jesusandmary

  

 

NAHDMU GHAS-SALVAZZJONI TA' L-ERWIEH.

Ahna obbligati li mhux biss insalvaw ruhna izda inkunu ta' ghajnuna ghall-proxxmu taghna biex hu wkoll jsalva. Isma' ftit x'jghid San Gorg Preca fuq il-mezzi biex wiehed jghin lil Kristu fil-missjoni tas-salvazzjoni:

1. L-ewwel pass hu li ahna nqaddsu lilna nfusna ghax inkella Alla ma jinqedix bina: is-salvazzjoni hija xoghol tal-grazzja t'Alla.

2. It-taghlim tad-duttrina nisranija huwa assolutament mehtieg: ghalhekk kif nistghu, immiddu idejna biex nghallmu x'ghandu wiehed jemmen u x'ghandu josserva biex ikun jista' jsalva ruhu.

3. Nitkellmu ma' min hu qrib taghna fuq in-novissimi li ghandhom forza kbira biex jigbdu attenzjoni specjali: il-mewt hija l-unika serjeta' ghal kulhadd.

4. Nitlob lil Alla li ghal merti ta' Gesu' Kristu jaghti l-grazzja tieghu lil midimbin ghaliex minghajrha zgur li hadd ma jista' jitqanqal ghall-indiema.

5. Naghmlu sagrificcju f'tghakkis kontinwu u prudenti ta' l-ghajnejn li hu ordinat biex iqanqal ‘l Alla li jaghmel hniena mal-midimbin.

6.  Naghmlu sagrificcju f'pacenzja kontinwa b'kollox u b'kulhadd li hu ordinat biex il-midimbin ihaddnu d-dawl li jaghtihom fuq il-fjammi ta' dejjem.

7. Forza qawwija tassew effikaci ghall-konverzjoni tal-midimbin hija l-orazzjoni msiehba mas-sawn ghaliex tigbed mis-sema n-nida tal-grazzja fuq il-qlub ostinati fid-dnub.

8. Nirrakomandaw lil Marija SSma il-midimbin biex ikollhom il-protezzjoni taghha ghar-ruh u ghall-gisem, billi nipprokulawlhom medalja mirakoluza u nhabirku li jgibuha mdendla ma' ghonqhom.

9. Nigbdu l-erwieh bl-ezempju tajjeb taghna waqt kull prova li nkunu fiha: il-kliem iqanqal izda l-ezempju jkaxkar.

10. Nikkoregu minghajr rispett uman htija gravi maghmulha quddiem l-ohrajn, insemmu l-gid li Alla ghamel maghhom u nuru l-ingratitudni taghhom.

 

dicembru13

 

 IZ-ZMIEN U L-ETERNITA'

 

Ahseb fuq id-differenza li hemm bejn iz-zmien u l-eternita' X'inhuwa z-zmien? Hu spazju f'kors bla ma jieqaf izda li jispicca zgur.  X'inhija l-eternita'? Hija linja twila f'kors li ma jieqafx u li ma jispiccax. Kull bniedem f'sensih jaghti dejjem preferenza ghal dak il-gid li ma jintemmx, li ma jispiccax. 

 Bosta nies mietu, jigifieri hargu mill-ispazju taz-zmien u dahlu fl-eternita'.  Xi uhud minnhom ippreferew iz-zmien ghall-eternita' u dawn huma l-indannati.  Ohrajn ippreferew l-eternita' ghaz-zmien u dawn huma l-beati.  Jista' jkun li wiehed perswaz fuq l-eternita' meta jara li z-zmien huwa twil  biex jistenna xi oggett mixtieq jew meta jara li l-ugiegh jew il-mard ghat-tul?

 Oh eternita! L-eternita'!. Kemm hija pont serju l-eternita! U din l-eternita hija wisq miftuha quddiem l-ghajnejn taghna. xi naraw li meta wiehed imut, ma jergax jigi lura izjed ghax jidhol fl-eternita' X'biza jaqa' fuq ir-ruh li taghraf li  waslet biex tohrog miz-zmien, u tidhol fl-eternita', x'hin tara li flok ma impjegat iz-zmien taghha biex isservi  lil Alla, hija nqdiet biex tissodisfa lilha nnfisha bl-offiza tieghu! X'inhija l-hajja ta' issa? Duhhan li jidher ghal ftit, ziffa rih li malajr tghaddi u l-eternit'a ma tintemm qatt.

Ipproponi li tghozz iz-zmien billi taghmel il-gid bl-opri tajba ghaxf'mewtek ma ssibux.

 

novembru13

 

SPIRTU TA' UMILJAZZJONI

 

Ahseb kif Gesu' Kristu, l-imghallem wiehed tal-bnedmin kollha gieb ruhu lejn innifsu. Sa mid-dhul tieghu fid-dinja ddisprezza kull ma d-dinja ssib biex tissuppervja.  Infatti tefa' taht saqajh il-glorja, l-unuri u l-istimi taghha, il-flus u l-ghana taghha u kull xorta tas-sudisfazzjon tas-sensi fil-pjaciri taghha u thaddan mas-salib, ma' l-umiljazzjonijiet u l-faqar. Ir-re tal-glorja gie fid-dinja biex jaghmilha ta' seftur. U hu car u tond qal fuqu nnifsu li ma kienx gie biex ikun servut izda biex iservi u biex ihalli hajtu b'fidwa ghall-bnedmin. Hadd, ebda bniedem, jghid San Geraldu Majella, ma jista' jghid li umilja ruhu ghax il-bniedem fih innifsu ma huwa xejn; dan Kristu wahdu jista' jghid li umilja lilu nnifsu, ghax ghogbu jidher fostna l-bnedmin u jithallat maghna fin-natura taghna barra mid-dnub.  Kemm hija tassew kbira l-umilta' ta' Kristu li ghax ried hu gie maghdud max-xellerati fuq is-salib f'bahar ta' disprezzi! Mhux veru li fik hemm l-ispirtu ta' Kristu jekk inti tahseb li inti xi haga, meta ma inti xejn. U waqt il-prova inti tista' tarax'tahseb fuqek innifsek.  Min jahseb li ma huwa xejn u li huwa mizerja, ma jgergirx, lanqas juri ruhu, lanqas jispacenzja ruhu.

Ipproponi li ssallab lilek innifsek, jekk inti trid tassew tghix bl-ispirtu ta'Kristu li fih il-vera paci tal-qalb.

 

ottubru13

 

L-ISPIRTU TA' KARITA' LEJN IL-PROXXMU

 

Ahseb kif gieb ruhu Kristu mal-proxxmu tieghu jigifieri mal-bnedmin u ara jekk setghax ihobbhom izjed milli habbhom, x'hin halla hajtu fuq salib biex jehlishom mill-fjammi ta' dejjem. Kristu, veru Alla u veru bniedem, imghallem u mhallef tal-bnedmin kollha qal: " Dan hu l-kmandament tieghi, li intom thobbu wiehed lil iehor kif jien habbejtkom." Ev Gwann 15, 12.

U huwa diga qalilna li fil-jum tal-gudizzju universali sejjer izomm b'materja dan l-istess kmandament tieghu, u li solennement sejjer ibierek lil dawk li jkun temmewh u li sejjer jishet lil dawk li ma jkunux temmewh. Matt 25, 34 - 36. Iva Gesu' Kristu gab ruhu mal-proxxmu bi spirtu ta' vera' karita', kif tixhed l-istess hajja tieghu, f'kollox ordinata ghall-glorja t'Alla u ghas-sahha taghna bnedmin.

Biex jaghti l-paci lill-bnedmin, kemm sagrificcji biex ighallimhom, kemm farag kien jaghtihom bl-ezercizzju tal-karita' ta' qalbu, kemm sostna tbatijiet imhabba fil-bnedmin! Gesu' Kristu ghall-karita' tieghu nizel mis-sema mhabba fina bnedmin, u mhabba s-sahha eterna taghna. Il-karita' li huwa kkmandalna jridna li maghmluha ma' kulhadd, jigifieri ma' l-ghedewwa ukoll, u jridha disinteressata fina, jigifieri li nistennew biss minn Alla l-hlas taghha, u li jridha sinciera fina, jigifieri mhux bil-kliem, izda bl-opri u bil-verita' u minn qalbna.

Ipproponi li zzomm f'sidrek qalb tal-laham ghall-proxxmu, jekk trid issib il-hniena ta' Alla fil-hajja u fil-mewt

 

settembru2013

 

L-ISPIRTU TA' VITTMA LEJN ALLA.

 

Ahseb li hadd ma jista' jtemm id-doveri tieghu jekk ma jkollux fih l-ispirtu ta' Kristu.  Kristu jghallimna bil-kelma u bl-ezempju biex intemmu t-tlett doveri li kull bniedem ghandu jaghmel fid-dinja.  Kristu bhala bniedem huwa kreatura, u bhala kreatura assoggetta ruhu ghat-temmija ta' dawn it-tlett doveri lejn Alla,  lejn il-proxxmu u lejh innifsu. Kif gieb ruhu Kristu lejn Alla?  Bi spirtu ta' vittma.  Infatti huwa biex jaghmel il-volonta' t'Alla, wasal biex halla hajtu fuq is-salib. San Pawl jikteb fuq Kristu illi umilja  lilu nnifsu billi sar ubbidjenti sal-mewt u sal- mewt tas-salib.  Filippesi 2, 8. Il-gost ta' Kristu hawn biss kien imqieghed li jaghmel dejjem il-volonta' ta' Alla. Infatti qal lil Appotli: "L-ikel tieghi huwa li naghmel il-volonta' ta' dak li baghtni, sabiex intemm l-opra tieghu."  Gwanni 4, 34.  U darba ohra qal lil Lhud : Dak li baghtni huwa mieghi u ma hallinix wahdi, ghaliex jiena naghmel dejjem il-hwejjeg li jghogbuh." Gwann 8, 29.  Kristu ghallimna li biex intemmu d-doveri taghna lejn Alla jehtieg li nichdu kull ma ghandna u lilna nfusna wkoll; li fi kliem iehor jehtieg li nzommu l-volonta' taghna mhix attakkata maghna nfusna u lanqas ma xejn hlief mal-volonta' ta' Alla Luqa9, 23 u kap 14, 33.

Ipproponi li tipperswadi ruhek li ebda sagrificcju ta' din l-hajja m'ghandu paragun mal-glorja li ghada gejja.

 

lulju 2013

 

ALLA JHOBB TA' ALLA LI HU

 

Ahseb jekk Alla setghax bl-omnipotenza tieghu jhobbna lilna bnedmin izjed milli habbna, x'hin huwa tana lil Iben wahdieni tieghu bhala wiehed mill-ahwa taghna li ghammar fostna biex jerfghana mid-dnub u mill-gdid idahhalna fl-istat tal-grazzja u tal-hbiberija t'Alla. Kull opra t'Alla hija denja t'Alla, ghax Alla jopra skond in-natura tieghu.

Ghalhekk huwa jhobb u jhobb ta' Alla li hu. Kemm ghandu kull bniedem ghax jirringrazzja lil Alla l-imbierek! Kemm sentimenti ta' imhabba ghandu kull bniedem inissel fin innifsu lejn Alla l-imbierek, li ahna ma konniex qatt nistghu nhobbuh li kieku ma habbniex l-ewwel huwa ! Kemm gid u minnu wahdu u permezz tieghu wahdu!

Alla huwa mhabba jikteb San Gwann fl-ewwel ittra tieghu kap wiehed vers 16. Ghalhekk min ma jhobbx m'ghandux fih l-ispirtu t'Alla u l-imhabba taghna lejn Alla tidher f-losservanza tal-kmandamenti tieghu: infatti Gesu'Kristu jghid: " Min gahandu l-kmandamenti tieghi u jharishom dan hu li jhobbni." Gwanni 14, 21. Hija verita' li n-natura taghna thobb lil min ihobbha; issa min qatt setgha jhobbna daqskemm habbna Alla? Izda oh, kemm ftit huma dawk li jhobbu lil Alla!

Ipproponi li b'sentimenti ta' mhabba u ta' rikonnoxxenza lejn Alla wara kull gid li inti taghmel jew li inti tircievi, tghid sincerament: "Grazzi Sinjur Alla."

 

gunju 2013

 IL-KREATURI FIT- TRIQ TAS-SALVAZZJONI

 

Ahseb li l-kreaturi kollha mahluqa ghall-bniedem sabiex permezz taghhom huwa jasal ghall-fini li ghalih huwa mahluq. Immela l-bniedem ghandu jghozz dawk il-hwejjeg kollha li jressquh lejn Alla., u ghandu jitwarrab minn dawk il-hwejjeg kollha li jbgheduh mill-fini tieghu li hu Alla. Kull haga li tbieghdek minn Alla hija ghalik okkazjoni prossima tar-rovina tieghek innifsek, ghax jekk ma titwarrabx minnha inti ma tasalx ghall-fini li ghalih inti mahluq, jigifieri ma sservix lil Alla u perkonsegwenza tintilef.

 Ahseb li fost il-kreaturi kollha, l-aktar li jistghu jkunu ta' okazzjoni jew kawza ta' telfien tieghek ta' dejjem huma l-gibda ghall-imhabba tal-flus u l-gibda ghall-imhabba karnali. Rigward il-flus, isma' x'ighid l-Ispirtu Santu : " Xejn ma huwa aktar hazin milli wiehed ihobb il-flus. " Ekk 10, 10. Rigward il- gibda ghal imhabba karnali huwa bizzejjed li inti tara lil Salamun b'tant gherf, b'tant ghana mwaqqa' f'tant dlamijiet. Ghalhekk jekk inti ghandek xi affezzjoni lejn xi hadd ezamina jekk hiex karnali jew spiritwali mis-sinjali li johorgu minnha. Kollox jimxi bis-sinjal propju tieghu. L-affezzjoni karnali tnaqqas il-memorja t'Alla fik, tnaqqas il-hegga ghall-virtu u tinkwieta l-qalb. L-affezzjoni spiritwali izda tkabbar il-memorja t'Alla fik u l-hegga ghall virtu' u taghtik il-paci. Dina l-affezzjoni ghozza, izda l-ohra ahrabha bhall-pesta.

Ipproponi li f'kollox tahseb x'jigri wara.

mejju 2013

 Il-KOBOR TA' MARIJA SSMA.

 

Ahseb fuq il-kobor ta’ Marija Santissma. Alla l-Missier ghazilha bhala bintu, u ghamilha regina tas-sema u ta’ l-art, Alla l-Iben ghazilha b’omm tieghu vera u naturali u ghamel is-sottomissjoni lejha, Alla l-Ispirtu Santu ghazilha b’gharusa tieghu reali u, imliha u ghaniha bil-grazzi u bid-doni tieghu. Marija Santissma stess stqarret li Alla ghamel maghha hwejjeg kbar, u kbar tassew, x’hin li hija vera kreatura Alla nnifsu assoggetta lilu nnifsu lejha u taha qima li tishoqq lil omm. Marija kienet dik il-mara li Alla wieghed fil-genna ta’ l-art, li kellha tishaq ir-ras tax-xitan, u fil-koncepiment immakulat taghha ntqieghed l-ghadu bejnha u bejnu. Satana ma setghax ghaliha, x’hin huwa seta' u ghadu jista’ ghall-ulied kollha ta’ Eva.

Ahseb ftit fuq il-konsegwenza li kieku Marija kienet ghal mument wiehed irsira u qaddejja tieghu! Min jista’ jhoss fih li Alla jaghti tant okkazjoni ta’ glorja hekk kbira, u ta’ unur hekk kbir lill-ghadu ta’ l-Isem qaddis u terribbli tieghu? Dan il-privilegg tant hu prezzjuz ghal Marija li hija stess ghat-tifkira tieghu waqfet monument f’Lourdes, u iehor permezz tal-Medalja Mirakoluza.

Ipproponu li tahdem is-salvazzjoni ta’ ruhek ukoll, billi tqim lil Marija Santissima l-aktar fil-Koncepiment Immakulat taghha.


marzu 2013

ID-DNUB HUWA OFFIZA LIL ALLA.

 Ahseb li d-dnub huwa disprezz tal-volonta' t'Alla: il-Kreatur jikkmanda u l-kreatura tghidlu: " Ma nservikx." Din hija kruha l-aktar kbira, li min jaghmilha ma jkunx gharaf lil Alla. Ghalhekk Gesu' Kristu qal li din hija l-hajja eterna li wiehed jaghraf lil Alla u lilu nnifsu, jigifieri l-istess Gesu' Kristu, ghax min jaghraf lil Alla ma jidnibx. Id-dnub il-mejjet kieku kienet haga tista' tkun, jeqred lil Alla, ghax Alla tant jobghod id-dnub daqs kemm ihobb lilu nnifsu. Immela min jaghmel id-dnub irid jaghmel deni lil Alla. U xi nghidu fuq id-deni li jaghmel lilu nnifsu l-bniedem bid-dnub il-mejjet? Id-dnub il-mejjet itellef kemm merti jkun ghamel il-bniedem quddiem Alla. Sakemm il-bniedem ikun ghadu fl-istat tad-dnub il-mejjet ma jista qatt jimmerita ghall-opri tajba li huwa jaghmel; jekk tigi l-mewt u dina ssib lill bniedem fl-istat tad-dnub il-mejjet minghajr ebda dubju dan il-bniedem isib ruhu fit-telfien ta' dejjem. Id-dnub il-mejjet ibieghed il-vera paci mill-qalb u jikkaguna hafna hsarat anki temporali, jew ihassar is-sahha tal-gisem, jew itellef il-fama u jgib inkwiet u miserji ohra u xi drabi jsir minghajr ma jhalli ebda rimedju ghat-tiswija tal-hsarat kbar li jkun gab.

Ipproponi li tipperswadi ruhek li d-dnub wahdu huwa l-uniku ghadu tieghek.

frar 2013

 

jannar 2013

Make a free website with Yola