jesusandmary

MARIJA U D-DEVOTI TAGHHA

Għaliha nġeddu l-ferħ li ħasset meta San Gabrijel ħabbarilha li kienet eletta Omm Alla. F’din l-intenzjoni rridu nsellmuha bi tlett  Ave Marija. Tħobb ħafna dik it-tislima. Dan qalitu lil Santa Matilde.

“Huwa mpossibbli li Marija tirrifjuta grazzja oħra lil dawk li jersqu lejha u jsellmulha bl-Ave Marija”
Omm Alla wegħdet li Santa Gertrude li tati hafna għajnuna fil-ħin tal-mewt lil dawk li tul f’ħajjithom sellmulha bl-Ave Marija.

Irreċta l- Angelus bis-soliti tliet Ave Marija, filgħodu, f’nofsinhar u filgħaxija.

Fl-imgħoddi, bil-ħoss tal-qniepen ghas-sejħa biex jingħad l-Angelus, kulħadd kien jinżel għarkobbtejh jirrecita din it-talba . San Karlu Borromeo ma ddejjaqx joħroġ mill-karru biex jirreċitaha għarkupptejh fit-triq, anke fit-tajn ħafna drabi. Is-Sibt wara nofsinhar u matul il-Ħadd kollu, jingħad bilwieqfa. Fi żmien l-Għid, kif jispjega Benedittu XIV, minfloku tingħad l-antifona Regina caeli laetare – Reġina tas-Smewwiet, ifraħ.

Sellem lil Omm Alla bl-Ave Marija, kull meta tgħaddi minn quddiem xbieha ta’ Omm Alla.

Tajjeb li, meta jkun possibbli, titpoġġa xbieha sabiħa ta’ Marija fuq il-ħajt tad-dar, biex min jgħaddi minn quddiemha  jkun jista’ isellmilha.

Tqarbin frekwenti, anke kuljum, u waqt in-novena f’gieħ Marija huwa rakkomandat ħafna. Patri Segneri qal li ma nistgħux nonoraw lil Marija aħjar milli permezz ta’ Ġesù. Il-Verġni, skont Patri Crasset, rrivelat lil ruħ qaddisa li ma setgħet tiġi offruta xejn iktar għażiż mit-Tqarbin, għax hemmhekk is-Salvatur jaħsad il-frott tal-Passjoni tiegħu fl-erwieħ. Huwa ċar, għalhekk, li l-Verġni Mbierka ma tixtieq xejn aktar mid-devoti tagħha milli tarahom jirċievu t-Tqarbin.


 

Make a free website with Yola