HOSKOVO U L-MADONNA BIL-BAMBIN
Il-Monument tal-Qaddisa Omm Alla f'Hoskovo, il-Bulgarija, huwa gholi aktar minn 100 pied (30 metru) u jzuruha bosta pellegrini u t-turisti .
Haskovo hija s-seba' l-akbar zona urbana fil-Bulgarija. Peress li hija qrib il-Bahar Egew u l-fruntieri Griegi u Torok tal-pajjiz, tgawdi temp Mediterraneju matul is-sjuf twal taghha (minn Mejju sa Ottubru, bejn wiehed u iehor) u kundizzjonijiet tal-klima kontinentali fix-xitwa.
Skont censiment relattivament recenti, Haskovo hija dar ghal inqas minn 200,000 ruh, u maghrufa ghal monument li, skond Guinness World Records, huwa l-oghla statwa tal-Vergni Marija ma’ Gesù Bambin fid-dinja . L-oghla statwa tal-Vergni Marija fid-dinja ghadha l- Monument lill-Madonna tal-Paci fil-Venezwela , izda l-Filippini temmew statwa gdida, sahansitra oghla, fl-2021, biex jikkommemoraw il-500 sena mill-Kristjanezmu fil-pajjiz.
L-istatwa, maghrufa bhala l-“Monument tal-Qaddisa Omm Alla,” tinsab f’gholi totali ta’ 31 metru (102 pied meta tinkludi l-pedestall,) fil-quċċata ta’ gholjiet fil-Lbic tal-belt, u ghalhekk tista’ tidher minn kullimkien fil-belt, anke bil-lejl. Ix-xoghol ta’ diversi artisti lokali differenti, huwa maghmul minn konkos polimeru.
Il-Vergni Marija hija l-patruna tal-belt ta’ Haskovo. Fil-fatt, il-festa tat-Twelid tal-Omm Alla, iccelebrata fit-8 ta’ Settembru , giet ipproklamata uffiċjalment bhala Jum Haskovo fl-1993.
Kwazi ghaxar snin wara, fl-2002, il-kunsill municipali tal-belt approva l-bini tal-monument, u kien jehtieg 150,000 ewro biex jinbena. Donazzjonijiet mic-cittadini ta' Haskovo u l-bejgh ta' kartolini bl-immagni tal-monument futur (2.50 ewro kull wahda) ghamluha possibbli li jingabru l-fondi kollha mehtiega pjuttost malajr.
Illum il-gurnata, il-Monument tal-Qaddisa Omm Alla huwa s-simbolu ewlieni ta 'Hoskovo, u wiehed mill-aqwa 100 sit turistiku tal-Bulgarija.
Inti wkoll bhan-nies ta’ Hoskovo tista’ tmexxi d-devozzjoni lejn il-Madonna permezz ta’ monument aqwa; ir-recita’ ta’ kuljum tar-Ruzarju. Uri b’hajtek u anke b’imgibtek li inti persuna marjana, jigifieri taghmel li tista biex timita l-virtujiet ta’ Marija Ssma:
Xi ezempji
tkun ta’ servizz ghall-proxxmu tieghek bhalma Marija kienet ghal qaribitha Elizabetta,
tghaqqad ir-rieda tieghek ma’ dik ta’ Alla bhalma hi ghaqdet taghha mar-rieda Divina, “Ikun minni skont kellmtek”
tilbes il-labtu taghha / il-midalja mirakoluza taghha ghax temmen li hija tghinek f’kull htiega,
tahdem b’intenzjoni retta fil-ghalqa tal-Mulej dejjem u kemm tista’perswaz li jum wiehed tircievi premju bhal ma hija nghatalha fis-sema fejn giet inkurunata Regina tas-Sema u ta’ l-art.