jesusandmary


qrara ghand papa frangisk



Qatt hsibt kif tkun thossok li kieku kellek tmur tqerr ghand Papa Frangisk?

Amerikana li kienet qed tistudja gewwa Ruma ghandha twegiba ghal din il-mistoqsija. U sejhet din l-esperjenza taghha laqgha genwina ma’ missier spiritwali – li fuq kollox kienet haga normali.

“Papa Frangisk jipprattika dak li jippriedka meta jitkellem li wiehed ghandu jkun missier hanin fil-konfessjonarju “, qalet Leslie Knop lis-CNA.

Hija qalet li l-Papa kien docli u hanin waqt il-konfessjoni taghha u fehmha, imma ghamilha cara li ried jidhol fil-qalbha tal-materja li kienet diskussa bejnithom.

Qalet li kienet l-aktar udjenza privata li wiehed seta’ jkollu mal-papa ghaliex hadd u xejn ma seta’ jfixkilna.  “Kienet tahdita bejni u bejnu li setghet tghini biex nircievi l-hniena ta’ Alla f’dak il-mument.”

 Knopf tistqarr li hassitha konfortabbli quddiem il-Papa u huwa anke qasam xi dahqa fuq xi kliem bit-taljan li hija kellha diffikulta’ li tippronunzja. “Il-Papa gharaf sew x’kont nehtieg ghar-ruhi.”

“Kienet esperjenza awtentika tal-Hniena li ssejjah ghall-konverzjoni.”

Knopf kienet wahda mill-hafna individwi li kellha opportunita li tmur tqerr ghand Papa Frangisk f’Marzu 4 meta zamm “l-24 siegha mal-Mulej” li sehhet fir-raba Gimgha u Sibt tar-Randan gewwa l-Bazilka ta’ San Pietru.

Kienet xewqa ta’ Papa Frangisk biex din il-grajja tmexxi lejn il-qrar bhala triq ewlenija biex wiehed jesperjenza l-abbracc tal-hniena ta’ Alla.

Bhala parti mis-servizz penitenzjali, il-papa Frangisku nnifsu mar iqerr qabel ma mar fil-konfessjonarju jisma’ il-qrar tal-fidili, li wahda minnhom kienet Knopf.

Ma kienitx tistenna li ser tghaddi minn esperjenza bhal din u saret taf li kienet ser tqerr ghand il-Papa jum qabel biss. “Kienet sorpriza,” tenniet Knopf u spjegat li giet maghzula ghaliex kienet involuta mal-Media Misericordia.

Il-Media Misericordia hija inizjattiva tas-sena tal-Hniena, hija progett kattoliku u toffri riflessjoni ghall-pellegrini permezz ta’ l-audio meta dawn jghaddu mill-Bieb Imqaddes ta’ San Pietru kif ukoll video ta’ 10 minuti fuq il-presenza tat-tema tal-Hniena .

Tghid li matul il-konfessjoni taghha l-Papa Frangisk offrila parir generali li kien applikabbli ghal diversi okazzjonijiet ta’ hajjitha.

“Qalilha li meta wiehed irid jgharaf ir-rieda ta’ Alla din hija haga hafifa – itlob u itlob u Hu jgharrafhielek. Ghalhekk itlob lill-Mulej matul kull pass li taghmel u huwa jgharrfek kif ghandek timxi.”

Tirrakonta li kellha tifsira partikulari li tmur tqerr ghand il-Papa matul iz-zmien tal-Gublew tal-Hniena billi hu ghamel enfasi fuq is-Sagrament tal-Qrar matul is-Sena Mqaddsa.

“Kienet esperjenza sabiha hafna u normalissima. Poggiet f’perspettiva li jiena qed niltaqa’ ma’ Kristu fil-Konfessonarju u Huwa Hu li qed jahfirli dnubieti u l-preparazzjoni tieghi ghall-qrar ghandha tirrifletti li jkun min ikun li jirraprezentaH fil-konfessjonarju, kemm jekk qassis novell jew il-Vikarju ta’ Kristu, jien qed niltaqa’ mat-tabib tar-ruh, Gesu’ Kristu.”

Ghal dawk li huma bezghana li jmorru jqerru jew li ilhom imbeghda ghall snin, Knopf theggighom biex iwarrbu kull tfixkil u jiffokaw fuq dak li spiss jghid il-Papa Frangisk matul dan il-Gublew: li fil-konfessonarju ahna niltaqghu mal-Wicc ta’ Hniena ta’ Gesu’

Tisicca tghid: “ Ma hemm xejn fil-Qrar li ma jistax jinhafer. Huwa sagrament ta’ Imhabba u, allura ma ghandu jkun hemm ebda biza.”

IL-MULEJ JISTEDINNA NERSQU LEJH FIS-SAGRAMENT TAR-RIKONCILJAZZJONI. MA NITILFUX DIN L-OKKAZZJONI. MA NHALLUX DAK LI NISTGHU NAGHMLU LLUM GHAL GHADA. GHADA MHUX TAGHNA. GHADA JISTA’ JKUN TARD WISQ.


 

Make a free website with Yola