KANA TRESSAQNA LEJN MARIJA
Il-Vergni Mqaddsa Marija tiehu l-inizjattiva wahedha, u tagixxi b’mod deciziv biex tizgura l-ahjar hena ghall-ohrajn.
Il-festa tat-Tieg ta’ Kana turina kif nistghu nibbenifikaw meta nitolbu lil Marija Santissima. Hemmhekk Marija, Omm Gesu’ sensittiva ghax-xewqat ta’ l-gharajjes li kollox imur sew u li l-mistednin igawdu l-festa taghmel talba lil Binha. “Ma ghandhomx imbid.”
Fil-festa tat-tieg gewwa Kana hadd ma jitlob lill-Omm Alla biex tintervjeni. Hija l-Vergni Mqaddsa li tieghu l-inizjattiva wahedha u tagixxi b’mod deciziv biex tizgura l-ahjar hena ghal dawk prezenti.
Dante fl-opra tieghu La Divina Commedia jghid hekk: “O Omm Vergni, il-qalb tajba ta’ Imhabbtek mhux biss tasal ghall-ghajnuna ta’ dawk li jitolbuha, imma hafna drabi spontanjament tipprecedi t-talba ghaliha.”
L-Isqof J.-B. Bossuet (+1704) jenfasizza: “Il-punt kbir li ghandna niftakru, bhala l-pedament sod tad-devozzjoni taghna, hu li l-qawwa taʼ Marija ma’ Sidna tibqaʼ l-istess bhalma kienet matul Hajtu fuq l-art.”
U x’qawwa hi: “It-talb ta’ dawn kollha li jghajtu minn kwalunkwe tribulazzjoni, hi tilqa’ bil-ferh u, billi titlob lil Binha, fil-Hniena taghha twarrab minnhom kull hazen. Ghax bhalma x-xama’ iddub meta tmiss man-nar u bhalma s-silg jinhall fis-shana tax-xemx, hekk l-armata tal-ghedewwa taghha tahrab minn quddiem wiccha u fuq l-indhil taghha kull ostilita’ tghib.” (Isqof Amadeus ta’ Lausanne +1159).
Ejja nkunu kuraggjuzi u nimxu fuq il-parir mill-aqwa tal-Abbati Adam ta’ Perseigne (+1221):
Jekk ghandek bzonn il-Hniena issibha shiha fil-qalb tal-Vergni Marija.
Jekk il-Fidi tieghek tinsab fil-periklu dawwar ghajnejk fuq il-Vergni Marija biex tghinek isahhaha.
Jekk ix-xewqa tal-gisem tittantak, dawwar harstek fuq il-Vergni Marija u l-periklu tal-kastita’ tirbhu.
Jekk il-kburija tfixkel l-ispirtu tieghek aghraf l-umilta’ taghha u bil-mertu u l-ezempju taghha teghleb is-suppervja tieghek.
Jekk tahkmek ir-rabja, certament li tikkalma meta tgholli ghajnejk lejn il-Gentilezza taghha.
F’kull perilku, it-tjubija tal-Vergni tferra l-ghajnuna taghha fuqna u turina li mill-qalb taghha tohrog xmara ta’ grazzji.