jesusandmary

 

  IL-KORREZZJONI

L-EVANGELJU (18: 15-20)
Qari mill-Evangelju ta’ San Mattew

F’dak iz-zmien: Gesù qal lid-dixxipli tieghu: “Jekk huk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu wahdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaht lura lil huk. Jekk ma jismax, erga’ mur u hu mieghek wiehed jew tnejn ohra, biex kull ma jinghad jissahhah bil-kelma ta’ zewg xhieda jew tlieta. Jekk imbaghad anqas minnhom ma jkun irid jisma’, mur ghid lill-gemgha. U jekk anqas mill-gemgha ma jkun irid jisma’ zommu b’wiehed pagan u pubblikan.
Tassew nghidilkom, li kull ma torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema, u kull ma thollu fuq l-art ikun mahlul fis-sema.

Nghidilkom ukoll li jekk tnejn minnkom fuq l-art jghollu lehenhom flimkien biex jitolbu xi haga, Missieri li hu fis-smewwiet jaghtihielhom. Ghax fejn tnejn jew tlieta jkunu migbura f’ismi, hemm inkun jien f’nofshom.”

X’qieghdin naghmlu biex nilhqu lil dawk imbeghdin?

Xi kultant fil-Bibbja tippresentalna qari li jkun relevanti u prattiku ghall-hajja taghna ta’ kuljum daqs kemm kien adatt eluf ta’ snin ilu meta kien inkiteb ghal ewwel darba. Dan il-passagg huwa wiehed minn dawn l-ezempji. Jfakkarna li ahna bhala nsara fidili u prattikanti ghandna responsabilita’ kbira li nilhqu li hutna li ma humiex daqshekk fidili biex nergghu nattirawhom lura fil-merhla ta’ Kristu. Anzi dan il-qari u ohrajn bhalu jirrakomandawlna pjanijiet prattici kif naslu ghal dan il-ghan.

Zaghzugha jisimha Lydia tbieghdet mill-knisja. Ghal disa’ snin shah hija kienet tesperimenta bl-ateizmu, spiritismu, dahlet taghmel parti minn diversi settet, sakem bil-grazzja t’Alla regghet sabet ruhha membru mgedded fil-knisja kattolika. Meta kienet tirrakonta l-istorja taghha, kienet tistqarr li kienet thossha mweggha’ ghaliex tul dik it-telqa spiritwali hadd ma kien hemm fil-knisja li jghidilha li l-prezenza taghha hija mehtiega u mixtieqa. Qatt hadd ma cemplilha jew ghamillha xi zjara biex jara x’kien hemm hazin. “Jiena hadt l-impressjoni li l-prezenza tieghi fil- knisja ma kienitx gradita.” Naturalment kienet mqarrqa.... il-knisja xtaqitha li terga’ lura fi hdanha.

Imma jiena, inti u ahna. Li ahna l-knisja x’qeghidn naghmlu biex nies bhal Lydia jerghu isibu t-triq lura fil-merhla ta’ Kristu? Dan il-qari jfakkarna li nirrevedu l-attitudni taghna li ma jimpurtanix minn haddiehor, la darba l-kuxjenza tieghi ma ccarfarnix. Iva, u nerga’ nghid iva, ghandu jkun l-interess taghna li jimpurtana minn dawn il-membri laxki u bierda. Hija responsabilta’ taghna li nilhquhom.

Ghaliex ghandu jkun responsabilta’ taghna li xi hadd jiddeciedi li jservi jew le lil Alla? Bhala membri tal-knisja ahna ma ahniex biss poplu sacerdotali jigifieri li noffru s-sagrificcju lil Alla, ahna wkoll poplu profetiku jigifieri ahna il-kelliema t’Alla.
Biex nifhmu fi ftit kliem x’inhu dan dmirna araw Alla x’qal lil profeta Ezekjiel:


Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ezekjel (33: 7-9)

Dan jghid il-Mulej: U int, bin il-bniedem, jiena qeghidtek ghassies fuq id-dar ta’ Israel. Meta int tisma’ kliemi hiereg minn fommi, ghandek twiddibhom f’ismi.
Meta nghid lill-midneb, “Int ghandek tmut zgur,” u int ma titkellimx u ma twiddibx lill-midneb halli jitlaq it-triq tieghu u l-midneb imut fi hzunitu, demmu minn idejk infittxu.
Jekk inti twiddeb lill-midneb biex ihalli triqtu u jerga’ lura minnha u hu ma jergax lura minn triqtu u jmut fi hzunitu, inti tkun salvajt lilek innifsek.

Dan hu kliem car tar-responsbilita’ li ghandna quddiem Alla li nwiddbu lil min ma jafx jew lil dawk li tilfu t-triq tas-sewwa. Il-Vangelu jghidilna issa kif ghandna nwetqu din ir-responsabilta’

“Jekk huk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu wahdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaht lura lil huk”. Hekk jghid Gesu’ lid-dixxipli tieghu u hekk qed jghid lilna l-lum. Id-direttiva ta’ Gesu’ hija cara daqs il-kristall: dawk li huma spiritwalment qawwija ghandhom jiehdu l-inizjattiva li jmorru jfittxu lil dawk dghajfa, li dawk li zbaljaw, lil dawk li nqatghu mill-knisja. X’kien qal Kristu lil Pietru: “Pietru Pietru, ix-xitan xtqat jgharblek, izda jiena tlabt ghalik biex tissahhah, u darba msahhah, sahhah lil hutek”.

Ix-xoghol taghna issa huwa kif ser nregghu lura dawn il-membri fi hdan il-knisja ta’ Kristu, f’rikonciljazzjoni u kommunjomi ma’ Alla u mal-kommunita’ nisranija u mux nixluh b’xi hazen jew nippruvaw insibu minn hu t-tajjeb jew il-hazin.

Kristu jirrakommandalna tlett pjanijiet: l-ewwel li nersqu persuna ma’ persuna ma’ min hu ‘l boghod minn Alla, it-tieni li jekk ta’ l-ewwel ma irnexxietx navvicinawh ma xi hadd ta’ fiducja u jekk anqas dan ma jirnexxi nigbdu l-attenzjoni ta’ l-awtorita’ tal-knisja. Tidher li hija procedura tedjanti izda hafna drabi jigri li ma nghaddux ghaz-zewg stadji ta’ l-ahhar. Fil-kuntatt taghna ma’ dawn il-persuni, ahna ghandna nersqu lejh b’mod personali u b’manjiera edukata minghajr hafna argumenti.

Fuq kollox qabel ma wiehed jiehu xi passi l-ewwel ghandu jarma ruhu bit-talb ghax huwa Alla li jqanqal lill-midneb ghall-konverzjoni. Ahna biss nitfghu z-zerriegha.

Make a free website with Yola