

HADT SAHHTI MILL-GDID PERMEZZ TAR-RUZARJU
Ghal 17 il-sena kont insofri minn tip ta’ migranja, ugigh ta’ ras kbir. Kien jidher li minn sena ghal ohra l-ugigh kien jizdied u jdum aktar. Mort ghand hafna tobba li ippruvaw kull mezz ghall-fejqan izda kollu ta’ xejn. Il-Medicna ma setghitx tghin.
Habib tieghi hajjarni li nitlob lill-Vergni Mbierka biex tkun ta’ farag waqt l-ugigh. Lejla wahda qomt b’ugigh ta’ ras qawwi u billi ma stajtx norqod inzilt isfel, hadt kuruna tar-Ruzarju f’idi u tlabt lil Madonna biex jekk jghogobha tghinni.
Meta temmejt ir-Ruzarju, l-ugigh ta’ ras gheb u meta rritornajt fis-sodda xammejt riha tal-ward. Dak il-mument indunajt li Marija Ssma dahlet ghalija quddiem Binha biex jghaddilli l-ugigh.
Madankollu bqajt nghaddi mill-ugigh ta’ ras ghal anqas darba fix-xahar li kienu jdur minn naha ghal ohra ta’ rasi u jdumu minn jumejn sa tleita.
Fil-Milied tas-sena 1986 kelli ugigh ta’ ras terribbli. L-ghada iddecidejt li naghmel novena tar-Ruzarju. Tlabtha tintercedi ghalija quddiem Binha Gesu’. U ghamiltilha weghda li jekk tghinni nfieq inxandarha ma’ kulhadd ghal dak li tkun ghamlet mieghi.
Minn dak inhar qatt ma batejt aktar mill-migranja. Ghidy ir-Ruzarju ta’ Petizzjoni ghal sebat ijiem minghajr ma fhimt li novena tfisser disghat ijiem. Malli indunajt li l-migranja ghebet minn fuqi rrecitajt Ruzarju kuljum bhala radd ta’ hajr ghal sebat ijiem. U aktar minn hekk qatt ma nieqaf nirrakonta dak li ghamlet mieghi Marija Ssma.
Maryann Boaden
Toledo, Ohio
april@