

| L | L-EWWEL XBIEHA MARJANA DAN IT-TEZOR HUWA MOHBI FIL-FOND TAL-KATAKOMBI. F’nofs persekuzzjoni qawwija, l-Insara tal-bidu rriskjaw il-mewt biex ipingu l-ewwel xbieha maghrufa tal-Madonna. Fl-gholi fuq il-hitan tal-Katakombi ta’ Priscilla, f’Ruma, affresk sabih izda mtebba’ juri lill-Vergni Marija qed tredda’ b’tenerezza lill-Bambin Gesù. B’kuntrast mar-realtajiet horox tal-persekuzzjoni taghhom, il-harsa hanina tal-Madonna, mimlija bl-imhabba materna, offriet tama u serhan lil dawk li jissaportu provi bhal dawn. Mhux ta’ b’xejn li dawn il-membri tal-Knisja bikrija rriskjaw tant li jpingu lill-Omm Imbierka bhala Omm il-Farag. Anke s-simbolizmu fi hdan din ir-rapprezentazzjoni tal-Madonna gab il-paci lill-vizitaturi mgarrba taghha. Hija murija bi hwejjeg li kienu familjari ghar-Rumani ppersegwitati, u jaghmluha figura sahansitra aktar materna. Hija tilbes ilbies tas-suf tipiku tal-matroni Rumani u velu qasir li jintlibes minn vergni dedikati. Hdejha hemm ragel b’mantell tqil, jipponta lejn l-Istilla ta’ Betlehem. Xi studjuzi jargumentaw li dan hu l- profeta Isaija, li bassar: “Il-Mulej innifsu jaghtikom sinjal. Ara, Vergni ghandha tnissel u jkollha iben, u jkun jismu Emmanuel.” Madanakollu hemm uhud ohra li ma jaqblux ma’ dan u jissuggerixxu li r- ragel huwa l- profeta Balgham, li pprofetizza: “Harget kewkba minn Gakobb, u jitlaʼ xettru minn Izrael.” Il-figuri huma mkennija minn fergha taʼ sigra li tinfirex fuqhom, li x’aktarx li qed talludi ghall-profezija tat-Testment il-Qadim: “Ha tohrog Rimja miz-zokk ta’ Gesse, u Fergha tikber mill-gheruq tieghu.” Kemm hu messagg ta’ min jaghti kazu, li matul zewg millenji ta’ Kristjanezmu bosta u bosta devoti marjani sabu l-farag fix-xbieha ta’ l-Omm Imbierka taghna li ma tafx hlief lil thobb! Hekk kif l-Insara tal-bidu harsu lejn il-Madonna mohbija fil-katakombi, il-familja tieghek tista’ wkoll issib farag profond billi tpoggi lilha infisha taht il-patrocinju ta’ Marija, Sultana u Omm tal-Familja. |

