jesusandmary

FEJN KIENET L-EWWEL DEHRA MARJANA?


Kont taf li l-ewwel dehra Marjana sehhet anki qabel ma l-Omm Imqaddsa ttiehdet fis-Sema?

Madwar is- sena 40 WK, Marija hu mahsub li dehret lill- appostlu Gakbu l-Kbir f’Zaragoza taʼ llum, Spanja. L-Omm Santissima kienet wieqfa fuq pilastru tal-jaspru, meghjuna minn zewg angli, dehra li wasslet ghad-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Pilastru jew Pilar

Skont it-tradizzjoni, dak iz-zmien, San Gakbu kien qed jevangelizza lir-Rumani fi Spanja ta’ llum u kien qed jiltaqa’ ma’ glied kbir u skuraggiment. Waqt li kien qed jitlob hdejn ix-xmara, Marija bilokat minn Gerusalemm biex tnissel inkuraggiment u konsolazzjoni lil San Gakbu.

Illum, il-Katidral-Bazilika tal-Madonna tal-Pilar tinsab fil-post tad-dehra f’Zaragoza, Spanja. Dan il-katidral kien l-ewwel knisja ddedikata lil Marija fl-istorja tal-Knisja.

Il-bazilika fiha xoghol artistiku maestuz; l-attrazzjoni ewlenija hija l-istatwa tal-injam tal-Madonna, wieqfa fuq kolonna tal-jaspru.  Bosta figuri u mexxejja maghrufa tal-Knisja zaru l-Katidral-Bazilika tal-Madonna tal-Pilastru, fosthom Santa Tereza ta’ Avila, San Gwann tas-Salib, u Sant’Injazju ta’ Loyola.

Ghalkemm Mejju u Ottubru huma x-xhur dedikati biex nikbru fid-devozzjoni lejha, niftakru li huma l-jiem kollha tas-sena li fihom ghandna nersqu lejn din l-Omm taghna tas-sema. L-iben ma joqghodx jistenna jum l-Omm biex jurih rispett, ghaliex ir-rispett lejn omm ghandu jintwera l-jiem kollha ta’ hajjitna.  Hekk ukoll ghandu jintwera r-rispett, devozzjoni u imhabba lejha matul hajjitna kollha.

Il-qaddisin fehmu l-importanza tar-rwol ta’ Marija fil-hajja spiritwali taghna. L-istudju tad-devozzjoni tal-qaddisin stess lejn il-Madonna huwa mod qawwi biex tikber fid-devozzjoni taghna lejha! 

Min hu veru devot tal-Madonna, zgur li ser isibha ta’ ghajnuna kbira waqt hajtu, l-aktar fis-siegha ta’ l-agunija, tistennieh biex tiehduu tintroducih ma’ Binha fis-sema ghal dejjem.


 

Make a free website with Yola