jesusandmary

 GID MILL-ADORAZZJONI EWKARISTIKA

Il-Papa Frangisku spiss isemmi l-importanza tal- Adorazzjoni Ewkaristika fid-diskorsi tieghu, anke jekk hija biss sentenza biex jenfasizza kif il-Kattolici jehtiegu li jergghu jiskopru din il-prattika.  F’ittra li kien kiteb il-Papa talab lill-mibghut tieghu ghall-Kungress Nazzjonali Ewkaristiku f’Indianapolis, il-Kardinal Filippin Antonio Tagle, biex “jinkoraggixxi qima aktar vigoruza lejn l-Ewkaristija. ”

L-IMPORTANZA TA’ -ADORAZZJONI FI ZMIENNA
Wahda mill-frazijiet li l-Papa Frangisku tenna spiss hija, li l-Adorazzjoni hija essenzjali ghad-dinja taghna llum u l-Knisja jehtieg li terga’ tiskopri din il-prattika. Ezempju huwa meta tkellem mal-kumitat organizzattiv tal-Kungress Ewkaristiku Nazzjonali fl-Istati Uniti f’Gunju tal-2023. 
F’Lulju tas-sena 2024 sar il-Kungress Ewkaristiku Nazzjonali gewwa l-Amerka. Il-Papa talab li dan il-Kungress jispira lill-Kattolici madwar il-pajjiz biex jiskopru mill-gdid il-gid li wiehed jakkwista meta’ jadura lil Gesu’ fis-Sagrament ta’ l-artal, u jqattghu hin mieghu fic-celebrazzjoni tal-Quddiesa Mqaddsa u fil-hajja personali, talb u adorazzjoni quddiem Gesu’ Sagramentat. Quddiem Gesu’ gharkubtejna nitolbu ghall-vokazzjonijiet sacerdotali u religjuzi. Ghandna bzonn sacerdoti biex jiccelebraw l-Ewkaristija Mqaddsa.
“Meta wiehed iqieghed lilu nnifsu, docili u umli, quddiem Alla, wiehed jifhem b’mod aktar car. l-ghanijiet tieghu, li jsib fil-Mulej il-qawwa u d-dawl biex ipoggihom fil-prattika skont il-pjanijiet tieghu,” qal Papa Frangisk

“Minghajr talb wiehed ma jistax jibqa’ wieqaf u ma jkunx jaf fejn irid imur. Huwa ghalhekk importanti li jkun hemm djalogu fit-tul mal-Mulej kuljum, u mbaghad invokazzjoni lejh qabel kull mument importanti, kull laqgha, kull decizjoni,” ikompli jishaq il-mexxejj tal-Knisja Kattolika.

Nifhmuha tajjeb li  meta naghmlu hin ta’ adorazzjoni quddiem is-Santissmu Sagrament, inkunu qed nikbru fl-imhabba lejn Gesu’ u fil-qdusija. L-Adorazzjoni quddiem Gesu’ huwa zmien li fih noholqu post ta’ abitazzjoni ghal Alla.

Il-Papa Frangisku jgib dan l-ezempju: “F’Betlem, hekk kif folol ta’ nies inqabdu fl-eccitament tac-censiment, kienu gejjin u sejrin, jimlew it-taverni u kienu involuti f’konversazzjoni zghira, ftit kienu qrib Gesù: Marija u Guzeppi, ir-rghajja, u mbaghad il-Magi. Ejjew nitghallmu minnhom. Huma qaghdu jharsu lejn Gesù, b’qalb mimlija mhabba. Ma tkellmux, izda, iqimu,” qal il-Papa. 

Permezz tal-adorazzjoni nistghu nifhmu b’mod konkret l-imhabba ta’ Alla ghalina. L-adorazzjoni hija l-ewwel twegiba li nistghu noffru lill-imhabba gratwita u tal-ghageb ta’ Alla. Hija Mhabba abbandunata, ghax il-bniedem huwa distratt bil-hwejjeg tad-dinja. Li naduraw lil Alla jfisser li naghrfu bil-fidi li hu biss hu Mulej u li l-hajja individwali taghna, it-triq pellegrina tal-Knisja, u r-rizultat ahhari tal-istorja kollha jiddependu mit-tenerezza tal-imhabba tieghu. Hu jaghti sens lil hajjitna.

Fil-prezenza tieghu biss se nkunu purifikati, trasformati u mgedda bin-nar tal-Ispirtu tieghu. Huti, ejjew naduraw lill-Mulej Gesù!.

Make a free website with Yola