jesusandmary

 WARRAB KULL TFIXKIL BIEX TKUN TA' KRISTU
Gulju, fil-passat kien ihobb jidher. Ghall-bidu kien kantant fil-hwienet tax-xorb u maz-zmien sar popolari. Beda’ jara s-success, applaws u attenzjoni. Dak li ried mill-hajja.

Kien ikun nistieden biex jippartecipa f’wirjiet muzikali maghrufa mal-pajjiz kollu. U ghall-mumnet sab ruhu taht il-lenti ta’ l-attenzjoni. Kull stedina kienet palk gdid, tapit iehor ahmar. Kull ritratt kien jipperswadih kemm kien popolari.

Imma f’daqqa wahda l-media sabet success iehor. Warrbitu. Ma kienx aktar fid-domanda. Waqfu l-kameras. L-udjenzi abbandunawh ghal haddiehor.

Gulju hassu jghix f’dizilluzjoni kbira. U meta kollox mar il-bahar, fil-kwiet fehem kemm id-dinja twieghed mod u taghtik iehor. L-ewwel toffrilek il-helu, imbaghad tisqik il-morr. Sema’ il-karba li hemm miktuba fil-ktieb tas-Salmi: “Dawk li jizirghu fid-dmugh jahsdu bil-ferh.”

Iddecida, wara hafna xhur ta’ dizappuntament, li dan il-vers isir realta’ ghalih.  Gulju dahhalha f’mohhu li l-uniku triq li taghtih sodisfazzjoni hija t-triq li twasslek ghand Gesu’.

Fehem bis-shih li aktar milli jidher hu, ikun Gesu’ innifsu li jidher permezz tieghu. Tghallem ihalli kollox warajh biex ikun ta’ Gesu’ u xejn ma jfixklu. Kien jafda f’Alla anke meta ma seta’ jara xejn.

Gulju pperswada ruhu li l-gheruq ta’ l-imhabba lejn Alla jiffurmaw ruhhom fil-dlam, fil-kwiet u s-silenzju u mhux fil-genn tad-dinja. U hekk jibda’ jissawwar il-karattru li bih inti tkun ta’ Kristu u Kristu jkun tieghek u xejn ma jifirdek minnu.

Make a free website with Yola