jesusandmary

 

 


F'AVIGNON

Miraklu Ewkaristiku iehor sehh gewwa Avingon gewwa Franza fis-sena 1433, fix-xahar ta' Novembru. Gewwa Knisja zghira immexxija mill-Frangiskani maghrufa bhala l-Penitenti Grizi, kien hemm l-esposizzjoni ta' Gesu' Sagramentat billi f'dak il-lok mkienet issir l-adorazzjoni perpetwa. Wara jiem ta' hafna xita, ix-xmajjar ta' Sorgue u Rhone ghollew ghall-livelli perikoluzi, hekk li Avignon gherqet fl-ilma. Is-superjur ta' l-ordni u fratell iehor qabdu dghajsa u qadfu lejn il-knisja certi li din kienet sfat meqruda mill-gharghar u nkwetati li l- Ewkaristija sfat meqruda.

Imma minflok kienu xiehda ta' miraklu. Ghalkemm l-ilmijiet madwar il-knisja kienu 4 piedi gholja, il-passagg mill-bieb ghal altar kien niexef u l-Ostja Imqaddsa baqghet bla mittiefsa. L-ilmijiet zammew lura bhalma zammew lura meta l-Lhud qasmu l-Bahar l-Ahmar. Imbellha ghal dak li raw, l-fratelli l-ohra gew biex anke huma jkunu xiehda ta' dak il-fatt.

Huma hallew dokumentat dak kollu li sehh u raw. L-ahbar malajr xterdet u kemm l-awtorita' tal-knisja kif ukoll bosta u bosta fidili ewkaristici gew fil-knisja jfahhru u jirringrazzjaw lil Alla. Sal-gurnata tal-lum, il-patrijiet ghadhom ifakkru din il-grajja mirakoluza. Qabel il-barka sagramentali, huma jkantaw il- kantiku mehud mill-kantici ta' Mose, li kienu miktuba wara lil l-Lhud qasmu l-Bahar l-Ahmar.


F'MORROVALLE

Fil-lejla ta' bejn is-16 u is-17 ta' April tas-sena 1560, ghall-habta tas-2.00 ta' filghodu matul l-Ottava ta' l-Ghid, fra Angelo B;asi qam ghax dehrlu li sema' xi haga tfaqqa'. Meta hares 'l barra mit-tieqa huwa lemah ilknisja fjamma wahda.

Huwa qam u mar jaghti l-ahbar lil shabu l-patrijiet. Damu 7 sighat jithabtu biex jitfu n-nar. Fil- jiem ta' wara irnexxilhom jibdew inaddfu d-debri. Kien fis-27 ta' April, meta Patri Battista da Ascoli kien qed inehhi bicca irhama mill-altar li xi darba kien l-magguri, ra ic- ciborium, jew il-pissidi f'toqba fil-hajt bil-korporal ftit mahruq b'ostja kbira konsagrata ghadha intatta u f'bicca wahda.

Ghal ghajta ta' miraklu kull min kien qed jaghti daqqa t'id gera lejh u xehed huwa stess dan il-fenomenu mirakoluz. Saru studji mill-knisja u Papa Piju IV fuq l-istharrig li sar mill-isqof Bertinoro hareg bolla fis-sena 1560 li dak kollu li sehh kien 'l fuq mir-raguni.

B'rizultat ta' dan il-miraklu, fil-knsija ta' San Bartolomew fejn sehhet din il-grajja hija mfakkra permezz ta' esposizzjoni tas- Sagrament u r-rebh ta' l-indulgenzi. L-Ostja mirakoluza baqghet priservata ntatta sas-sena 1600, meta minhabba cirkustanzi storici l-Ostja mirakoluza ghebet wara din id-data. Illum baqa' biss ir-relikwarju.

Make a free website with Yola