
GRAZZJA GHAL KULJUM
Fit-talba tal-Missierna Kristu qalilna fost talbiet ohra: Hobzna ta’ kuljum aghtina llum (Matt kap 6)
Qatt irringrazzjajt lil Alla ghall-providenza tieghu ta' kuljum? Jekk le titlifx din l-opportunità li taghmel hekk! Huwa nuqqas kbir li xi hadd jaghtik / joffrilek xi haga u inti ma tghidlux grazzi. Ahseb u ara ma’ Alla!
Il-Mulej ghandu bizzejjed ghalik biex tlahhaq l-bzonnijiet tieghek ta' kuljum. Allura tinkwetax dwar dak li jkollok bzonn fil-jiem li gejjin; inkwiet bhal dan jaghmlek biss anzjuz u jnehhilek il-paci u s-serhan tal-mohh ... Staqsi biss lil Alla ghal dak li ghandek bzonn illum. Hu jaf, jisma', u jaghti grazzja ma' kull jum gdid. Il-hniena tieghu hija gdida kull filghodu .
22Il-hniena tal-Mulej bla tmiem; tjubitu ma tonqos qatt. 23Jiggeddu kull filghodu, kbira l-fedeltà tieghek. (Lamentazzjonijiet 3: 22-23).
Il-poplu ta' Izrael esperjenza xi jfisser meta tittama f'Alla kuljum. Hekk kif imxew fid-dezert, il-Mulej ipprovda l-bzonnijiet taghhom kuljum bil-manna mis-sema, l-ilma, id-dawl u s-shana fl-iljieli keshin u shaba li pprovdiet dell frisk mis-shana qalila tad-dezert. Ipprova ghix jum b’jum il-fidi tieghek bhalma lhud ghexuha fid-dezert. Afda hajtek f'idejn Alla kuljum u tara li l-grazzja t'Alla hija bizzejjed ghalik.
Esperjenza l-grazzja t'Alla llum!
• Tkunx anzjuz dwar ghada. Illum offri l-bzonnijiet tieghek lil Alla fit-talb.
• Afda fil-Mulej! Hu ma jinsiekx imma jiehu hsiebek kuljum.
• Alla ma weghdikx ghana f'din id-dinja, imma jaghtik bizzejjed ghall-htigjiet tieghek ta' kuljum.
• Fittex li taghraf ahjar lil Alla billi taqra u tistudja l-Bibbja: "Il-bniedem jghix biss bil-hobz, (materjal) imma fuq kull kelma li tigi minn fomm Alla. (hobz spiritwali)" - Mattew 4:4.
• Kun grat ta' kuljum ghal dak kollu li l-Mulej jaghmel mieghek.
• Kellem lil xi hadd illum dwar dak li Alla tak ghax ihobbok.
Itlob:
Mulej, grazzi hafna tal-hobzna ta' kuljum. Aghtini llum ukoll, bil-grazzja tieghek, is-sostenn li ghandi bzonn ghal dan il-jum. Ghinni nemmen u nafda Fik, li se tipprovdili skont il-bzonnijiet tieghi. Thallinix inkun anzjuz jew inkwetat dwar ghada, ghax kollox huwa tieghek, Mulej. Jalla c-cirkostanzi ma jzommunix milli nara l-kura tieghek providenzjali gurnata b'gurnata f'hajti, f'isem Gesù. Ammen!