jesusandmary

IL-MAGHMUDIJA TIEGHI


8 Gesù resaq ikellimhom u qalilhom: "Lili nghatat kull setgha fis-sema u fl-art. 19 Morru, mela, aghmlu dixxipli mill-gnus kollha, u ghammduhom fl-isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu, 20 u ghallmuhom iharsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena maghkom dejjem, sa l-ahhar taz-zmien." (minn San Mattew)

Li niccelebraw il-Festa tal-Maghmudija ta’ Gesù twassalna biex nirriflettu fuq l-importanza ta’ dan is-sagrament fil-hajja Nisranija taghna.

Li niccelebraw il-Festa tal-Maghmudija ta’ Gesù kull sena f’Jannar iwassalna biex nirriflettu fuq l-importanza ta’ dan is-sagrament fil-hajja Nisranija taghna. Gesù, minghajr ma kellu dnub, xtaq jitghammed; f’dan l-att, jaghtina ezempju ta’ umiltà. “Wara li Gesù tghammed... is-smewwiet infethu [ghalih], u ra l-Ispirtu ta’ Alla niezel bhal hamiema [u] gej fuqu.” (Mattew 3:16-17)

Mill-maghmudija tieghu, Gesù jibda missjoni gdida f’hajtu, il-pellegrinagg tieghu biex ihabbar il-wasla tas-Saltna tas-Smewwiet. Il-Maghmudija taghtina hajja gdida! Imwielda mill-gdid bl-ilma u l-Ispirtu s-Santu bhala wlied mahbubin ta’ Alla, ahna wkoll imsejhin ghall-missjoni li naghtu xhieda u nhabbru lil kulhadd l-imhabba bla limitu tal-Missier. Imsahha mill-Ispirtu s-Santu fil-maghmudija taghna, nassumu l-missjoni li nxandru s-Saltna ta’ Alla.

Mhux kulhadd, madankollu, jista' jahdem esklussivament bhala appostlu u missjunarju. Imma lkoll nistghu u ghandna naghmluha  l-missjoni taghna li bhala dixxipli ta’ Kristu noffru t-talba taghna u kull sagrificjju iehor biex tikber is-saltna tieghu.

Make a free website with Yola