jesusandmary

 

 

 

IR-RABA’  KRUCJATA

 

L-imperatur Alexius III kien issa bniedem mahrub. Iz-zgahzugh Alexius kien hdejn missieru jmexxi bhala re, li ha l-isem ta’ Alexius IV. Il-krucjata ma setghetx tkompli bl-obbjettiv taghha billi issa kienet dahlet ix-xitwa. Kienu qed jistennew rinforzi u ikel u munizzjon. Hekk kif tasal ir-Rebbiegha kellhom jitilghu bil-bahar lejn l-Egittu u jiehdu l-art imqaddsa.

Alexius IV ma setghax izomm kelmtu ghaliex it-tezor kien vojt.  Ghalkemm il-bizantini u l-krucjata kienu jidhru allejati u hbieb, minn taht kienu totalment ghedewwa.  Hadd ma kien jahmel lil hadd.

Spiss kien ikun hemm l-inkwiet fil-belt. Sudati tal-krucjata bdew jibzghu jimxu wahedhom fit-toroq tal-belt. Il-bizantini tant saru jobghodu mhux biss lil krucjata izda ukoll lin-nies ta’ l-occident li kienu jghixu fil-belt, anke lil dawk li sahansitra ggieldu favur taghhom. Irgiel nisa u tfal kienu massakrati u dawk li salvaw harbu lejn il-kamp tal-krucjata u b’hekk sahhew idejn l-invasuri.

Alexius IV ma setghax jigbor flus bizzejjed biex jhallsu l-weghdiet tieghu lill-krucjata u anqas ma seta’ jehles minnhom.  Huwa waqa’ taht l-influwenza ta’ nobbli jismu Alexius Ducas maghruf ahjar bhala Mourtzouphlos. Dan irnexxilu jdahhal lil Alexius f’nasba, tefghu l-habs u hadlu t-tronn.

Mourtzouphlos, issa bhala l-imperatur Alexius V (tlett imperaturi f’sena wahda) kellu hiliet ta’ tmexxija aktar mill-predecessuri tieghu. Ghalaq il-bibien tal-belt u qieghed difiza. Bena’ strutturi ta’ l-injam madwar zewg jew tlett sulari gholja fuq is-swar biex inaqqas l-effett tax-xwieni venezjani  bhala torrijiet ta’ l-assedju f’wicc il-bahar.

Meta gietu l-opportunita’ Mourtzouphlos ghamel uzu tajjeb minnha. Jum wiehed f’ Dicembru meta r-rih kien qed jonfoh lejn in-naha ta’ fejn kienu ankrati x-xwieni, ordna li jsir attakk permezz tan-nar fuq ix-xwieni venezjani ankrati ftit ‘l barra. Kienet ser tkun qerda totali tax-xwieni venezjani li kieku ma kienx ghall-kuragg tal-bahhar u suldati.

Minghajr ma tfixklu jew qatghu qalbhom, is-suldati telghu fuq x-xwieni taghhom  u b’hila u kuragg liema bhalu imbuttaw lura d-dghajjes li minn fuqhom kien qed isir l-attakk bin-nar biex jehilsu l-flotta taghhom mill-qerda.

 F’Jannar Mourtzouphlos ircieva ahbar li l-krucjata kienet qed fuq spedizzjoni ta’ serq mill-belt ta’ Philia. Huwa attakka lil krucjata waqt ir-ritorn taghha fil-kamp, imma s-suldati rnexxilhom jeghlbuh, mhux biss imma qabdu l-istandard u l-ikona mqaddsa li tradizzjonalment kienu jakkumpanjaw lil imperaturi bizantin waqt it-taqbid.

Meta Mourtzouphlos dahal mill-gdid gewwa Kostantinopli huwa habbar li kien ghamel rebha.  Meta kien mistoqsi fejn kienu l-ikona u l-istandard wiegeb li kienu qeghdin fis-sigur.  Malajr xterdet din il-gidba fost il-krucjata li minn naha taghhom ghamlu l-aktar haga logika: waqqfu l-istandard u l-ikona fuq wahda mix-xwieni u qaghdu jqdfu ‘l hawn u l-hemm fil-port. Din sfat ta’ detriment ghal prugunier Alexius IV ghaliex Mourtzouphlos iddegrieta li l-prungunier kellu jmut b’avveliment biex jehles minn rewwixta fil-palazz. Izda wara diversi attentati, huwa ordna li kellhom jifguh.

Billi l-krucjata rat li ma kien hemm ebda tama ta’ ko operazzjoni, sitt francizi nobbli u sitta venezjani ftehmu li jiehdu l-belt bid-dnewwa. Dawn kellhom jaghzlu imperatur gdid li kellu jircievi kwart ta’ l-imperu f’ismu bil-bqija jinqasam bejn il-francizi u l-venezjani.

L-assalt kellu jkun kontra l-hajt tal-port u l-francizi kif ukoll l-venezjani nghaqdu flimkien biex ikun forza iktar qawwija. Fil-ghodwa tad-9 ta’ April, 1204 beda’ il-hbit kontra l-hajt tal-port.  Wara sighat twal ta’ attakki u glied ma’ kien hemm ebda rizulatat konkret ghall-krucjata, tant li s-suldati kellhom jirtiraw. Il-krucjata sofriet imwiet ta’ madwar 100 ragel.

Mourtzouphlos personalment mexxa’ id-difiza u ftahar quddiem il-poplu li kien imperatur kapaci ghal ahhar. Il-kapijiet tal-krucjata regghu iltaqghu flimkien biex jaraw u jistudjaw x’kien it-tieni pass. Raw l-ahjar kien li jergghu jattakkaw il-hajt tal-port.

L-assalt kien ippjanat ghat-Tnejn 12 ta’ April. Il-jum ta’ qabel, il-Hadd, is-suldati kollha inkulza l-venezjani skumnikati, semghu l-quddies.

L-ghada sehh l-attakk. Din id-darba ir-rih ghen hafna lil krucjata. Ir-rebha ta’ qabel gholiiet il-moral tad-difensuri. L-attakk dam sejjer ghal hafna sighat u l-qlubija u l-kuragg ta’ xi uhud mill-krucjata kellha rizultat posittiv. Minkejja  li Mourtzouphlos ha sehem fit-tmexxija tad-difiza, torri wara l-iehor bdew jaqaghu taht idejn il-krucjata hekk li l-bizantini kellhom jaharbu u l-mexxejj taghhom sab kenn f’wiehed mill-palazzi tieghu. 

Ghalkemm kien jidher li l-krucjata kellha r-rih fil-qaleb, is-suldati kienu ghajjiena.  Kienu qed jistennew gimghat ta’ glied fit-toroq u ghalhekk addottaw sistema ta’ difiza filwaqt li harqu bini biex iharsu ruhhom minn xi kontra attakk. Imma r-resistenza waqfet billi Mourtzouphlos harab.

Ghal tlett ijiem shah il-belt sofret sakkeggi u serq ta’ tezori mprezzabbli. Filwaqt li l-francizi tawha ghax-xorb, il-venezjani bdew jisirqu l-aqwa tezori daqs li kieku hallelin professjonali.  Ezempju haj ta’ dan is-serq huma dawk l-erba’zwiemel li jsebbhu il-faccata tal-pjazza ta’ San Mark.

L-imperu bizantin miet biex ma qam qatt aktar. L-imperu latin li l-krucjata waqqfet gewwa Kostantinopli kien wiehed dghajjef li qatt ma seta’ jiehu r-ruh. Baldwinu gie mahtur imperatur u s-sena ta’ wara nqabad prugunier. Fis-sena 1262 l-imperatur fl-ezilu Mikiel Paleologus hataf mill-gdid lil Kostantinopli imma l-belt qatt ma rnexxilha terga’ tqum fuq saqajjaha biex turi l-glorja li kienet tgawdi qabel. Fis-sena 1453 it-torok hatfuha taht il-kmand taghhom.

 

Make a free website with Yola