
NURU L-IMHABBBA BIL-FATTI
Fil-vangelu bosta drabi naraw lil Gesu’ jbati ma’ min ikun ghaddej mis-sofferenzi: torox u muti, paralitici, dawk li ghaddejjin minn xi cirkustanza ta’ ugigh, bhal Gajru u tant ohrajn fil-bzonn. Jara l-fidi taghhom, ghax Gesu’ jaghraf il-profondita’ tal-qalb, jew jistaqsi biex jistharreg il-fidi taghhom, bhalma meta Gesu’ staqsa lil dak il-missier tat-tifel imxajtan: Imma inti temmen?.
U l-missier wiegbu : Iva Mulej jiena nemmen, ghin il-fidi dghajfa tieghi.
U meta jara l-fidi, minnufih ifejjaq. Min hu trux jisma’, min hu mutu jibda’ jitkellem, min hu paralitiku jibda jimxi etc.
Kristu juri mod meraviljuz ta’ kif ihobb. Kristu qatt ma daqq trombi, izda pjuttost wissa’ biex min ircieva l-gid minghandu, jiskot u jmur jirringrazzja lil Alla. Hekk trid tkun l-ghajnuna taghna, inkunu lesti li nghinu li dawk fil-bzonn bla ma nidhru.
“Jekk huk jew ohtok ma jkollhomx x'jilbsu u jonqoshom l-ikel ta' kuljum, u wiehed minnkom jghidilhom: "Morru bis-sliem, ishnu u kulu sa tixbghu", bla ma jaghtihom dak li hu mehtieg ghall-gisem, dan x'jiswa?” (Ġak 2,15-16).
L-imhabba taghna trid tkun messagg ta’ solidarjeta’ bil-fatti.
X’inwiegeb li kieku kelli nistaqsi lili nnifsi:
Insib hin biex nikkonsla jew naghti xi parir siewi li dak li jitlobni nisimghu?
Meta kienet l-ahhar darba Ii mort inzur lil xi marid gewwa l-isptar jew lil xi hadd li jghix wahdu?
Bdilt il-programmi tieghi biex inkun ta’ servizz ghal haddiehor?