
Il-Parabbola tat-Talenti
Silta: Mattew 25:14–30, Luqa 19:12–27
Udjenza: Id-dixxipli
Kuntest: Gesù jghallem lid-dixxipli dwar l-ahhar taz-zminijiet
Vers Ewlieni: “2Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu ż-żejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu.” (Mattew 25:29).
Din il-parabbola tirrakkonta l-istorja ta’ ragel sejjer ghal vjagg u jafda tliet qaddejja b’ammonti differenti ta’ flus. Meta sid id-dar jasal biex jirranga l-kontijiet ma’ dawn il-qaddejja, it-tnejn li hu fada bl-aktar ammonti sinifikanti joffru lil sidhom qligh fuq l-investiment tieghu. It-tielet qaddej semplicement heba’ l-flus li nghata u jaghtihom lura lill-imgħallem. L-ahhar qaddej jigi mcanfar u michud talli ma ghamel l-ebda qligh fuq il-flus li gie fdat bihom.
Biex wiehed jifhem ir-responsabilita’ tal-qaddejja, irid jifhem li t-talenti li ircevew dejjem skont hilithom kienu jiswew flejjes kbar. Skont l-iskulari tal-lum kull talent kellu valur ta’ paga ta’ haddiem ghal ghoxrin sena. Ohrajn jivvalutaw talent bejn 1000 dollaru u 30,000 dollaru. Hi x’inhi t-tifsira, kellu valur immens ghal dawk iz-zminijiet. Jidher li l-imghallem taghhom kien sinjur kbir u li kellu fiducja kbira fil-qaddejja tieghu.
Bhala dawk li jemmnu, ahna lkoll ninghataw rizorsi skont il-hiliet u l-abbiltajiet taghna, izda dawk ir-rizorsi fl-ahhar mill-ahhar jappartjenu lil Alla. Eventwalment irridu nwiegbu ghal mod kif nuzawhom.
Lil l-ewwel zewg qaddejja, is-sid mhux biss fahharhom, izda stedinhom jidhlu fil-ferh ta’ sidhom. Ghall-kuntrarju lill-qaddejja li heba’ it-talent tieghu canfru bil-kbir u hadulhu dak li kellu. Ma swiet xejn l-iskuza li gablu l-qaddejj li kien jibza’ minnu. L-ahhar qaddej ghazzien ried jahrab mir-responsabilta’ tieghu.
Il-kuntest immedjat jindika li din hija twissija ghal kull min jixtieq ikun parti mis-saltna. Ahna lkoll responsabbli biex namministraw il-grazzja u r-rizorsi li rcevejna. Huma taghna mhux biex ingezzuhom u nahbuhom, izda biex nimmultiplikawhom ghall-gid taghna u ta’ hutna l-bnedmin.
Fi ftit kliem ejjew nikbru fl-imhabba li ma thallina qatt noffendu lil Alla u lil ghajrna u kollna rispett u qima lejn il-Kreatur taghna, inhaddmu l-grazzji li joffrilna biex nahsdu rikezzi spiritwali u abbundanti bhala qaddejja fidili Tieghu.