qed jiehu hsiebek, li hu kbir u tajjeb u l-bqija.

KONKLUZZJONI:

Kull meta inti fil-bzonn ta’ l-ghajnuna, u din hija dejjem u kull hin tal-jum, dur lejn Alla u itlobielhu u qatt tiddejjaq ghal ebda bzonn li fih tkun tinsab. Itlob lil Missier tas-Sema, irrikorri lejh u ragun ikollok li tfahhru.

 

 

Make a free website with Yola