jesusandmary

GESU' JIENA NAFDA FIK
L-esperjenza tal-falliment takkumpanja l-hajja taghna kollha: falliment professjonali, falliment fir-relazzjonijiet, falliment appostoliku... falliment anke fir-relazzjoni ma’ Alla  Ahna fragli, nistghu nizbaljaw: il-falliment huwa parti mir-realtà taghna bhala hlejjaq. Madankollu, il-falliment qatt m’ghandu jsir l-ahhar kelma: jekk huwa minnu li nistghu nizbaljaw, huwa veru wkoll li nistghu nergghu nibdew.

Alla jurina li mhux biss nistghu nqumu mis-sitwazzjonijiet tal-falliment taghna, izda mill-gdid nibnu relazzjonijiet imkissrin taht il-piz tal-fallimenti taghna.

L-appostlu Pietru falla fl-imhabba lejn l-imghallem tieghu meta cahdu, izda kien jaf jirranga is-sitwazzjoni ma’ Gesu’ bis-sahha tal-grazzja divina. Ma qatax qalbu jew iddispra, izda lil Kristu qallu li kien ihobbu, meta Gesu’ wara li qam mill-mewt staqsieh: Pietru, thobbni inti? U afferma dan ghal-tlett darbiet.

Gesù jidhol fil-fallimenti taghna, jghinna nharsu lejhom, nittrasformawhom u naghmluhom opportunità ta’ grazzja. Mhux faċli, ghax meta nkunu dizappuntati u skuraggiti ma nkunux kapaċi naghrfu l-prezenza ta’ Alla f’hajjitna. Ahna ffokati wisq fuq l-izbalji taghna u fuq dik l-istorja li tidher hazina. Gesù jistieden lid-dixxipli li jridu jimxu warajh biex jergghu lura mieghu f’dawk is-sitwazzjonijiet ta’ falliment.

Quddiem il-fallimenti taghna, Kristu ma jcanfarniex, ma jinvestigax, izda juri hniena maghna biex bil-grazzja tieghu ahna ninsew l-imghoddi u nharsu ‘l quddiem.
Gesù ma jimponix standard biex nilhqu halli inkunu hbieb tieghu. Li jinteressah hija r-rieda taghna li npoggu fis-sehh ir-relazzjoni taghna mieghu .

Ghalhekk l-ghajta taghna trid tkun: GESU’ JIENA NAFDA FIK.

Meta jisma’ din it-talba Gesu’ jitolbok li timxi warajh u thalli kollox f’idejh. U taccetta li timxi warajh ghax thoss li Kristu hafirlek, ghadrek u lest li jghinek aktar milli tista’ tissaponi inti.
Naghlqu ghajnejna u nhallu lil Gesu’ xerred il-Hniena tieghu fuqna bl-ghajta ta’ fidi kbira:

 GESU’ JIENA NAFDA FIK.

Make a free website with Yola