jesusandmary


IL-PACI

 

X’jiswa’ li jkollok hafna flus, unuri u kull kumdita’ ohra jekk fil-qalb tieghek ma issaltanx il-paci?  Kulhadd jahdem ghall-paci: il-hziena jidimbu ghax jahsbu li ser isibu l-paci u ma jsibuhiex ghaliex ix-xitan jurihom naha wahda tal-munita, in-naha l-ohra jigifieri l-konsegwenzi tad-dnub jahbihomlhom. Ghandna proverbju bil-Malti li jghidlek li x-xitan jurik kif tiftah il-borma izda le kif tghattiha. U t-tajbin jitqaddsu biex isibu l-vera paci, dik il-paci li wieghed Kristu u wieghdu l-angli fit-twelid ta’ Kristu: “U paci fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.”

Kristu awn il-lejl qabel ma miet dar lejn l-appostli u qalilhom: “Il-paci tieghi jiena naghtikom, il-paci tieghi jiena nhallilkom.” Issa d-dinja twieghed il-paci b’mezzi li minflok ma jaghtu l-paci, inisslu fil-qalb dieqa u niket b’xhud tal-kbir gharef Salamun: il-mezzi, immela li tana Kristu ghall-paci huma l-kuntrarji tad-dinja. Kristu bil-kelma u bl-ezempju ghallimna t-triq tal-paci li hija faqar, umiljazzjoni u tbatija li huma tassew opposti ghat-triq il-wiesgha tad-dinja li tiehu ghat-telfien: flus, unuri u delizzji tas-sensi.

Kemm nies huma boghod mill- paci u jinsabu f’bahar ta’ inkwiet u rovina. Pero’ il-htija li jghixu bla paci hija kollha kemm hija taghhom ghaliex jemmnu lid-dinja u lil Kristu ma jemmnuhx. Precizament kif ghamlet Eva li emmnet lis-serpent li qalilhom li ma tmutux u lil Alla li qalilhom li jmutu jekk jieklu mill-frotta projbita ma emmnuhx. Il-htija hija kollha kemm hija taghhom ghaliex meta tfacca l-ghadu tal-paci, id-dnub, flok keccewh, tbissimlu u tawh lok fil-qalb taghhom.

Il-Kempis, awtur ta’ kitba ghar-ruh jikteb li min ma jimpurtahx minn unuri u anqas minn tmaqdir issib li ghandu l-paci fil-qalb tieghu. Habib kbir tal-paci huwa s-Silenzju. Min hu silenzjuz ma jizbalja qatt u l-paci dejjem tirrenja fil-qalb tieghu. Qatt smajtu l-proverbju Malti li jghid: Ghidt kelma swietli mija u li kieku ma ghidt xejn kien ikun wisq ahjar ghalija.

Is-Silenzju jurik l-aqwa gid. Min qatt wera' ghozza ghas-silenzju u s-silenzju ma wriehx l-aqwa tezori? Fl-agitazzjonijiet u fit-tahwid tad-dinja min spicca hazin u kellu biss ghaliex jindem? Forsi mhux min ma osservax is-silenzju? U d-dinja kemm tiddisprezzah! U ghalhekk min jghid u jghid bla ma jahseb qabel x’jista’ jigri,  ma ghandu u ma jistax ikollu qatt il-paci.

KONKLUZZJONI:

Il-paci hija premju kbir li jinghata biss lil dawk li lesti jaghmlu gwerra lid-dinja fis-sentimenti taghha. Kun af li d-dinja u Kristu huma kontra xulxin. Ghalhekk lil xi hadd minn dawn it-tnejn jehtieg li taghmel gwerra. L-ghazla hija f’idejk u l-ghaqal tieghek u s-sens tieghek, jekk inti ma intix iblah, jindikawlek lil min taghzel minghajr sobgha 

Make a free website with Yola