jesusandmary

NIBNU FUQ IL-BLAT

Il-hajja taghna tar-ruh trid tkun mibnija fuq is-sod. Il-hajja nisranija tixbah hafna lill-binja, li biex tibqa’ wieqfa trid li jkollha pediment sod ta’ blat jew konrit.

Hekk il-hajja taghna spiritwali. Trid tkun imwaqqfa fuq blata soda li hija Gesu’ Kristu. Huwa l-uniku pedament u pedament wahdieni kif jikteb San Pawl lill- Korintin fl-ewwel ittra kap 3 vers 11: Pedament ieħor ħadd ma jista’ jqiegħed ħlief dak li ġa tqiegħed; u dan hu Ġesù Kristu.

Il-pedament Bibbliku huwa mehtieg biex nikbru fil-hajja tar-ruh. F’Mattew 7:24-27 Gesù jirrakkonta l-istorja ta’ zewg bennejja. Wiehed kien bena d-dar tieghu fuq il-blat, jew fuq pedament sod; l-iehor, izda, kien bnieha fuq ir-ramel, jigifieri fuq pedament mhux addattat, sottili. Qamu l-irwiefen, faru x-xmajjar u habtu fuq dawk id-djar. Ta’fuq il-blat irresistiet u baqghet wieqfa, ta’ l-ahhar ma damitx ma waqghet ghax il-pedament ittiekel u ntilef.

B’din il-parabbola Gesu’ fehem jghallimna li jehtigilna nharsu il-Kelma tieghu biex l-irwiefen li jqumu kontra taghna, jigifieri it-tentazzjonijiet, ma jsibuniex dghajfa, izda sodi.

Hemm differenza li tghid li temmen fi Kristu u mbaghad ma timxix skont Kelmtu. “Mhux min jghidli Sinjur Sinjur, jidhol fis-Saltna tas-smewwiet, izda min jaghmel ir-rieda ta’ Missieri dan jidhol fis-saltna tas-smewwiet. (Mattew Kap 7 vers 21.)

Darba sibna l-blat, allura nistghu nibdew nibnu. Sibna lil Kristu, nitfghu harsitna fuqu u ma nwarrbuha qatt minn fuq. Flimkien mieghu nibnu l-hajja spiritwali taghna. Hu mhux biss jghinna, izda jerfa’ u jgorr il-gebel maghna .

Mieghu mhux biss nibnu hajjitna, izda wkoll nibnu l-Knisja tieghu u b’hekk inkunu naqdu l-missjoni taghna hawn fuq l-art kif nistqarru fil-Missierna: Tigi Saltnatek. Din mhux ser issehh wahedha, izda bil-hidma taghna Mieghu u Fih.

Imma kollox marbut ghax bnejna Mieghu fuq il-blat.


Make a free website with Yola