jesusandmary

 

IS-SINJURA TAL-VITTORJI, REFUGJU TAL-MIDIMBIN – FESTA IKKOMMEMORATA FIS-SANTWARJU TAGHHA 16 TA’ JANNAR GEWWA PARIGI.

 

 

B’radd il-hajr ghar-rebha li r-re Luigi XIII ghamel fuq il-belt ta’ La Rochelle li cediet fis-sena 1628, huwa offra bhala donazzjoni lil Agostinjani Skalzi fondi biex jibnu monasteru gdid gewwa Parigi b’kappella dedikata lis-Sinjura tal-Vittorji. Aktar tard fis-sena 1674 statwa tal-Vergni b’kuruna fuq rasha u xettru nhadmet mill-injam u tqieghdet fil-kappella.

Patri Fiacre irritorna lejn il-monasteru mill-Italja mimli entuzjazmu lejn is-Sinjura tal-Hniena ta’ Savona li lilha bena’ kappella taht it-titlu ta’ Refugju tal-Midimbin. Dan it-titlu li jmur lura lejn mill-inqas is-sena 1500 meta t-titlu marjan Refugium Peccatorum kien inkluz fil-Litanija ta’ Loretu, gie mizjud ma’ dak tas-Sinjura tar-Rebhiet u fis-16 ta’ Jannar  sar il-festa patronali tas-santwarju.

Iz-zewg statwi ntilfu waqt ir-Rivoluzzjoni meta l-patrijiet kienu mgaghla johorgu u l-knisja nghalqet. Statwa gdida tas-Sinjura tar-Rebhiet regghet saret u tpoggiet fil-knisja meta din infethet taht il-kleru djocesan fis-sena 1809.

Meta f’Dicembru tas-sena 1836 il-kappillan kien qed iqaddes quddiem kongregazzjoni ta’ erbghin ruh, sema’ lehen il-Vergni Marija jitolbu biex jikkonsagra dik il-knisja lil Qalb Immakulata taghha.  Dak in-nhar stess ghamel dak li talibtu Marija Ssma u l-kongregazzjoni sparat ghal 500 ruh. Waqqaf konfraternita’ dedikata lis-Sinjura, Refugju tal-Midimbin li kellha numru kbir ta’ imsiehba.

Hafna pellegini bdew izuru l-knisja u jinghad li saru xi mirakli. Il-hitan huma kollha mimlija offerti ex-voto. Fis-sena 1853 il-Papa Piju IX inkuruna ix-xbiha. Fis-sena 1883, Santa Tereza ta’ Lisieux fieqet minn marda persistenti waqt numru ta’ quddies li saru f’dan is-santwarju bil-hsieb li tikseb il-fejqan.

 

NITOLBU LIL MARIJA BIEX HIJA TWASSAL FI HDAN BINHA BOSTA BNEDMIN LI ABBANDUNAWH.

 

Make a free website with Yola