jesusandmary




Min hu ta’ Kristu?

Il-bniedem li jistqarr li hu ta’ Kristu, li jghid li jimxi warajh, jopra bil-fini li dejjem u f’kollox joghgob lil Alla. Ghalhekk imeri lin-natura tieghu li f’kollox tfittex lilha nnifsha u thobb is-sodisfazzjoni temporali taghha.

Hija haga fundamentali li min hu ta’ Kristu jrid ikollu fih dan l-ispirtu qaddis, spirtu ta’ sagrificcju kif ghidna aktar ‘l fuq. Bir-ragun kollu, ghalhekk, San Pawl jghallimna li min ma ghandux l-ispirtu ta’ Kristu dan ma jistax ikun ta’ Kristu. U Kristu jkompli jurina car li s-saltna tas-smewwiet hija merfugha ghal dawk li jaghmlu l-volonta’ tieghu, anke jekk ikun hemm bzonn li wiehed imeri lil qalbu. “ Mhux min jghidli Sinjur Sinjur jidhol fis-saltna tas-smewwiet, izda min jaghmel il-volonta tieghi, dan jidhol fis-saltna tas-smewwiet” – Gesu’ Kristu.

Kristu ghallimna x’ghandu jkun l-ispirtu ta’ kull nisrani mhux biss bil-kelma izda ukol bl-ezempju. Hadd ma jista’ jkun ta’ Kristu jekk fih ma tghammarx l-umilta’. Kristu nizel ghalina mis-smewwiet u libes il-libsa ta’ l-umanita’: Alla ma jarahiex bi kbira li jiehu fuqu n-natura umana, isir f’kollox bhalna barra mid-dnub. Huwa ghazel omm umli u missier puttativ, umli ukoll, it-tnejn imbeghdin mill-osservazzjoniet tal-bnedmin. Huwa stess ghazel li jghix fil-mohbi meta seta’ ghaggeb lid-dinja kollha u jigbed fuqu applawsi u unuri universali ghal omnipotenza tieghu. Huwa stess ghazel li jaghmilha ta’ seftur meta kollox huwa tieghu. 

Ma hemmx bzonn li nkompli  nghidlek izjed fuq hajjet Kristu  ghax kull nisrani jaf li hajjet Gesu’ kienet slaleb, umiljazzjonijiet u dak kollu li kien kontra qalb il-bniedem.


Make a free website with Yola