jesusandmary

L-IDOLATRIJA
X’inhi l-idolatrija?

Wiehed gharef  spjega l-idolatrija b’dan il-mod: “Taghmel dak kollu li taghmel,  Alla tieghek. Kull ma thobb iktar minn Alla huwa l-idolu tiegħek.” 

Ma hemmx bzonn tmur f’art pagana, ‘l boghod minn xtutna. Imdawrin b’nies li l-idoli taghhom huma l-flus u ghalihom jaghmlu dak kollu mehtieg, bis-sewwa jew bid-dnewwa biex jakkwistawhom. Imdawrin b’nies li l-idoli taghhom huma l-unuri u holl xaghrek u gib iz-zejt jekk ma issellmilhomx kif jixraq, ghax malajr inizzluk fil-ktieb iswed taghhom.

Ghalhekk, gheżież hbieb tieghi, aharbu mill-idolatrija.
1 KORINTIN 10:14

Naqraw fil-Genesi li Alla deher lil Gakobb u tah ordni biex jirritorna Betel halli jwettaq il-weghda li kien ghamel meta harab mid-dar biex jehles mill-qilla ta’ huh.  Imma qabel telaq ghal Betel, Gakobb ordna lin-niesu biex iwarrbu kull sinjal ta’ idolatrija u kull oggett li kienu hatfu mill-ghedewwa taghhom, tawh lil Gakobb li radamhom taht sigra. Fehem Gakobb li meta nersqu lejn Alla jehtieg li kif qal Kristu, nersqu bil-fidi u l-verita’, b’qalb vojta mill-hwejjeg tad-dinja biex tkun lok fejn jidhol Alla biss.

Alla jehtieg qima esklussiva. Dan huwa minnu llum ukoll. Il-Bibbja ta’ spiss twissi lil dawk li jemmnu biex “jaħarbu mill-idolatrija” (1 Kor. 10:14). Dan jinkludi kull haga li npoggu flok Alla f’hajjitna, kemm jekk tkun relazzjoni, xoghol, jew politika. Il-lealtà primarja taghna ghandha tkun lejn Alla biss.

B’qalb vojta u hielsa minn kull idolatrija nistghu noffruha lil Alla biex jidhol jghammar fiha. Minn naha tieghu Alla jafferma bil-qawwa wkoll l-impenn tiegħu lejna u ma jonqos qatt mill-weghdiet tieghu ghalina.

Insibu biss l-identita’ taghna f’Alla biss u mhux fil-hwejjeg tad-dinja.

Make a free website with Yola