jesusandmary

GESU’ U D-DINJA HUMA KONTRA XULXIN

Dak li jppridkalna Gesu’ huwa differenti minn dak li tippridkalna d-dinja. Hemm bahar kbir x’jaqsam bejnithom.

Gesu’ jippridkalna l-bzonn li nikbru fil-virtu’ u qdusija. Huwa biss permezz tal-knisja, il-grazzja tieghu u l-ko-operazzjoni taghna li ahna nikbru fil-qdusija; id-dinja thajjarna biex nabbandunaw din it-triq billi tindirizzana lejn l-ghazz fil-hwejjeg ta’ Alla u tizra’ fina bruda kbira lejn id-dmirijiet taghna religjuzi.

Gesu’ jikkmandana biex naghmlu ndiema ta’ dnubietna; id-dinja bit-taghlim falz taghha turina li ma hemmx bzonn ta’ indiema u jekk wiehed jara l-bzonn li jikkonverti tghidlu biex ihalli dejjem ghal l-ghada; u l-ghada ma hux taghna.

Gesu’ jobghod id-dnub u jurik fuq kollox il-hsarat tad-dnub; id-dinja twarrablek minn quddiem ghajnejk il-hsarat tad-dnub, u qatt ma toffrilek korrezzjoni, anzi kif jghid il-malti, ix-xitan jurik kif tikxef il-borma izda ma jurikx kif tpoggi l-ghatu.

Gesu’ jikkmandana biex nichdu lilna nfusna u nkunu lest li nhallu hajjitna ghal Alla biex naghmlu r-rieda tieghu. Mattew Kap16 vers 24; id-dinja tinkoraggik li thobb lilek innifsek sal-punt li tistiednek li tissodisfa lix-xewqat disordinati tal-gisem tieghek.

Gesu’ jurik li dejjem ghandek timxi fuq r-rieda tal-Missier taghna tas-Sema kif uriena hu fl-agunija tieghu fil-gnien taz-Zebbug; id-dinja tghidlek biex twarrab il-volonta’ divina u taghmel fattik.

Gesu’ jghidlek li jekk trid tobdi l-kmandamenti ta’ Alla hejji ruhek ghat-tbatija u persekuzzjoni; id-dinja ghall-kuntrarju tweghdek hajja komda, u unuri, imma fl-ahhar mill-ahhar issib li dawn ma joffrulek ebda sodisfazzjon.

Ghalhekk attenti li ma nitqarrqux. Thallu qatt li l-ghalliema tad-dinja li huma ilpup lebsin ta’ nghag  johdukom fejn jum wiehed ghad jiddispjacina li imxejna warajhom. Nitolbu bla waqfien kif jixtieq Kristu, qatt ma nabbandunaw il-quddies tal-Hadd u Festi Kmandati u naqraw il-Kelma ta’ Alla u nahsbu fiha biex naraw x’inhija r-rieda ta’ Alla ghalina.

Make a free website with Yola