
ALLA DEJJEM HEMM GHALINA
Fi zminijiet ta' problemi, il-fidi taghna titpogga ghall-prova; kif nirrispondu, juri fejn inpoggu s-sahha u l-kenn taghna. Il-Bibbja hija mimlija nies fidili lejn Alla, li fih emmnu li jehlishom mid-diffikultajiet li habbtu wicchom maghhom. Bhala ezempji nsibu lill-profeta Geremija (il-'profeta tal-biki') u Job, - il-provi li ffaccjaw imbuttawhom 'il barra miz-zona ta' kumdità taghhom ghal post fejn is-sentimenti u r-rizorsi kollha taghhom kienu fil-limitu assolut taghhom, ma kienux jifilhu aktar ghalihom. F'mumenti ta' dieqa bhal dawn, huwa facli wisq li titlef id-direzzjoni u ma tkunx taf liema naha ghandek tigbed. Ma 'Alla bhala l-kenn tieghek, tista' tlahhaq anke ma’ l-aktar dieqa estrema jew problema kbira.
Alla hu dejjem maghna, fi zminijiet tajbin u fiz-zminijiet hziena. Qatt ma jabbandunana! Is-sentiment ta' biza' jista' jinqala' imma qatt m'ghandna ninsew li Hu dejjem maghna. Ghajjat lil Alla fit-talb, u itlob id-dispozizzjoni tieghu.
Nistghu nsibu wkoll kenn fil-Kelma tieghu (Salm 119:114, "Int il-kenn tieghi u t-tarka tieghi; Poggejt it-tama tieghi fil-kelma tieghek."). Il-Bibbja hija ta’ konfort fi zminijiet ta’ dieqa u tahbit. Alla hu fidil u jzomm il-weghdiet kollha tieghu, ghalhekk ibqa’ sod u afda fil-Mulej!
Huwa hemm dejjem ghalina !
• Alla huwa dejjem prezenti. Fittxu l-prezenza tieghu fit-talb.
• L-Ispirtu s-Santu jfarragna u jaghtina direzzjoni.
• Fittxu kenn fil-Kelma t'Alla. Il-Bibbja hija mod tajjeb hafna biex terga' tikkonnettja ma' Alla.
Itlob:
Mulej, naf li f'nofs diffikultajiet tieghi, int mieghi. Zommni skont kelmtek u ggwidani lejn il-weghdiet tieghek. Nafda fik u nemmen b’qalbi kollha li Int mieghi dejjem! AmMen’