jesusandmary

  

 

NAHDMU GHAS-SALVAZZJONI TA' L-ERWIEH. (2)

11.Inxerrdu kif nistghu l-qari tajjeb b'hegga kontra l-kotba hziena.

12. Naghmlu karita li skond l-iskrittura minhabba fiha nqaqlu lil Alla ghall-hniena lejn min ghanilha u li Alla jbierek il-fini taghhom ordinat ghall-gis spiritwali tal-midimbin.

13.Nistiednu ghas-smiegh tal-kelma t'Alla lil dawk li nafuhom hbieb tad-dinja li japprezzaw dak li jaraw qziez fl-ghajnejn t'Alla.  Il-fidi mis-smiegh.

14. Inressqu bil-hlewwa ghas-sagrament tal-Qrar, li hu sustanza tal-konverzjonijiet veri u sincieri, lil min nafuh traskurat fis-servizz t'Alla.

15.Ninteressaw ruhna ghall-kultura tat-tfal tant diligenti kif ukoll dawk negligenti, fit-taghlim tal-katekizmu kattoliku; it-tfal jimpressonjaw ruhhom bir-rakkonti fuq il-mewt ghal-gharrieda u fuq l-Infern.

16.Ma nitilfux okkazjoni li tigina biex naghtu ghajnuna lill-proxxmu fil-bzonnijiet naturali ghax din tiddisponi wisq lil min jirceviha biex jisma l-kelma tajba tal-benefattur. San Filippu Neri ghallem lil min irid jaghmel il-gid lill-erwieh ma jibzax ghal butu.

17.  Naghmlu gwerra fl-isem t'Alla kontra kull xorta ta' skandli.  L-iskandlu huwa zerriegha tad-dnub u huwa wahxi fiz-zmien u terribilment wahxi fl-eternita'.

18.  Niehdu kuragg nahdmu ghas-salvazzjoni ta' l-erwieh ghax min isalva ruh, skond San Gakbu, b'hekk jigi biex ighatti d-dnubiet propji tieghu nnifsu, ikunu kemm ikun kbar fil-malizzja u fin-numru.

19. Min ikun kawza li midneb jikkonverti jikkanguna ferh fl-angli tas-sema.  Hekk qalilna Gesu' fl-Evangelju.

dicembru 09

NAHDMU GHAS-SALVAZZJONI TA' L-ERWIEH. (1)

Ahna obbligati li mhux biss insalvaw ruhna izda inkunu ta' ghajnuna ghall-proxxmu taghna biex hu wkoll jsalva. Isma' ftit x'jghid San Gorg Preca fuq il-mezzi biex wiehed jghin lil Kristu fil-missjoni tas-salvazzjoni:

1. L-ewwel pass hu li ahna nqaddsu lilna nfusna ghax inkella Alla ma jinqedix bina: is-salvazzjoni hija xoghol tal-grazzja t'Alla.

2. It-taghlim tad-duttrina nisranija huwa assolutament mehtieg: ghalhekk kif nistghu, immiddu idejna biex nghallmu x'ghandu wiehed jemmen u x'ghandu josserva biex ikun jista' jsalva ruhu.

3. Nitkellmu ma' min hu qrib taghna fuq in-novissimi li ghandhom forza kbira biex jigbdu attenzjoni specjali: il-mewt hija l-unika serjeta' ghal kulhadd.

4. Nitlob lil Alla li ghal merti ta' Gesu' Kristu jaghti l-grazzja tieghu lil midimbin ghaliex minghajrha zgur li hadd ma jista' jitqanqal ghall-indiema.

5. Naghmlu sagrificcju f'tghakkis kontinwu u prudenti ta' l-ghajnejn li hu ordinat biex iqanqal ‘l Alla li jaghmel hniena mal-midimbin.

6.  Naghmlu sagrificcju f'pacenzja kontinwa b'kollox u b'kulhadd li hu ordinat biex il-midimbin ihaddnu d-dawl li jaghtihom fuq il-fjammi ta' dejjem.

7. Forza qawwija tassew effikaci ghall-konverzjoni tal-midimbin hija l-orazzjoni msiehba mas-sawn ghaliex tigbed mis-sema n-nida tal-grazzja fuq il-qlub ostinati fid-dnub.

8.
Nirrakomandaw lil Marija SSma il-midimbin biex ikollhom il-protezzjoni taghha ghar-ruh u ghall-gisem, billi nipprokulawhom medalja mirakoluza u nhabirku li jgibuha mdendla ma' ghonqhom.

9. Nigbdu l-erwieh bl-ezempju tajjeb taghna waqt kull prova li nkunu fiha: il-kliem iqanqal izda l-ezempju jkaxkar.

10. Nikkoregu minghajr rispett uman htija gravi maghmulha quddiem l-ohrajn, insemmu l-gid li Alla ghamel maghhom u nuru l-ingratitudni taghhom
.

novembru 09


"Marija Santissma hija omm l-Imhallef u omm il-hati."
"Il-gisem jirrezisti u joqmos meta r-ruh tahbat tikkmanda."
"Ghakkes 'il zaqqek jekk trid bla tbatija trazzan il-gibdiet hziena ta' gismek."
"Kun sudditu tajjeb jekk trid tkun kap tajjeb."
"Ispirazzjonijiet ta' glied u ta' diskordji huma gejjin minn Satana."
"Gesu' jrid li jkun mahbub fuq kollox."
"Jaghti kbir pjacir lil Alla min jahseb fuq il-kobor ta' dnubietu."
"Libsa sabiha ma tindikax gherf."
"Min jitlef ruhu jkun tilef kollox."
"Min jaghmel il-veru gid ghandu jistenna fid-dinja ghira u mibeghda."
"Tghaxxaq b'Alla, u Alla jaghtik kulma tixtieq."
"Predikatur famuz min ixerred qari tajjeb."
"Fid-dwejjaq ta' qalbek idhol fl-orazzjoni u mhux fil-frughat tad-dinja biex idderri."
"Tattakka ruhek ma haga mahluqa huwa tahbit bit-telf."
"Min izomm il-punt tieghu jkollu jitlaq ix-xettru tal-paci."
"Ix-Xjenza necessarja ghall-bniedem hu li jaghraf lilu nnifsu."

awissu 09

"Il-biza' ta' Alla jaghmel il-qlub qaddisin."
"Ingrat lejn il-bniedem ingrat lejn Alla."
"Bniedem ta' fidi soda ma jridx jisma provi."
"Il-veru karittativ ma jistenniex rikonoxxenza."
"Il-mard huwa wahxi ghan-natura u prezzjuz ghall-grazzja."
"Il-paci tiddependi mill-hsibijiet tal-mohh."
"Religjuz faccjol min josserva virtu' u jikser ohra."
"Hija prudenza li titghallem bi spejjez ta' l-ohrajn."
"Parir tajjeb hija karita' kbira."
"Xoghol ghaqli tas-superjur huwa li jghaqqad il-qlub f'qalb wahda."
"Is-silenzju huwa preparazzjoni ghall-orazzjoni."
"Tersaqx titlob 'l Alla jekk ma tridx tahfer lill-ghadu tieghek."
"Il-bniedem huwa responsabbli ta' kull kelma li jghid."
"Ixtri dejjem u itlob li l-volonta' ta' Alla ssir shiha fik."
"La timliex mohhok billi bniedem kbir ikun igibek
."

lulju 09

"Il-veru unur tal-bniedem huwa l-virtu."
"L-oghla grad ta' mhabba hija x-xewqa li tmut tiex tinghaqad f'Alla."
"Fejn m'hemmx rixtellu hemm ir-rovina."
"Aghmel dak li tista' u Alla ma jabbandunakx."
"Dejjem umilta', dejjem imhabba, dejjem ubbidjenza, dejjem sabar."
"L-aqwa studju ta' Satana hu illi jiehu l-fidi minn qalb il-bniedem."
"Erfa' salibek, imxi wara Gesu', u ssib ruhek fil-hajja ta' dejjem."
"Tassew kbir min ghandu karita kbira."
"L-ahjar mezz biex wiehed jaqla' grazzja minn ghand Alla huwa devozzjoni vera lejn Marija Santissma."
"Min jiddisprezza virtu' jiddisprezza 'l shabha."
"Min ihobb 'l Alla dejjem irid jikber f'din l-imhabba u ma jafx jghid 'Bizzejjed'."
"Il-mewt ghandha d-dritt li tidhol fid-dar ta' kulhadd u kullimkien."
"Il-gudizzji ta' Alla ta' min jibza' minnhom u mhux ta' min jirraguna fuqhom."
"Kastig wahxi meta Alla jkeccik mis-servizz tieghu."
"Hu supperv min imaqdar il-proxxmu."
"Jichad karita' min m'hux denn li jaghmlilha."

gunju 09

"Ghall-genna kull xoghol huwa ftit."
"Il-karittativ huwa indukrat minn Alla f'kull siegha hazina."
"F'kull tentazzjoni dur maljar ghall-orazzjoni."
"Bniedem ta' Alla ma jridx u la lilu u lanqas il-hwejjeg tieghu ppriedkati."
"Hadd ma jista' jigbor kelma li tkun harget minn halqu."
"Tistriehx fuq l-ghaqal tieghek."
"Unur kbir hu li zzur il-morda"
"Alla ta lill-bniedmin lil Marija Santissma ghas-sahha taghhom."
"Min ihobb 'l Alla jahseb u jitkellem fuqu spiss."
"Meta tghid hajja ta' bniedem tkun tghid mizerji."
"Min ibati xi haga ghal Alla dan hu l-ahjar bniedem"
"Gesu' fis-sema, u hemm jitla' l-hsieb ta' min ihobbu."
"Tghabbix lil ghajrek b'dak li inti ma tiflahx."
"Qatt la tahseb li taghmel kollox f'daqqa."
"Kelma li tkun harget minn fommok ma tista tigborha."

mejju 09

"Bla habib ma tistax tghix."
"Difficli tassew li titkellem u ma tghidx xi haga zejda."
"Hwejjeg li ma jimpurtakx minnhom tindahalx fihom."
"Iktar hafif li taqa' milli li tqum"
"M'ghandek qatt tghid: ' Jien ma naqax' avolja qaddis kbir."
"Bil-ghajnuna tal-grazzja kull bniedem jista' kollox."
"Vera felicita' ghar-ruh li sservi 'l Alla fis-skiet."
"Il-bniedem jiflah meta hu ma Gesu' u xejn ma jiflah meta mhux ma Gesu'."
"Kemm ghandu jghix il-bniedem mhux f'idejh."
"Huwa gost ghal Alla li jaghti mill-gid tieghu lil min jitolbu."
"Inti bniedem, m'intix Alla; inti laham, m'intix anglu."
"Unur u mhux misthija li sservi l-proxxmu minhabba f'Gesu' Kristu."
"Il-veru ghani hu dak li ma jixtieq xejn."
"Alla qieghed f'idejn San Mikiel Arkanglu kull ruh predestinata."
"L-itqal tentazzoni hija konta s-silenzju."

april 09

"Il-qalb tas-supperv imhabbta bil-ghira u bil-korla."
"Fid-dinja kollox momentanju."
"Dak li joghgob lilna x'aktarx li ma jkunx joghgob 'l Alla."
"M'ghandux kwiet min irid jaghmel dak li jrid hu."
"L-opri tal-bniedem igibu l-marka tal-fabbrika."
"L-uzin li bih jizen Alla xejn ma jixbah lil tal-bnedmin."
"In-natura tisma' bil-pjacir id-difetti ta' haddiehor."
"Huwa impossibli li ruh f'idejn Marija Santissma tintilef."
"Xejn ma jiswa l-mohh tajjeb jekk ma jkunx istruwit."
"Il-karita' li taghmel ma' l-erwieh tal-purgatorju ibqa' zgur li jpattuhielek."
"Id-dnub ibaxxi l-bniedem, minn anglu jaghmlu demonju."
"Kristu jhobb il-veri servi tieghu bhalma habbu l-Missier tieghu tas-sema."
"Il-bnedem ghandu jew joqghod sieket jew jghid dak li hu ahjar mis-skiet."
"Bis-sinjal tal-salib wiehed jista' jaghmel l-ghegubijiet."

marzu09

Make a free website with Yola