jesusandmary

L-INTRODUZZJONI TAL-MISTERI FIR-RUZARJU


San Duminku kien jaf li l-kultura ta’ zmienu kellha bzonn il-fejqan. Madwaru u madwar l-Ewropa kollha tas-seklu 13, l-ereziji bhall-Albigensjanizmu kienu qed jeqirdu lil Ewropa fit-twemmin nisrani taghha. Din l-erezija, bit-taghlim falz taghha li d-dinja fizika hija intrinsikament hazina, kienet qed tikkorrompi individwi u komunitajiet. 

B’qalb imnikkta u kwazi maqtugha mill-istat tal-Fidi, San Duminku talab ghall-intercessjoni tal-Madonna. Dejjem fittxet li tghin lil uliedha,  u Ommna l-Imqaddsa dehret lil San Duminku u armatu bl-aktar ghodda qawwija li qatt rat id-dinja: ir-Ruzarju Mqaddes.

Dak iz-zmien, it-tradizzjoni li jintalbu 150 Ave Marija konsekuttivament kienet digà fil-prattika u tissejjah “Is-Salterju tal-Madonna.” Dawn l-Ave Marijiet ripetuti kienu talba b’sahhitha u qawwija, izda fil-vizjoni taghha lil San Duminku, il-Madonna zvelat aspett addizzjonali tas-Salterju tradizzjonali li kien se jfejjaq lil uliedha mir-rabtiet tal-erezija: il-Misteri tar-Ruzarju. 

Il-Madonna zvelat lil San Duminku misteri u grajjiet specifici mill-hajja ta’ Kristu biex jikkorrispondu mar-recita ripetuta tal-Ave Marijiet. Il-misteri li pprovdiet Marija kienu t-twegiba ghat-talb ta’ Duminku! Waqt li jiffokaw fuq l-Inkarnazzjoni, il-Passjoni u t-trijonf ta’ Gesù, il-misteri ggieldu l-ereziji u ghenu biex ihottu l-gheqiedi tad-dnub li ntnisgu fil-qlub ta’ dawk li kienu mahkuma bih. Hekk kif infirxet il-prattika tar-Ruzarju u l-misteri tieghu, hekk zdiedu l-fejqan u l-qawwa mirakoluza tieghu. Ir-Ruzarju, flimkien mal-misteri u l-meditazzjonijiet tieghu, sar pedament tal-Kattolicizmu.

Kwazi 600 sena wara d-dehriet taghha lil San Duminku, il-Papa San Gwanni Pawlu II imbaghad zied ir-raba’ sett, il-Misteri tad-Dawl, fis-sena 2002. Hekk kif tana dawn il-misteri, li jiffokaw fuq il-ministeru u l-hajja pubblika ta’ Kristu, il-Papa Gwanni Pawlu gharaf li fihom “ahna nikkontemplaw aspetti importanti tal-persuna taʼ Kristu bhala r-rivelazzjoni definittiva ta’ Alla.”

Illum ghadna milquta kemm individwalment kif ukoll kulturalment mill-ktajjen tad-dnub u l-erezija u nehtiegu l-qawwa tal-fejqan tar-Ruzarju. Il-ktieb mahbub, Is-Sigriet tar-Ruzarju , ta’ San Louis de Montfort—wiehed mill-aktar promoturi herqana tar-Ruzarju—huwa mod sabih kif tivvjagga bir-Ruzarju u tiskopri l-qawwa inkredibbli tieghu.


 

Make a free website with Yola